This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1884
Council Decision (CFSP) 2019/1884 of 8 November 2019 amending Decision (CFSP) 2016/2382 establishing a European Security and Defence College (ESDC)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1884 tat-8 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1884 tat-8 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)
ST/12540/2019/INIT
ĠU L 290, 11.11.2019, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1515
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1884
tat-8 ta’ Novembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382
li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1). |
(2) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 1 893 598.
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINTILÄ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).