This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D2465
Decision No 1/2017 of the Joint European Union/Switzerland Air Transport Committee set up under the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on Air Transport of 29 November 2017 replacing the Annex to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on Air Transport [2017/2465]
Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-29 ta' Novembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/2465]
Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-29 ta' Novembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/2465]
ĠU L 348, 29.12.2017, p. 46–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/46 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU
tad-29 ta' Novembru 2017
li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/2465]
IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta' Frar 2018.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Filip CORNELIS
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Christian HEGNER
ANNESS
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
— |
Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea; |
— |
Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit tar-rabta mal-Iżvizzera; |
— |
Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-direttivi u fir-regolamenti tal-Komunità li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li huwa liċenzjat u li għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; |
— |
Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim. |
1. Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli tal-avjazzjoni ċivili oħrajn
Nru 1008/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.
Nru 2000/79
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA).
Nru 93/104
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata permezz ta':
— |
Id-Direttiva 2000/34/KE. |
Nru 437/2003
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.
Nru 1358/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007. |
Nru 785/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010. |
Nru 95/93
Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004. |
Nru 2009/12
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti
Nru 96/67
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità
(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).
Nru 80/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
2. Regoli tal-kompetizzjoni
Nru 1/2003
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Sal-punt li dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-ftehim. L-inserzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-ftehim)
Nru 773/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008. |
Nru 139/2004
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)
(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23).
Fir-rigward tal-Artikoli 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għandu japplika li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera:
(1) |
Fir-rigward ta' konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandux dimensjoni tal-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 1 ta' dak ir-Regolament u li jista' jiġi rieżaminat skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' mill-inqas tliet Stati Membri tal-KE u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikoli 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika mill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikoli 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien. |
(3) |
Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet in-nuqqas ta' qbil tagħha fir-rigward tat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu. |
Fir-rigward tal-limiti ta' żmien msemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera mingħajr dewmien. |
(2) |
Il-kalkolu tal-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera. |
Nru 802/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 |
Nru 2006/111
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi
Nru 487/2009
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru
3. Sikurezza tal-avjazzjoni
Nru 216/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009, |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4. |
L-Aġenzija għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5),(7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3),(5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).
Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” magħmula fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jitqies sabiex isir trasferiment lejn l-awtorità EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera taħt ftehimiet internazzjonali għal skopijiet oħra milli li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġej:
(a) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 29 jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi għal Impjegati Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati taħt kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.” |
(c) |
Fl-Artikolu 30 jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit fl-Anness A tal-Anness preżenti, f'konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.” |
(d) |
Fl-Artikolu 37 jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Iżvizzera għandha tipparteċipa kompletament fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt li tivvota”. |
(e) |
Fl-Artikolu 59 jiżdied il-paragrafu li ġej: “12. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:
|
(f) |
Fl-Artikolu 61 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Komunità fl-Iżvizzera li jikkonċernaw lill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B tal-Anness preżenti.” |
(g) |
L-Anness II tar-Regolament għandu jkun estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):
|
Nru 1178/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539. |
Nru 3922/91
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008. |
Nru 996/2010
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014. |
Nru 104/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea.
Nru 2111/2005
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE.
Nru 473/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Nru 474/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830. |
Nru 1332/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583. |
Nru 646/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Nru 748/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5. |
Nru 965/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363. |
Nru 2012/780
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE.
Nru 628/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006.
Nru 139/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2017/161. |
Nru 319/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007.
Nru 376/2014
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007.
Nru 452/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158. |
Nru 1321/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334. |
Nru 2015/340
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011.
Nru 2015/640
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012.
Nru 2015/1018
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Nru 2016/2357
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta' konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma' liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta' dawn iċ-ċertifikati.
4. Sigurtà tal-Avjazzjoni
Nru 300/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002.
Nru 272/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013. |
Nru 1254/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà, kif emendat permezz ta':
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096.
Nru 18/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
Nru 72/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472. |
Nru 2015/1998
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815. |
Nru C(2015) 8005
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata permezz ta':
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030. |
5. Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Nru 549/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009. |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell tal-Komunità” jenħtieġ li jinbidel bil-kliem “fil-livell tal-Komunità, bl-involviment tal-Iżvizzera”.
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” magħmula fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Nru 550/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009. |
B'rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(d) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(e) |
L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.” |
Nru 551/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009. |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.
Nru 552/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta' Interoperabilità), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009. |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej: Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
Nru 2150/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.
Nru 1033/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120. |
Nru 1032/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009. |
Nru 219/2007
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, |
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014. |
Nru 633/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011. |
Nru 2017/373 (2)
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta' servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011. |
Nru 29/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310. |
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I, il-parti A.
Nru 262/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345.
Nru 73/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014. |
Nru 255/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006. |
Nru C(2010)5134
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.
Nru 176/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.
Nru 677/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373. |
Nru 2011/4130
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew.
Nru 1034/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010.
Nru 1035/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014. |
Nru 1206/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew.
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.
Nru 1207/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386. |
Nru 923/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185. |
Nru 1079/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013. |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345. |
Nru 390/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk.
Nru 391/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.
Nru 409/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru.
Nru 2014/132
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019.
Nru 716/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru.
Nru 2015/2224
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019).
Nru 2016/1373
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019).
