Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32020R0572

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/572 tal-24 ta’ April 2020 dwar l-istruttura ta’ rappurtar li għandha tiġi segwita għar-rapporti dwar l-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u inċidenti ferrovjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/2518

    ĠU L 132, 27.4.2020г., стр. 10—18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Правен статус на документа В сила

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/572/oj

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/572

    tal-24 ta’ April 2020

    dwar l-istruttura ta’ rappurtar li għandha tiġi segwita għar-rapporti dwar l-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u inċidenti ferrovjarji

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2016/798 tipprovdi qafas biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u inċidenti jiġu mxerrda mill-korpi investigattivi nazzjonali (NIBs) inkarigati mir-rappurtar dwar l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti u l-inċidenti ferrovjarji madwar l-Unjoni, skont l-Artikolu 22 tagħha.

    (2)

    Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet u kwalunkwe sejbiet u rakkomandazzjonijiet sussegwenti jipprovdu informazzjoni kruċjali għat-titjib futur tas-sikurezza ferrovjarja fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2016/798, ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza jridu jiġu implimentati mid-destinatarji u l-azzjonijiet jiġu rrappurtati lura lill-entità investigattiva.

    (3)

    Struttura komuni tar-rapport ta’ investigazzjoni hija mistennija tiffaċilita l-qsim tar-rapporti. Għal dan il-għan ġiet stabbilita bażi ta’ data pubblika ġestita taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji skont l-Artikolu 37(3)(e) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u hija aċċessibbli permezz tal-Aġenzija.

    (4)

    Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni utli u l-applikazzjoni tagħha għal partijiet ikkonċernati Ewropej oħra, xi partijiet tar-rapport jintalbu f’żewġ lingwi Ewropej.

    (5)

    L-istruttura mistennija tipproteġi lill-NIB minn interferenzi esterni, filwaqt li tiggarantixxi li l-investigazzjoni tkun twettqet b’mod indipendenti skont l-Artikolu 21(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    (6)

    Ir-rapporti dwar l-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti relatati mas-sikurezza mistennija jiżguraw li jinkisbu tagħlimiet minn aċċidenti u inċidenti fil-passat. Dawn mistennija jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza u jeliminaw ir-riskju simili ta’ sikurezza fil-futur u jippermettu lill-atturi fis-settur ferrovjarju jirrieżaminaw il-valutazzjoni tar-riskji tagħhom relatati mal-operazzjonijiet tagħhom u jaġġornaw is-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tagħhom fejn meħtieġ, inkluż fejn applikabbli biex jadottaw miżuri korrettivi, skont il-punt 7.1.3. tal-Anness I u l-punt 7.1.3. tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (3). Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tinsab f’tali rapporti jenħtieġ li tiġi strutturata biex tkun aċċessibbli faċilment.

    (7)

    Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”), li tiġbor ir-rapporti, iżżomm l-għodod tal-informatika xierqa li jipprovdu s-sejbien faċli, imfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utent (eż. permezz ta’ keywords).

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi struttura ta’ rapportar komuni għall-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u inċidenti msemmija fl-Artikolu 20(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “fattur kawżali” tfisser kwalunkwe azzjoni, ommissjoni, avveniment jew kundizzjoni, jew taħlita ta’ dawn li, kieku kellhom kkoreġuti, eliminati, jew evitati kienu jipprevjenu l-okkorrenza, fil-probabbiltà kollha;

    (2)

    “fattur li jikkontribwixxi” tfisser kwalunkwe azzjoni, ommissjoni, ġrajja jew kundizzjoni li taffettwa okkorrenza billi żżid il-probabbiltà tagħha, filwaqt li taċċellera l-effett fil-ħin jew iżżid il-gravità tal-konsegwenzi, iżda li l-eliminazzjoni tagħha ma kinitx tipprevjeni l-okkorrenza;

    (3)

    “fattur sistemiku” tfisser kwalunkwe fattur kawżali jew li jikkontribwixxi, ta’ natura organizzattiva, maniġerjali, tas-soċjetà jew regolatorja li x’aktarx jaffettwa okkorrenzi simili u relatati fil-futur, inklużi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-qafas regolatorju, it-tfassil u l-applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, il-ħiliet tal-persunal, il-proċeduri u l-manutenzjoni.

