This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0189
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/189 of 23 November 2017 amending Delegated Regulation (EU) No 1395/2014 establishing a discard plan for certain small pelagic fisheries and fisheries for industrial purposes in the North Sea
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/189 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/189 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana
C/2017/7695
ĠU L 36, 9.2.2018, p. 4–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/4 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/189
tat-23 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet għall-iskartar tal-ħut permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin u li jista' jiġġedded darba abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' ċerti mekkaniżmi ta' flessibbiltà. |
(4) |
L-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha jistgħu jiġu speċifikati b'konformità mal-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta l-evidenza xjentifika tindika li ż-żieda tas-selettività tkun diffiċli ħafna jew li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ġġib magħha spejjeż sproporzjonati (“eżenzjonijiet de minimis”). |
(5) |
Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv għas-Sajd Pelaġiku, fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni. |
(6) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li għas-snin 2018, 2019 u 2020 tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir b'bastimenti tat-tkarkir b'irkaptu tan-nofs fond (OTM u PTM) b'tul globali ta' 25 m, immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana. |
(7) |
L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika sabiex juru li l-ġestjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa fis-sajd rilevanti ġġib magħha spejjeż sproporzjonati. Dik l-evidenza ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). L-STECF innota li l-eżenzjoni de minimis tista' tipprovdi inċentiv lill-flotot involuti biex jadattaw l-imġiba tagħhom u jkomplu jirriċerkaw dwar modi ta' kif tista' tittejjeb is-selettività. Għalhekk, l-eżenzjoni kkonċernata li qed tiġi ssuġġerita tista' tiġi inkluża fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-durata tal-pjan għall-iskartar tal-ħut tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(9) |
L-Artikoli 2, 4 u 4a tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 jipprevedu rispettivament eżenzjoni tas-sopravivenza għall-kavalli u għall-aringi maqbuda f'sajd bil-purse seine, għad-dokumentazzjoni tal-qabdiet u għall-miżuri tekniċi għas-sajd tal-laċċ ikħal. Il-miżura dwar l-eżenzjoni tas-sopravivenza ġiet evalwata b'mod pożittiv mill-STECF fl-2014 u l-miżuri tekniċi dwar is-sajd għal-laċċ ikħal ġew evalwati b'mod pożittiv mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-2017. Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza li fuqha kienet ibbażata dik l-evalwazzjoni tibqa' valida għat-tliet snin li ġejjin. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri tiġi estiża sal-2020. |
(10) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 u l-Anness tiegħu jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Billi l-pjan għall-iskartar tal-ħut stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1395/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej: “Eżenzjoni de minimis fis-snin 2015 u 2016” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Eżenzjoni de minimis fis-snin 2018, 2019 u 2020 “B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sa massimu ta' 1 % tat-total tal-qabdiet annwali għall-kavalli, għas-sawrell, għall-aringi u għall-istokkafixx fis-sajd pelaġiku li jsir b'bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi b'tul globali ta' sa 25 m, bl-użu ta' rkaptu tan-nofs fond (OTM/PTM), immirat għall-kavalli, għas-sawrell u għall-aringi fid-diviżjonijiet IVb u c tal-ICES fin-Nofsinhar ta' 54 grad tat-Tramuntana jistgħu jiġu skartati fl-2018, fl-2019 u fl-2020.”” |
(3) |
Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020.” |
(4) |
L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22 .
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).
ANNESS
ANNESS
1. |
Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IIIa tal-ICES (Skagerrak and Kattegat):
|
2. |
Sajd pelaġiku żgħir fiż-żona IV tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana).
|
3. |
Bastimenti oħra li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li mhumiex koperti mill-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness. |
4. |
Sajd industrijali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIIa u IV tal-ICES:
|
(1) Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi b'malji ta' daqs < 70 mm
(2) Malji ta' daqs 50 – 99 mm
(3) Malji ta' daqs 50 – 90 mm