Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1155R(01)

    Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 188 tat-12 ta’ Lulju 2019)

    ST/12177/2019/INIT

    ĠU L 20, 24.1.2020, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1155/corrigendum/2020-01-24/oj

    24.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/25


    Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 188 tat-12 ta’ Lulju 2019 )

    Fil-paġna 30, il-punt (3) tal-Artikolu 1, l-emenda tal-punt (c) tal-Artikolu 3(5),

    minflok:

    “c)

    ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew għal pajjiż li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew għall-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerka...”,

    aqra:

    “c)

    ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew għall-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerka...”;

    Fil-paġna 31, l-ittra (a) tal-punt (8) tal-Artikolu 1, l-emenda tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 10,

    minflok:

    “1.   L-applikanti għandhom jidhru personalment meta jippreżentaw applikazzjoni għall-ġbir ta’ marki tas-swaba’, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 13(7).”,

    aqra:

    “1.   Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti għandhom jidhru personalment sabiex jittiħdulhom il-marki tas-swaba’, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 13(7).”.


    Top