    Artikolu 3

    Struttura ta’ rappurtar

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 20, 24(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, ir-rapporti ta’ investigazzjoni għandhom jinħarġu bi struttura simili kemm jista’ jkun għal dik stabbilita fl-Anness I.

    Il-punti 1, 5 u 6 tal-Anness I għandhom jinkitbu b’lingwa uffiċjali oħra Ewropea. It-traduzzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara li jinħareġ ir-rapport.

    Ir-rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija f’format diġitali li jippermetti l-aċċess għalihom, l-indiċjar u l-analiżi diġitali tagħhom.

    Artikolu 4

    Tranżizzjoni

    Fir-rigward ta’ aċċidenti u inċidenti li għalihom tkun diġà ttieħdet deċiżjoni li jinbdew l-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798 fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-korp investigattiv jista’ jiddeċiedi jekk isegwix l-istruttura tar-rapportar kif stabbilita fl-Anness I, jew li jsegwi dik tal-Anness V tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    L-Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004, (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1)

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta’ sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).

    (4)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).


    ANNESS

    L-istruttura li għandha tiġi segwita fir-rappurtar

    Skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, ir-rapporti ta’ aċċidenti u inċidenti għandhom isegwu mill-qrib kemm jista’ jkun l-istruttura stabbilita hawn, adattata għat-tip u l-gravità tal-aċċident jew l-inċident. Fil-prinċipju, dan jinkludi input għat-titoli kollha minn 1 sa 6, inklużi s-sottotitoli tagħhom miktubin b’ittri, fejn ikun rilevanti. Fejn ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni rilevanti jew meta ma tkunx meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanzi tal-okkorrenza, id-dikjarazzjoni “mhux applikabbli” għandha tiddaħħal għat-titoli jew is-sottotitoli korrispondenti, u b’hekk tidentifikahom bħala mhux rilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir b’mod aggregat jew fil-bidu jew fl-aħħar tat-titolu jew tas-sottotitolu rilevanti.

    1.   Sommarju

    Is-sommarju huwa parti integrali mir-rapport u għandu jkun faċli biex jinftiehem sabiex ikun jista’ jinqara mingħajr aktar kuntest.

    Għandu jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-fatti bażiċi tal-okkorrenza: deskrizzjoni qasira tal-aċċident jew l-inċident; meta, fejn u kif ġara; u konklużjoni dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu. Is-sommarju għandu jirreferi għall-fatturi kollha (kawżali, kontributorji u/jew sistemiċi) identifikati mill-investigazzjoni. Fejn ikun applikabbli, is-sommarju għandu jelenka r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u d-destinatarji tagħhom

    2.   L-investigazzjoni u l-kuntest tagħha

    Din il-parti tar-rapport għandha tagħti l-għanijiet u l-kuntest tal-investigazzjoni. Għandha tagħmel referenza għal kwalunkwe fattur bħalma huwa dewmien li jista’ jkollu impatt detrimentali jew li jinfluwenza b’mod ieħor l-investigazzjoni jew il-konklużjonijiet tagħha.

    1.

    Id-deċiżjoni biex tiġi stabbilita investigazzjoni:

     

    2.

    Il-motivazzjoni għad-deċiżjoni li tiġi stabbilita investigazzjoni, eż. b’referenza għall-Artikolu 20(1) (aċċident serju) jew l-Artikolu 20(2) a) — d):

     

    3.

    Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-limiti tal-investigazzjoni, flimkien mal-ġustifikazzjoni għaliha, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kwalunkwe dewmien li jitqies bħala riskju jew impatt ieħor fuq it-twettiq tal-investigazzjoni jew il-konklużjonijiet tagħha:

    Informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-limiti tista’ tkun dettaljata aktar f’punt 4.

    4.

    Deskrizzjoni aggregata tal-kapaċitajiet tekniċi u l-funzjonijiet fit-tim ta’ investigaturi. Din tinkludi dawk li jappartjenu għal korpi ta’ investigazzjoni jew partijiet esterni involuti oħrajn, kif ukoll evidenza dwar l-indipendenza tagħhom mill-partijiet involuti fl-okkorrenza:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    5.

    Deskrizzjoni tal-proċess ta’ komunikazzjoni u konsultazzjoni stabbilit ma’ persuni jew entitajiet involuti fl-okkorrenza matul l-investigazzjoni u b’rabta mal-informazzjoni pprovduta:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    6.

