This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018BP1344
Resolution (EU) 2018/1344 of the European Parliament of 18 April 2018 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the Office of the Body of European Regulators for Electronic Communications for the financial year 2016
Riżoluzzjoni (UE) 2018/1344 tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016
Riżoluzzjoni (UE) 2018/1344 tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016
ĠU L 248, 3.10.2018, p. 168–170
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/168 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2018/1344 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ April 2018
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-rieżami rapidu tal-każ dwar l-implimentazzjoni tat-tnaqqis b’5 % tal-persunal ippubblikat fil-21 ta’ Diċembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0069/2018), |
A. |
billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani; |
B. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-“Uffiċċju”) għas-sena finanzjarja 2016 kien ta’ EUR 4 246 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,69 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit kollu tal-Uffiċċju kien derivat mill-baġit tal-Unjoni għall-2016; |
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari; |
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
1. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f’Marzu 2016, l-Uffiċċju nieda proċedura ta’ akkwist bil-għan li jiġi ffirmat kuntratt qafas wieħed (FWC) maż-żewġ skejjel internazzjonali eżistenti li jinsabu f’Riga għat-tfal tal-persunal tiegħu; jinnota li filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerta jiddikjaraw li l-Uffiċċju jkun jistabbilixxi kuntratt qafas multiplu partikolari f’sensiela ma’ żewġ operaturi ekonomiċi, il-kriterji tal-għoti ddikjaraw li l-għażla tal-iskola qiegħda f’idejn il-ġenituri; josserva li, konsegwentement, il-FWC ta’ EUR 400 000, li ġie ffirmat f’Lulju 2016, huwa bbażat fuq kunċetti kontradittorji, li jikkawża inċertezza tad-dritt għall-Uffiċċju u għall-iskejjel; jinnota, barra minn hekk, li FWC ma kienx meħtieġ f’dan il-każ; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-risposta tal-Uffiċċju skont liema se juża, fil-futur, ftehimiet ta’ servizz dirett mal-iskejjel mingħajr akkwist; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
2. |
Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 96,20 %, li tfisser żieda ta’ 0,55 % meta mqabbla mas-sena 2015; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 77,19 %, li tfisser tnaqqis ta’ 3,12 % meta mqabbla mal-2015; |
3. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Uffiċċju ffirma kuntratt ta’ EUR 60 000 għall-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ professjonali u konsulenza relatati mar-riżorsi umani f’Marzu 2016; huwa mħasseb bil-fatt li l-proċedura ta’ akkwist kienet esklużivament ibbażata fuq il-prezz; jenfasizza li l-involviment ta’ konsulent mingħajr ma jitqiesu l-kompetenza u l-għarfien espert bħala kriterji tal-għoti ma jiżgurax l-aħjar valur għall-flus; jilqa’ pożittivament ir-reazzjoni tal-Uffiċċju biex itemm il-kuntratt qafas u jistabbilixxi strateġija differenti biex jikseb is-servizzi neċessarji; |
4. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-proviżjonijiet baġitarji tal-2014 għall-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li għandhom status ta’ osservatur fl-Uffiċċju ma mmaterjalizzawx fin-nuqqas ta’ ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA; |
Impenji u riporti
5. |
Jinnota li, skont l-Uffiċċju, ir-riport totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-2016 ammonta għal EUR 615 957,25; jirrimarka li EUR 44 869,19 (7,29 %) tal-approprjazzjonijiet riportati ġew kanċellati; |
6. |
Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b’mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Uffiċċju u kkomunikati lill-Qorti; |
Politika tal-persunal
7. |
Jinnota li fi tmiem l-2016, l-Uffiċċju impjega 27 membru tal-persunal (fosthom aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati); jinnota li b’segwitu għat-tqaċċit implimentat fl-2015, meta n-numru ta’ postijiet tax-xogħol tnaqqas b’wieħed, l-Uffiċċju kellu jagħmel tqaċċit addizzjonali, peress li dan tal-aħħar kien ukoll rikjest jikkontribwixxi b’post wieħed lir-riserva ta’ riallokazzjoni tal-Aġenziji; |
8. |
Josserva bi tħassib li l-Uffiċċju ntlaqat negattivament mill-ogħla rata possibbli ta’ tqaċċit skont ir-rapport tal-Qorti rigward l-implimentazzjoni tat-tnaqqis b’5 % tal-persunal ippubblikat fil-21 ta’ Diċembru 2017, jiġifieri tqaċċit ta’ 12,5 %, indipendentement mill-fatt li r-Regolament (UE) 2015/2120 assenja kompiti addizzjonali lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi mingħajr aġġustament tar-riżorsi tal-Uffiċċju f’dan is-sens; jisħaq fuq il-bżonn ta’ riżorsi umani adegwati bil-għan li jkun żgurat li l-Uffiċċju jaqdi l-mandat tiegħu filwaqt li l-operat ta’ kuljum tiegħu jibqa’ jsir mingħajr intoppi; |
9. |
Josserva mill-organigramma li 14-il post (mit-total ta’ 5-il post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2016, kif kien il-każ fl-2015; |
10. |
