Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32018R1605

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1605 tal-25 ta' Ottubru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

    ST/12725/2018/INIT

    ĠU L 268, 26.10.2018, s. 18—19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Právní stav dokumentu platné

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1605/oj

    26.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/18


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1605

    tal-25 ta' Ottubru 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

    (2)

    Hija disponibbli informazzjoni ta' identifikazzjoni addizzjonali dwar persuna fiżika waħda.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755, l-entrata 3 taħt l-intestatura “Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2” hija sostitwita b'li ġej:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

    “3.

    Mathias/Joseph NIYONZIMA

    magħruf ukoll bħala KAZUNGU

    Data tat-twelid: 6.3.1956; 2.1.1967

    Post tat-twelid:Komun ta' Kanyosha, Mubimbi, Provinċja ta' Bujumbura Rurali, Burundi

    Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064

    Nazzjonalità Burundjana.

    Numru tal-passaport: OP0053090

    Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi.”


    Nahoru