Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1803

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1803 tal-20 ta' Novembru 2018 li tawtorizza lil Franza biex tikkonkludi ftehim ma' Saint Barthélemy, Saint-Pierre-et-Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament għal trasferimenti ta' fondi bejn Franza u kull wieħed minn dawn it-territorji sabiex jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi Franza, skont ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 7434)

C/2018/7434

ĠU L 296, 22.11.2018, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1803/oj

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1803

tal-20 ta' Novembru 2018

li tawtorizza lil Franza biex tikkonkludi ftehim ma' Saint Barthélemy, Saint-Pierre-et-Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament għal trasferimenti ta' fondi bejn Franza u kull wieħed minn dawn it-territorji sabiex jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi Franza, skont ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 7434)

(Il-verżjoni Franċiża biss hija awtentika)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba ta' Franza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/847,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/853/KE (2), Franza ngħatat deroga fir-rigward tat-trasferimenti ta' fondi bejn Saint Pierre u Miquelon, Mayotte, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna rispettivament, u Franza.

(2)

Fl-24 ta' Marzu 2017, Franza talbet li tiġġedded id-deroga f'applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/847 għat-trasferimenti ta' fondi bejn Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna rispettivament, u Franza.

(3)

It-territorji Franċiżi extra-Ewropej koperti bid-Deċiżjoni 2009/853/KE huma differenti minn dawn li għalihom qed jintalab it-tiġdid tad-deroga. B'konsegwenza, it-talba ta' Franza tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/847.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2015/847, it-trasferiment ta' fondi bejn Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna rispettivament u Franza ġew trattati proviżorjament bħala trasferimenti fi Franza mill-24 ta' Marzu 2017.

(5)

L-Istati Membri ġew mgħarrfa permezz ta' proċedura bil-miktub tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu fil-25 ta' Mejju 2018 li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tevalwa t-talba ta' Franza.

(6)

L-istatus ta' Saint Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni nbidel - hija saret pajjiż u territorju extra-Ewropew b'assoċjazzjoni mal-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 528/2012/UE (3). Bis-saħħa tal-Ftehim Monetarju tat-12 ta' Lulju 2011 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża (4), Saint Barthélemy tifforma parti miż-żona monetarja ta' Franza u l-euro hija valuta legali f'dak it-territorju.

(7)

L-istatus ta' Mayotte fir-rigward tal-Unjoni nbidel — hija saret dipartiment Franċiż extra-Ewropew u wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE (5). Għaldaqstant Mayotte mhijiex koperta b'din id-Deċiżjoni.

(8)

Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Unjoni kif determinat f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat. Madankollu, Saint Pierre u Miquelon, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/95/KE (6) u New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna, bis-saħħa tal-Protokoll 18 dwar Franza anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kollha huma parti miż-żona monterja ta' Franza u l-euro huwa valuta legali f'dawn it-territorji kollha.

(9)

Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna għaldaqstant jimxu mal-kriterju msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/847.

(10)

Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament f'Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna jieħdu sehem dirett f'sistemi ta' pagament u saldu fi Franza, jiġifieri CORE jew Target2-Banque de France. Għaldaqstant dawn huma konformi mal-kriterju stabbilit fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2015/847.

(11)

Biex ir-regolamenti tal-Unjoni japplikaw għal Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna, Franza trid tadotta leġiżlazzjoni speċifika għal dak il-għan. L-adozzjoni minn Franza tal-Ordni Nru 2016-1635 tal-1 ta' Diċembru 2016, b'mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tagħha, tiżgura li dawk it-territorji jkunu inkorporaw fl-ordni ġuridiku tagħhom dispożizzjonijiet li jikkorrespondu għal dawk tar-Regolament (UE) 2015/847.

(12)

Għaldaqstant, Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna adottaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2015/847 u jeżiġu li l-fornituri ta' servizzi ta' pagament tagħhom japplikawhom, u b'hekk jissodisfaw il-kriterju stabbilit fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Għaldaqstant huwa xieraq li Franza tingħata d-deroga mitluba.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza għandha tkun awtorizzata li tikkonkludi ftehim ma' Saint Barthélemy, Saint Pierre u Miquelon, New Caledonia, il-Polineżja Franċiża, u Wallis u Futuna rispettivament, bl-għan li t-trasferimenti ta' fondi bejn kwalunkwe territorju minn dawn u Franza jitqies bħala trasferiment ta' fondi fi Franza stess għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/847.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/853/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/853/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tawtorizza lil Franza biex tikkonkludi ftehim ma' Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polineżja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament għal trasferimenti ta' fondi bejn Franza u kull wieħed minn dawn it-territorji sabiex jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan Franza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 71).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 528/2012/UE tal-24 ta' Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 264, 29.9.2012, p. 1).

(4)  Il-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża dwar iż-żamma tal-euro f'Saint-Barthélemy wara l-modifikazzjoni fl-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 20.7.2011, p. 3).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha fil-Mayotte mill-1 ta' Jannar 2014 (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 3).

(6)  ĠU L 30, 4.2.1999, p. 29.


Top