    Deskrizzjoni tal-livell ta’ kooperazzjoni offruta mill-entitajiet involuti:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    7.

    Deskrizzjoni tal-metodi u t-tekniki investigattivi kif ukoll tal-metodi ta’ analiżi applikati biex jiġu stabbiliti l-fatti u s-sejbiet imsemmija fir-rapport. Il-fatti għandhom mill-anqas jistabbilixxu:

    liema avvenimenti u kundizzjonijiet wasslu għall-okkorrenza;

    kienx hemm prekursuri li wasslu għal dan ta’ hawn fuq;

    l-istruzzjonijiet, il-proċeduri obbligatorji, il-mekkaniżmi ta’ feedback u/jew il-mekkaniżmi ta’ kontroll li wasslu għall-okkorrenza jew li b’mod ieħor kellhom rwol fir-rigward tagħha.

    eż. intervisti, aċċess għad-dokumentazzjoni u reġistrazzjonijiet fuq is-sistema operattiva,

    8.

    Deskrizzjoni tad-diffikultajiet u l-isfidi speċifiċi li nqalgħu matul l-investigazzjoni.

     

    9.

    Kwalunkwe interazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji, fejn xieraq

     

    10.

    Fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti fil-kuntest tal-investigazzjoni.

     

    3.   Deskrizzjoni tal-okkorrenza

    Din il-parti tar-rapport għandha tinkludi deskrizzjoni ddettaljata tal-mekkaniżmu ta’ okkorrenza, abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni mwettqa.

    (a)   L-informazzjoni dwar l-okkorrenza u informazzjoni ta’ sfond:

    1.

    Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ okkorrenza:

     

    2.

    Id-data, il-ħin preċiż u l-post tal-okkorrenza:

     

    3.

    Id-deskrizzjoni tas-sit tal-okkorrenza, flimkien mal-kundizzjonijiet tat-temp u dawk ġeografiċi fil-mument tal-okkorrenza u jekk ikun sar xi xogħol fis-sit jew fil-viċinanza tas-sit:

     

    4.

    Mwiet, korrimenti u ħsara materjali:

    passiġġieri, impjegati jew kuntratturi, utenti tal-passaġġ invell, persuni li jidħlu bla permess, persuni oħra fuq pjattaforma, persuni oħra mhux fuq pjattaforma,

    il-merkanzija, il-bagalji u proprjetà oħra,

    ir-rolling stock, l-infrastruttura u l-ambjent.

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    5.

    Id-deskrizzjoni ta’ konsegwenzi oħra, inkluż l-impatt tal-okkorrenza fuq l-operazzjonijiet regolari tal-atturi involuti:

     

    6.

    L-identifikazzjoni tal-persuni, il-funzjonijiet tagħhom, u l-entitajiet involuti, inklużi interfaċċi possibbli għall-kuntratturi u/jew partijiet oħra rilevanti:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    7.

    Id-deskrizzjoni u l-identifikaturi tal-ferrovija/i u l-kompożizzjoni tagħhom inkluż ir-rolling stock involut u n-numri ta’ reġistrazzjoni tiegħu:

     

    8.

    Deskrizzjoni tal-partijiet rilevanti tas-sistema tal-infrastruttura u tas-sinjalar - it-tip ta’ binarji, it-tip ta’ devjaturi, ta’ lokkjaturi, ta’ sinjali u ta’ sistemi ta’ protezzjoni tal-ferroviji:

     

    9.

    Fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-finijiet tad-deskrizzjoni tal-okkorrenza u l-informazzjoni ta’ sfond:

     

    (b)   Id-deskrizzjoni fattwali tal-avvenimenti:

    1.

    Il-katina prossima ta’ avvenimenti li wasslu għall-okkorrenza, inkluż:

    l-azzjonijiet meħuda minn persuni involuti;

    il-funzjonament tar-rolling stock u l-installazzjonijiet tekniċi:

    il-funzjonament tas-sistema operattiva:

    eż. il-punt tat-tluq ta’ vjaġġ bil-ferrovija, il-bidu tax-xift ta’ kwalunkwe membru tal-persunal involut

    eż. miżuri meħuda mill-persunal għall-kontroll u s-sinjalar tat-traffiku, skambju ta’ messaġġi bil-fomm u ordnijiet bil-miktub b’rabta mal-okkorrenza

    eż. sistema ta’ sinjalar u ta’ kmand ta’ kontroll, infrastruttura, tagħmir ta’ komunikazzjoni, rolling stock, manutenzjoni, eċċ.

