This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0992
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2018/992 of 11 July 2018 on the appointment of the EU Mission Force Commander of the European Union military mission to contribute to the training of Somali security forces (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/992 tal-11 ta' Lulju 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/992 tal-11 ta' Lulju 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)
ST/10427/2018/INIT
ĠU L 177, 13.7.2018, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2019; Imħassar b' 32019D1264
13.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/992
tal-11 ta' Lulju 2018
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 (2) emendat il-katina ta' kmand tal-EUTM Somalia. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 (3) tħassret, u l-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA nħatar bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia. |
(3) |
Fis-26 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1160 (4) biex ħatar lill-Kurunell Pietro ADDIS bħala s-suċċessur tal-Brigadier Ġeneral Maurizio MORENA bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia. |
(4) |
Fit-18 ta' Ġunju 2018, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Kurunell Matteo Giacomo SPREAFICO bħala s-suċċessur tal-Brigadier Ġeneral Pietro ADDIS bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mis-16 ta' Lulju 2018. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Matteo Giacomo SPREAFICO huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mis-16 ta' Lulju 2018.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal- Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal- PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id- Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (EUTM Somalia/1/2016) (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 99).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1160 tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2017) (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 37).