Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0573

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/573 tal-24 ta’ April 2020 li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mis-27 ta’ April 2020

C/2020/2777

ĠU L 132, 27.4.2020, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/05/2020; Imħassar b' 32020R0615

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/573/oj

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/573

tal-24 ta’ April 2020

li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mis-27 ta’ April 2020

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Sa mill-21 ta’ Settembru 2017 id-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Kanada li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ] 1002 10 00 u 1002 90 00 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fis-27 ta’ April 2020, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda.

(6)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-27 ta’ April 2020, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

f'isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).


ANNESS I

Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mis-27 ta’ April 2020

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Dazju tal-importazzjoni  (1)  (2)

(f’EUR għal kull tunnellata)

1001 11 00

QAMĦ durum għaż-żrigħ

0,00

1001 19 00

QAMĦ durum ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta’ kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta’ kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

1002 10 00

SEGALA għaż-żrigħ

5,27

1002 90 00

SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ

5,27

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu

5,27

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ  (3)

5,27

1007 10 90

SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ

5,27

1007 90 00

SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ

5,27


(1)  Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista’ jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta’:

EUR 3 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

EUR 2 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  Għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja għajr dak għaż-żrigħ), 1002 10 00, u 1002 90 00, id-dazju għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 għal kull tunnellata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji stabbiliti fl-Anness I

1.   

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(f’Euro għal kull tunnellata)

 

Qamħ komuni  (1)

Qamħirrum

Il-Borża

ta’ Minneapolis

ta’ Chicago

Kwotazzjoni

187,231

116,272

Primjum fuq il-Golf

23,784

Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar

40,454

2.   

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

11,705

Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar — Rotterdam:

38,841


(1)  Primjum pożittiv ta' 14-il euro għal kull tunnellata inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


Top