    2.

    Il-katina ta’ avvenimenti mill-okkorrenza sa tmiem l-azzjonijiet tas-servizzi ta’ salvataġġ, inkluż:

    il-miżuri meħuda biex ikun protett u ssalvagwardjat is-sit tal-okkorrenza,

    l-isforzi tas-servizzi ta’ salvataġġ u ta’ emerġenza.

    eż. l-iskattar tal-pjan ta’ emerġenza tal-linji ferrovjarja, l-iskattar tal-pjan ta’ emerġenza tas-servizzi pubbliċi ta’ salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi mediċi u l-katina ta’ avvenimenti tagħha

    4.   Analiżi tal-okkorrenza, fejn meħtieġ, fir-rigward tal-fatturi kontributorji individwali

    Din il-parti tar-rapport għandha tanalizza l-fatti u s-sejbiet stabbiliti (jiġifieri, il-prestazzjoni tal-operaturi, ir-rolling stock u/jew l-installazzjonijiet tekniċi) li jkunu kkawżaw l-okkorrenza. L-analiżi għandha twassal biex jiġu identifikati l-fatturi kritiċi tas-sikurezza li kkawżaw jew li kkontribwew b’mod ieħor għall-okkorrenza, inklużi l-fatti identifikati bħala prekursuri. Aċċident jew inċident jista’ jiġi kkawżat minn fatturi kawżali, sistemiċi u kontributorji li huma ugwalment importanti u li jenħtieġ li jitqiesu matul investigazzjoni.

    L-analiżi tista’ tiġi estiża għal kundizzjonijiet, mekkaniżmi ta’ rispons u/jew mekkaniżmi ta’ kontroll fis-sistema ferrovjarja kollha li kienu identifikati li jinfluwenzaw b’mod attiv l-iżvilupp ta’ okkorrenzi simili. Dan jista’ jinkludi l-funzjonament tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-partijiet involuti u l-attivitajiet regolatorji li jkopru ċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni.

    L-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu koperti għal kull wieħed mill-avvenimenti jew fatturi identifikati (kawżali jew kontributorji) li jidhru li huma kritiċi għas-sikurezza, f’konformità mal-flessibbiltà offruta mill-istruttura (ara hawn fuq).

    (a)   Rwoli u dmirijiet

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798 din il-parti tar-rapport għandha twassal għall-identifikazzjoni u l-analiżi tar-rwoli u d-dmirijiet ta’ persuni u entitajiet individwali, inkluż, jekk ikun meħtieġ, il-persunal rilevanti u l-kompiti u l-funzjonijiet iddefiniti tagħhom, identifikati bħala involuti fl-okkorrenza b’mod kritiku għas-sikurezza, jew kwalunkwe attività li twassal għaliha.

    1.

    L-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    2.

    L-entità/entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni, il-workshops tal-manutenzjoni, u/jew kull fornitur ieħor ta’ manutenzjoni:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    3.

    Manifatturi tar-rolling stock jew fornituri oħra ta’ prodotti ferrovjarji:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    4.

    L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u/jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    5.

    Korpi notifikati, korpi nominati u/jew korpi tal-valutazzjoni tar-riskju:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara

    6.

    Korpi ta’ ċertifikazzjoni ta’ entitajiet inkarigati bil-manutenzjoni msemmija taħt 2:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara.

    7.

    Kwalunkwe persuna jew entità oħra rilevanti għall-okkorrenza, iddokumentata jew mhux f’waħda mis-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza rilevanti jew imsemmija f’reġistru jew qafas legali rilevanti:

    Jekk tingħata l-anonimità lil persuni jew entitajiet, jekk jogħġbok iċċara

    eż. detenturi ta’ vetturi, fornituri tat-terminals, loaders jew fillers

    (b)   Ir-rolling stock u l-installazzjonijiet tekniċi

    Fatturi kawżali għal okkorrenza jew il-konsegwenzi tagħha li ġew identifikati bħala marbuta mal-kundizzjoni tar-rolling stock jew l-installazzjonijiet tekniċi, inklużi fatturi kontributorji possibbli b’rabta ma’ attivitajiet u deċiżjonijiet, bħal:

    1.

