Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1804

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2018/1804]

    ĠU L 296, 22.11.2018, p. 37–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1804/oj

    22.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 296/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 244/2016

    tat-2 ta' Diċembru 2016

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2018/1804]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    32011 L 0076: Id-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 (ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1).”

    2.

    Il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(e)

    Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 7i(2):

    “Għal arranġamenti għall-ħlas għall-użu tat-toroq fin-network trans-Ewropew tat-toroq fi nħawi oħra tan-Norveġja apparti x-Xlokk tan-Norveġja, l-iskontijiet u r-rati mnaqqsin li qed jingħataw bħalissa lil min juża dawk it-toroq spiss jistgħu jinżammu fil-każ ta' arranġamenti għall-ħlas għall-użu tat-toroq li jkunu diġà fis-seħħ fid-data meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2012 tat-13 ta' Lulju 2012 (2), dment li l-proporzjon tat-traffiku ta' vetturi kbar tal-merkanzija fin-network infrastrutturali inkwistjoni ma jkunx jaqbeż it-30 %.

    Fir-rigward ta' arranġamenti ġodda għall-ħlas għall-użu tat-toroq li jiddaħħlu wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2012, l-iskontijiet jew rati mnaqqsin għal min juża spiss dawk it-toroq jistgħu jaqbżu l-livell stabbilit fl-Artikolu 7i(2)(c) ta' din id-Direttiva dment li:

    il-proporzjon tat-traffiku internazzjonali ta' vetturi kbar tal-merkanzija fin-network infrastrutturali inkwistjoni ma jkunx jaqbeż il-5 %,

    il-livell ta' tali skontijiet jew rati mnaqqsin ikun iġġustifikat minn ċirkustanzi speċifiċi, partikularment meta n-network infrastrutturali inkwistjoni jkun jikkonsisti minn pontijiet jew mini li jieħdu post it-trasport bil-vapuretti.

    (2)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 8.””"

    (2)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 8.””"

    3.

    Il-punt (f) huwa rinumerat bħala l-punt (d), u l-kelma “7(9)” fih hija sostitwita bil-kelma “7(1)”.

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva 2011/76/UE bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Bergdís ELLERTSDÓTTIR


    (1)  ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1.

    (*1)  Ma huwa indikat ebda l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

    għad-Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 244/2016 li tinkorpora d-Direttiva 2011/76/UE fil-Ftehim taż-ŻEE

    L-inkorporazzjoni tal-Artikoli 2(b), 7c, 7f(4) u (5), 7g(1)(iv), 7h(3) u (4), 7i(1), 7j(3) u (4), 11(1)(a) u (d) u l-Annessi IIIa u IIIb tar-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (2), fil-Ftehim taż-ŻEE hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


    (1)  OJ L 187, 20.7.1999, p. 42.

    (2)  OJ L 269, 14.10.2011, p. 1.


    Top