Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0414R(03)

    Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/414 tad-19 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 82I tad-19 ta’ Marzu 2020) (it-titolu kif rettifikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 114 tal-14 ta’ April 2020)

    C/2020/4087

    ĠU L 195, 19.6.2020, p. 123–124 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/414/corrigendum/2020-06-19/oj

    19.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 195/123


    Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/414 tad-19 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 82I tad-19 ta’ Marzu 2020 )

    (it-titolu kif rettifikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 114 tal-14 ta’ April 2020 )

    F’paġna 2 tal-ĠU L 82I tad-19.3.2020, fil-premessa 11, kif rettifikata fil-paġna 16 tal-ĠU L 114 tal-14.4.2020:

    minflok:

    “B’reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill, jenħtieġ li l-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi, tagħmir mediku ta’ kura intensiva, u tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transfruntier serju għas-saħħa jiġu inklużi fil-kapaċitajiet tar-rescEU.”,

    aqra:

    “B’reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill, jenħtieġ li l-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi, tagħmir mediku ta’ kura intensiva, u tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jiġu inklużi fil-kapaċitajiet tar-rescEU.”.

    F’paġna 2, fil-premessa 15:

    minflok:

    “Sabiex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni biex jiġu stabbiliti, immaniġġjati u miżmuma tali kapaċitajiet skont l-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, jenħtieġ li jiġu definiti l-kostijiet totali stmati neċessarji biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-iskjerament tagħhom. Jenħtieġ li l-kostijiet totali stmati jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti fl-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”,

    aqra:

    “Sabiex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni biex jiġu stabbiliti, immaniġġjati u miżmuma tali kapaċitajiet skont l-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, jenħtieġ li jiġu definiti l-ispejjeż totali stmati neċessarji biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-iskjerament tagħhom. Jenħtieġ li l-ispejjeż totali stmati jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fl-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”.

    F’paġna 3, fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1), fl-emenda tal-punt (d) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570:

    minflok:

    “l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3 tar-rescEU.”,

    aqra:

    “l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3.”.

    F’paġna 3 tal-ĠU L 82I tad-19.3.2020, fl-Artikolu 1(2)(d), fl-emenda tal-punt il-ġdid (f) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, kif rettifikat fil-paġna 17 tal-ĠU L 114 tal-14.4.2020:

    minflok:

    “il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”,

    aqra:

    “il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).”.

    F’paġna 3 tal-ĠU L 82I tad-19.3.2020, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, kif rettifikat fil-punti ta’ rettifika għat-titolu, għall-paragrafu (1) u għall-ewwel subparagrafu paragrafu (2) fil-paġna 17 tal-ĠU L 114 tal-14.4.2020:

    minflok:

    Il-kostijiet totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU

    1.

    Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU.

    2.

    Il-kostijiet tat-tagħmir tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.”,

    aqra:

    L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika

    1.

    Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.

    2.

    L-ispejjeż tat-tagħmir tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.”.

    F’paġna 3 tal-ĠU L 82I tad-19.3.2020, fl-Artikolu 1(3), fl-emenda tal-Artikolu l-ġdid 3c tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, kif rettifikat fil-punti ta’ rettifika għall-paragrafu (3) u għall-paragrafu (4) fil-paġni 17 u 18 tal-ĠU L 114 tal-14.4.2020:

    minflok:

    “3.

    Il-kategoriji tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-kostijiet stmati totali għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.

    4.

    Il-kategoriji tal-kostijiet stmati totali tal-kapaċitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika tar-rescEU msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-kostijiet stmati totali għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.”,

    aqra:

    “3.

    Il-kategoriji tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-ispejjeż totali stmati għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.

    4.

    L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess li jakkwista, jikri jew jilloka xi kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.”.

    F’paġna 5 tal-ĠU L 82I tad-19.3.2020, fl-Anness, fl-emenda tan-nota f’qiegħ il-paġna 2 tat-tabella tat-Taqsima l-ġdida 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570, kif rettifikata fil-paġna 18 tal-ĠU L 114 tal-14.4.2020:

    minflok:

    “Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti b’potenzjal ta’ riskju għoli, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi definiti vulnerabbli oħra.”,

    aqra:

    “Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti b’potenzjal ta’ riskju għoli, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi vulnerabbli oħra definiti.”.


    Top