    Li jirriżultaw mid-disinn tar-rolling stock, l-infrastruttura ferrovjarja jew l-installazzjonijiet tekniċi:

     

    2.

    Li jkunu ġejjin mill-installazzjoni u t-tqegħid fis-servizz tar-rolling stock, l-infrastruttura ferrovjarja jew l-installazzjoni teknika:

     

    3.

    Li jkunu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-manifatturi jew ta’ fornituri oħra ta’ prodotti ferrovjarji:

     

    4.

    Li jirriżultaw mill-manutenzjoni u/jew mill-modifika tar-rolling stock jew l-installazzjonijiet tekniċi:

     

    5.

    Li jkunu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni, il-workshops tal-manutenzjoni u fornituri oħra tal-manutenzjoni:

     

    6.

    U kwalunkwe fattur ieħor jew konsegwenza oħra meqjusa rilevanti għall-iskop tal-investigazzjoni:

     

    (c)   Fatturi umani

    Meta fatturi kawżali jew kontributorji ta’ okkorrenza kienu relatati ma’ azzjonijiet tal-bniedem, għandha tingħata attenzjoni liċ-ċirkostanzi partikolari u l-mod li bih l-attivitajiet ta’ rutina jitwettqu mill-persunal matul l-operazzjonijiet normali u l-fatturi umani u organizzattivi li jistgħu jinfluwenzaw l-azzjonijiet u/jew id-deċiżjonijiet, inkluż:

    1.

    Karatteristiċi umani u individwali:

    (a)

    it-taħriġ u l-iżvilupp, inklużi l-ħiliet u l-esperjenza,

    (b)

    iċ-ċirkostanzi mediċi u personali bl-influenza fuq l-okkorrenza, inkluża l-eżistenza tal-istress fiżiku u psikoloġiku,

    (c)

    għeja,

    (d)

    il-motivazzjoni u l-attitudni.

     

    2.

    Fatturi tal-impjieg

    (a)

    it-tfassil tal-kompiti,

    (b)

    id-disinn tat-tagħmir b’impatt fuq l-interfaċċja bniedem-magna.

    (c)

    il-mezzi ta’ komunikazzjoni,

    (d)

    il-prattiki u l-proċessi,

    (e)

    ir-regoli operattivi, l-istruzzjonijiet lokali, ir-rekwiżiti tal-persunal, il-preskrizzjonijiet ta’ manutenzjoni u l-istandards applikabbli,

    (f)

    il-ħin tax-xogħol tal-persunal involut,

    (g)

    il-prattiki tal-immaniġġjar tar-riskji

    (h)

    il-kuntest, il-makkinarju, it-tagħmir u l-istruzzjonijiet li jsawru l-prattiki tax-xogħol.

     

    3.

    Fatturi organizzattivi u assenjazzjonijiet:

    (a)

    l-ippjanar tal-forza tax-xogħol u l-ammont ta’ xogħol,

    (b)

    il-komunikazzjonijiet, il-ħidma relatata mal-informazzjoni u mat-tim,

    (c)

    ir-reklutaġġ u l-għażla, ir-riżorsi,

    (d)

    il-ġestjoni u s-superviżjoni tal-prestazzjoni,

    (e)

    il-kumpens (remunerazzjoni),

    (f)

    kwistjonijiet relatati mat-tmexxija u mal-poter

    (g)

    il-kultura organizzattiva,

    (h)

    kwistjonijiet legali (inklużi regoli u regolamenti tal-UE u nazzjonali rilevanti),

    (i)

    il-kundizzjonijiet tal-qafas regolatorju u l-applikazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

     

    4.

    Fatturi ambjentali:

    (a)

    il-kundizzjonijiet tax-xogħol (l-istorbju, id-dawl, il-vibrazzjonijiet,...),

    (b)

    il-kundizzjonijiet tat-temp u dawk ġeografiċi,

    (c)

    ix-xogħlijiet imwettqa fis-sit jew fil-viċinanżi tas-sit.

     

    5.

