Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1883

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-8 ta’ Novembru 2019 li jemenda għat-307 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

ĠU L 290, 11.11.2019, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1883/oj

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE)

tat-8 ta’ Novembru 2019

li jemenda għat-307 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li tħassar entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Mourad Ben Ali Ben Al-Basheer Al-Trabelsi (alias (a) Aboue Chiba Brahim, (b) Arouri Taoufik, (c) Ben Salah Adnan, (d) Sassi Adel, (e) Salam Kamel, (f) Salah Adnan, (g) Arouri Faisel, (h) Bentaib Amour, (i) Adnan Salah, (j) Hasnaoui Mellit, (k) Arouri Taoufik ben Taieb, (l) Abouechiba Brahim, (m) Farid Arouri, (n) Ben Magid, (o) Maci Ssassi, (p) Salah ben Anan, (q) Hasnaui Mellit. Indirizz: Triq il-Libja, Numru 9, Manzil Tmim, Nabeul, it-Tuneżija. Data tat-twelid: (a) 20.5.1969, (b) 2.9.1966, (c) 2.9.1964, (d) 2.4.1966, (e) 2.2.1963, (f) 4.2.1965, (g) 2.3.1965, (h) 9.2.1965, (i) 1.4.1966, (j) 1972, (k) 9.2.1964, (l) 2.6.1964, (m) 2.6.1966, (n) 2.6.1972. Post tat-twelid: (a) Manzil Tmim, it-Tuneżija; (b) Il-Libja; (c) It-Tuneżija; (d) L-Algerija; (e) Il-Marokk; (f) Il-Libanu. Nazzjonalità: Tuneżin Nru tal-Passaport: (a) G827238 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-1.6.1996 li skada 31.5.2001), (b) 05093588 (Identifikazzjoni nazzjonali). Informazzjoni oħra: Isem l-omm huwa Mabrukah al-Yazidi. Data tal-ikklassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”


Top