Jinnota li fit-30 ta’ Mejju 2017 il-proporzjon bejn nisa u rġiel kien 42,31 % fil-każ tan-nisa u 57,69 % fil-każ tal-irġiel; josserva bi tħassib, madankollu, li l-proporzjon bejn nisa u rġiel fil-kumitat ta’ tmexxija kien ta’ 28 % għal 72 %; |
11. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2016, il-medja ta’ snin ta’ impjieg fl-Uffiċċju kien ta’ 2,58 u d-dawran tal-persunal kien għoli, jiġifieri 25 %; jinnota li din is-sitwazzjoni taffettwa l-effiċjenza tal-Uffiċċju u toħloq riskji għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tiegħu; jirrikonoxxi li raġuni possibbli għal dawran ta’ persunal għoli hija l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji li jiġi applikat fl-Istat ospitanti (73 % fl-1 ta’ Lulju 2016); jinnota li l-Uffiċċju jirrikonoxxi li d-dawran tal-persunal huwa fattur ta’ riskju, li ġie rreġistrat fir-reġistru tar-riskju bħala riskju sinifikanti u d-diriġenti qegħdin jaħdmu kontinwament fuq l-introduzzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħudin jew ppjanati biex jiġi mitigat ir-riskju u tiġi indirizzata l-kwistjoni taż-żamma tal-persunal b’mod xieraq; |
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal tal-Uffiċċju; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit li ntefaq għall-attivitajiet ta’ benesseri jammonta għal madwar EUR 827,60 li jikkorrispondu għal jumejn; josserva li l-medja ta’ ġranet ta’ liv minħabba mard huwa 2,82 għal kull membru tal-persunal għall-unità tal-amministrazzjoni u l-finanzi u 6,23 għal kull membru tal-persunal għall-unità tal-ġestjoni tal-programmi; jistieden lill-Uffiċċju jispjega r-raġunijiet wara din id-differenza; |
13. |
Japprezza l-fatt li l-Uffiċċju adotta regoli ta’ implimentazzjoni ġodda dwar il-politiki dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; isostni s-sessjoni ta’ taħriġ organizzata biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-persunal u jissuġġerixxi l-organizzazzjoni perjodika ta’ sessjoni ta’ taħriġ u informazzjoni dwar il-kwistjoni; |
14. |
Jinnota b’sodisfazzjon il-fatt li l-Uffiċċju ma rċieva l-ebda lment, azzjoni legali jew każijiet irrapportati marbuta mal-ingaġġ jew mat-tkeċċija ta’ membri tal-persunal fl-2016; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, trasparenza u demokrazija
15. |
Jinnota li ġie żviluppat abbozz ta’ politika interna dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u dan ġie notifikat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif rikjest mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2); japprezza l-fatt li l-Uffiċċju organizza sessjonijiet ta’ taħriġ interni dwar il-valuri etiċi, il-kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni ta’ frodi u l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; |
16. |
Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Uffiċċju inkluda kapitolu dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fir-Rapport Konsolidat ta’ Attività Annwali tal-2016; |
Riżultati ewlenin li nkisbu
17. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tliet riżultati tal-2016 b’appoġġ lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), partikolarment:
|
Kontrolli interni
18. |
Jikkonstata li fl-2015 l-Uffiċċju kompla l-isforzi tiegħu biex jikseb konformità totali mal-qafas tal-Istandards ta’ Kontroll Intern (ICSs) u fil-bidu tal-2016 is-Servizz ta’ Awditjar Intern (IAS) għalaq ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar l-implimentazzjoni tal-ICSs; japprezza li fl-2016 l-Uffiċċju kkummissjona konsulent indipendenti biex issir valutazzjoni tal-ICSs li twettqet f’Novembru u f’Diċembru 2016; jilqa’ pożittivament il-fatt li l-konsulent indipendenti kkonkluda li, fuq livell ġenerali, l-ICSs huma implimentati b’mod effikaċi; |
Awditu intern
19. |
Jinnota li l-IAS għamel eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju sħiħa li kopra l-proċessi ewlenin tal-Uffiċċju, kemm dawk operattivi, skont il-missjoni tiegħu, kif ukoll dawk amministrattivi, biex jingħata appoġġ lill-kompiti operattivi; jinnota li, fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u fid-dawl tal-profil ta’ riskju tal-Uffiċċju, l-IAS baxxa n-numru ta’ missjonijiet ta’ awditjar għall-ġejjieni u biħsiebu jagħmel massimu ta’ żewġ missjonijiet ta’ assigurazzjoni fil-perjodu ta’ tliet snin; |
20. |
Jinnota b’sodisfazzjon li sa tmiem l-2016, l-Uffiċċju kien ħa l-passi kollha neċessarji u ppreżenta r-risposti għar-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha li jidderivaw mill-missjoni ta’ awditjar tal-2015 u konsegwentement, l-awdituri tal-IAS irrakkomandaw l-għeluq tal-punti miftuħa; |
Kummenti oħra
21. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Uffiċċju għandu, flimkien mal-Kummissjoni, iqis il-possibbiltà li jikkummissjona evalwazzjoni esterna perjodika tal-prestazzjoni mill-inqas kull ħames snin, bħalma huwa l-każ għall-biċċa l-kbira mill-aġenziji l-oħra; japprezza li l-Uffiċċju diġà qiegħed jikkoopera mal-Kummissjoni għall-evalwazzjonijiet futuri; |
22. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 113, 30.3.2016, p. 159.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0133 (ara paġna 393 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).