    U kwalunkwe fattur ieħor rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni fil-punti (1), (2), (3), (4) ta’ hawn fuq:

     

    (d)   Mekkaniżmi ta’ rispons u ta’ kontroll, inkluż il-ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza kif ukoll il-proċessi ta’ monitoraġġ.

    1.

    Il-kundizzjonijiet tal-qafas regolatorju rilevanti:

     

    2.

    Il-proċessi, il-metodi, il-kontenut u r-riżultati ta’ valutazzjoni tar-riskju u attivitajiet ta’ monitoraġġ, imwettqa minn kwalunkwe wieħed mill-atturi involuti: impriżi ferrovjarji, maniġers tal-infrastruttura, entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, workshops tal-manutenzjoni, fornituri oħra tal-manutenzjoni, manifatturi u kwalunkwe attur ieħor, u r-rapporti ta’ valutazzjoni indipendenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 (1):

     

    3.

    Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-impriża(i) ferrovjarja(i) u tal-maniġer(s) tal-infrastruttura involuti inklużi l-elementi bażiċi ddikjarati fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u kwalunkwe att ta’ implimentazzjoni legali tal-UE:

     

    4.

    Is-sistema ta’ ġestjoni tal-entità/entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni u l-workshops tal-manutenzjoni, inklużi l-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 14(3) u fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/798 u kull att ta’ implimentazzjoni sussegwenti:

     

    5.

    Ir-riżultati tas-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798:

     

    6.

    L-awtorizzazzjonijiet, iċ-ċertifikati u r-rapporti ta’ valutazzjoni mogħtija mill-Aġenzija, mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza jew minn korpi oħra ta’ valutazzjoni tal-konformità:

    Ċertifikati ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza/ta’ sikurezza tal-maniġer(s) tal-infrastruttura u tal-impriża(i) ferrovjarja(i) involuti,

    Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ installazzjonijiet fissi u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta’ vetturi fis-suq.

    Entità responsabbli għall-manutenzjoni u l-workshops tal-manutenzjoni (inkluża ċ-ċertifikazzjoni).

     

    7.

    Fatturi sistemiċi oħrajn:

     

    (e)   Okkorrenzi preċedenti ta’ natura simili, jekk disponibbli.

    5.   Konklużjonijiet

    Il-konklużjonijiet għandu jkun fihom:

    (a)

    Sommarju tal-analiżi u konklużjonijiet fir-rigward tal-kawżi tal-okkorrenza

    Il-konklużjonijiet għandhom jiġbru fil-qosor l-identifikazzjoni tal-fatturi kawżali u li jikkontribwixxu għall-okkorrenza, inklużi fatturi sistemiċi kemm immedjati kif ukoll aktar profondi, kif ukoll miżuri ta’ sikurezza neqsin jew inadegwati li għalihom huma rrakkomandati miżuri ta’ kumpens. Barra minn hekk, għandu jirreferi għall-kapaċità tal-organizzazzjonijiet involuti biex jindirizzaw dan permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tagħhom, sabiex jiġu evitati aċċidenti u inċidenti fil-futur.

    (b)

    Miżuri meħuda mill-okkorrenza ’l hawn

    (c)

    Osservazzjonijiet addizzjonali:

    Kwistjonijiet ta’ sikurezza identifikati matul l-investigazzjoni, iżda mingħajr rilevanza għall-konklużjonijiet dwar il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ okkorrenza.

    6.   Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

    Fejn ikun xieraq, din il-parti tar-rapport għandha tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza għall-uniku għan li jiġu evitati okkorrenzi simili fil-futur.

    In-nuqqas ta’ rakkomandazzjonijiet għandu jiġi spjegat.

    Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza għandhom ikunu bbażati fuq fatti stabbiliti u osservazzjonijiet addizzjonali dwarhom, kif ukoll l-analiżi tagħhom li twassal għal konklużjonijiet dwar il-kawżi rilevanti għas-sikurezza u l-konsegwenzi ta’ okkorrenza.

    Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza jistgħu jinħarġu wkoll b’rabta ma’ osservazzjonijiet addizzjonali fl-ebda kuntest kawżali jew li jikkontribwixxi għall-okkorrenza.


    (1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta’ April 2013 dwar il-metodu komuni ta’ sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8).


    Нагоре