6. Ambjent u storbju
Nru 2002/30
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18).
(L-emendi tal-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).
Nru 89/629
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi.
(l-Artikoli 1-8)
Nru 2006/93
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).
7. Protezzjoni tal-konsumaturi
Nru 90/314
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż
(l-Artikoli 1-10).
Nru 93/13
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur
(l-Artikoli 1-11).
Nru 2027/97
Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat permezz ta':
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002. |
Nru 261/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91
(l-Artikoli 1-18).
Nru 1107/2006
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.
8. Mixxellanja
Nru 2003/96
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku
(l-Artikolu 14(1)(b), u l-Artikolu 14(2).
9. Annessi
A |
: |
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. |
B |
: |
Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA. |
(1) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(2) Ir-Regolament 2017/373 huwa applikabbli biss minn Jannar 2020. Madankollu, l-Artikolu 9(2) huwa applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2017/373; fir-rigward tal-Aġenzija l-Artikolu 4(1), (2), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 5 se japplikaw ukoll mid-data tad-dħul fis-seħħ. Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta, l-Artikolu 6 se japplika mill-1 ta' Jannar 2019 u, fejn tali fornitur japplika għal u jingħata ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 6, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2017/373. Fil-frattemp jibqgħu japplikaw ukoll l-artikoli rilevanti tar-Regolament 482/2008.
ANNESS A
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJIN,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f'konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhuwa neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
Il-postijiet u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu suġġett għal kwalunkwe miżura legali jew amministrattiva ta' restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, l-introjtu u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta' dan it-tip. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, sabiex ikollhom effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.
Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tad-dovuti li jammontaw għal sempliċiment imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b'dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazji doganali u kwalunkwe projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħhom u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għaċ-ċensura.
Artikolu 6
Il-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jista' jinħarġilhom laissez-passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u impjegati oħrajn taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez-passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fi ħdan it-territorju ta' pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
(a) |
mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
(b) |
mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti magħmula minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.
Artikolu 9
Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom; |
(b) |
fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali. |
L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta' reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta' dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, igawdu mill-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet abitwali.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta' kull Stat Membru u rrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni għandhom:
(a) |
soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħrajn tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom; |
(b) |
flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, mhux soġġetti għal restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin; |
(c) |
fir-rigward tar-regolamenti tal-munita jew tal-iskambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b'mod abitwali lill-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż konċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, mat-tmiem ta' dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat; |
(e) |
għandhom id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, miksuba fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta' amministrazzjoni fis-suq domestiku f'dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż konċernat. |
Artikolu 12
L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, f'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet konċernati.
Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, sempliċiment minħabba l-qadi ta' dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta' domiċilju tagħhom għal finijiet ta' taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar dment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-punt li tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f'impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq u fil-kura tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.
Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandhom ikunu eżentati mid-dazji tal-mewt f'dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta' tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għall-finijiet ta' taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.
Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet konċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħrajn tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet oħrajn konċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta' impjegati oħrajn tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta' impjegati oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta' tali immunità mhix kuntrarja għall-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri konċernati.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-istaff tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, addizzjonalment ikun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B'mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu mhux se jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f'konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe taxxa fuq id-dħul minn negozju.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-istaff tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, addizzjonalment, ikun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f'konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhiex tkun soġġetta għal kwalunkwe taxxa fuq id-dħul minn negozju.
Appendiċi
Proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea
1. Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera
Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.
2. Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT).
L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) Żvizzera. Fil-każ ta' oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta' rifużjoni. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fl-irċevuta jew dokument ekwivalenti għandu total ta' mill-inqas 100 frank Żvizzeru.
Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan il-għan lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet tar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ neċessarji.
3. Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija
Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.
L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru fis-sens tat-tifsira tal-punt 1 hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta' assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea ma humiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-istaff tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(1) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
ANNESS B
KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW TAL-AVJAZZJONI
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibgħatu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda skonthom.
Artikolu 2
Kontrolli
1. F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u mal-istrumenti l-oħrajn msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprovdu għal awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn li se jitwettqu fi kwalunkwe mument fil-post tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.
2. L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta' aċċess għandu jkun dikjarat b'mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.
4. L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.
5. L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' tali awditi.
Artikolu 3
Kontrolli fuq il-post
1. Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).
2. Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom ikunu notifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja. Għal dan il-fini, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri hekk ikunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.
4. Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex jippermettulhom iwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma' irregolarità li nnotat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija qabel bir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità jistgħu jagħmlu skambju tal-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma' irregolarità f'konnessjoni mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma tkun xi tkun, skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta fl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni minbarra dawk fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedilhom li jkunu jafuha, lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra minbarra dawk biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri amministrattivi u penali
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).
Artikolu 7
Irkupru u rinforz
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunarju fuq il-persuni minbarra mill-Istati għandhom ikunu inforzabbli fl-Iżvizzera.
L-ordni ta' infurzar trid tinħareġ, mingħajr kwalunkwe kontroll ieħor minbarra l-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li jrid jinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f'konformità mar-regoli Żvizzeri ta' proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-ġudizzji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawżola tal-arbitraġġ huma inforzabbli fuq l-istess termini.
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(3) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.