Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0595

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/595 tas-27 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

    ĠU L 81, 28.3.2017, p. 6–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/595/oj

    28.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/6


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/595

    tas-27 ta' Marzu 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (1) jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

    (2)

    Il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) fil-91 Laqgħa Annwali (Straordinarja) tagħha, li saret bejn is-7 u l-10 ta' Frar 2017, adottat miżuri għat-tonna safra, għat-tonn ta' għajnu kbira u għall-palamit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

    (3)

    Fir-Regolamenti tal-Kunsill li jirrigwardaw l-opportunitajiet tas-sajd għas-snin preċedenti, il-qabda totali permissibbli (TAC) ta' mazzola griża ġiet stabbilita fil-livell ta' żero fl-Oċean Atlantiku, fiż-żona tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Għalhekk, il-projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża jenħtieġ li tkun limitata għal dik iż-żona, filwaqt li tinżamm l-eżenzjoni attwali għal programmi għall-evitar.

    (4)

    Fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2016, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan adottat xi limiti tal-qbid għat-tonna safra (Thunnus albacares). Peress li dawk il-limiti tal-qbid għandhom effett dirett fuq il-flotta tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

    (5)

    L-ICES irreveda l-parir tiegħu għall-istokk ta' merluzz tal-linja sewda fiż-żona tal-ICES VIIa għall-2017. Dak l-istokk huwa soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art, u, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fl-opportunitajiet tas-sajd hemm inkluża ż-żieda fil-kwota għal dak li qabel kien qbid skartat. Għalhekk, huwa xieraq li t-TAC għall-merluzz tal-linja sewda fil-Baħar Irlandiż tiġi riveduta biex jittieħed kont tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti.

    (6)

    Fir-Regolament (UE) 2017/127 it-TAC għaċ-ċiċċirell kienet stabbilita għal żero. Iċ-ċiċċirell huma speċijiet b'ħajja qasira. Il-parir xjentifiku għaċ-ċiċċirell isir disponibbli fit-tieni nofs ta' Frar, iżda s-sajd jibda diġà f'April. Il-limiti tal-qbid għal dawk l-ispeċijiet issa jenħtieġ li jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-ICES maħruġ fit-23 ta' Frar 2017.

    (7)

    Il-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) joffri appoġġ għal kwota kummerċjali addizzjonali żgħira sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-bastimenti tas-sajd fi programm xjentifiku dwar il-merluzz fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. Dak il-programm xjentifiku jista' jitwettaq taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bil-kondizzjoni li jkun hemm qbil komuni fost l-Istati Membri li jkollhom kwota għall-merluzz f'dik iż-żona. Dik il-kwota addizzjonali jenħtieġ li tingħata biss għat-tul tal-programm xjentifiku u tkun mingħajr preġudizzju għall-istabbiltà relattiva stabbilita għal dak l-istokk.

    (8)

    L-ICES ikkonferma li t-TAC għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona IV u d-diviżjoni IIa tal-ICES ma kellhiex effett ta' konservazzjoni fuq dawk l-istokkijiet. It-TAC fissa ma ntużatx bis-sħiħ u jista' jkun li miżuri oħra jkollhom impatt akbar fuq l-istatus bijoloġiku tal-istokk. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa t-TAC għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona IV u d-diviżjoni IIA tal-ICES u li dawk l-istokkijiet jiġu ġestiti billi jintużaw miżuri oħra ta' konservazzjoni.

    (9)

    Skont il-proċedura prevista fil-ftehim u fil-protokoll dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd ma' Greenland (3), il-Kumitat Konġunt stabbilixxa l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland għall-2017. Għalhekk, jeħtieġ li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

    (10)

    Fil-ħames Laqgħa Annwali tagħha li saret bejn it-18 u t-22 ta' Jannar 2017, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbiliet it-TAC għas-sawrell. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

    (11)

    Jenħtieġ li ċerti kodiċijiet ta' rappurtar jiġu modifikati sabiex jiġi permess ir-rappurtar preċiż tal-qabdiet u jenħtieġ li ċerti referenzi jiġu korretti.

    (12)

    Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2017/127 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

    (13)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/127 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) 2017/127

    Ir-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 12(1), il-punt (v) jinbidel b'dan li ġej:

    “(v)

    il-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES, bl-eċċezzjoni ta' programmi għall-evitar kif jinsab fl-Anness IA;”;

    (2)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 22a

    Limiti tal-qbid

    Qabdiet ta' tonna safra minn bastimenti tal-Unjoni li jistadu bit-tartaruni tal-borża ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-qbid stipulati fl-Anness IK.”;

    (3)

    fl-Artikolu 27, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   L-Istati Membri għandhom jagħlqu s-sajd tal-bastimenti bit-tartaruni tal-borża bl-FADs u li jtajru l-bandiera tagħhom meta jintlaħaq il-limitu tal-qbid allokat għal dak is-sajd.”;

    (4)

    fl-Artikolu 41(1), il-punt (p) jinbidel b'dan li ġej:

    “(p)

    il-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-ICES;”;

    (5)

    l-annessi IA, IB, ID, IE, IJ u IID huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ABELA


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    (3)  Il-Ftehim ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4) u Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 3).


    ANNESS

    1.

    L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-test kollu tal-Anness IA, il-kliem “Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament” jinbidel bil-kliem:

    “Japplika l-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament”;

    (b)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV tinbidel b'dan li ġej:

    “Speċi:

    Ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati

    Ammodytes spp.

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (1)

    Id-Danimarka

    458 552  (2)

     

     

    Ir-Renju Unit

    10 024  (2)

     

     

    Il-Ġermanja

    701 (2)

     

     

    L-Iżvezja

    16 838  (2)

     

     

    L-Unjoni

    486 115

     

     

    TAC

    486 115

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    (c)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa tinbidel b'din li ġejja:

    “Speċi:

    Bakkaljaw

    Gadus morhua

    Żona:

    VIIa

    (COD/07 A.)

    Il-Belġju

    2 (3)  (4)

     

     

    Franza

    5 (3)  (4)

     

     

    L-Irlanda

    97 (3)  (4)

     

     

    In-Netherlands

    0 (3)  (4)

     

     

    Ir-Renju Unit

    42 (3)  (4)

     

     

    L-Unjoni

    146 (3)  (4)

     

     

    TAC

    146 (3)  (4)

     

    TAC analitika

    (d)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-limanda u l-barbun fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV tħassret;

    (e)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żona VIIa tinbidel b'din li ġejja:

    “Speċi:

    Merluzz tal-linja sewda

    Melanogrammus aeglefinus

    Żona:

    VIIa

    (HAD/07 A.)

    Il-Belġju

    42

     

     

    Franza

    189

     

     

    L-Irlanda

    1 132

     

     

    Ir-Renju Unit

    1 252

     

     

    L-Unjoni

    2 615

     

     

    TAC

    2 615

     

    TAC ta' prekawzjoni

    Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”;

    (f)

    fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru (2) tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju fiż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, jiżdied il-kodiċi ta' rappurtar “(POL/93411P)”;

    (g)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju iswed f'IIIa, IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, il-kodiċi tar-rappurtar “(POK/2A3A4.)” jinbidel bi “(POK/2C3A4)”;

    (h)

    fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru (3) tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-VIIc u VIIe-VIIk, il-kodiċi tar-rappurtar “(RJE/7FG)” jinbidel bi “(RJE/7FG.)”;

    (i)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId, in-noti ta'qiegħ il-paġna numri (1) u (2) jinbidlu b'dan li ġej:

    “(1)

    Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), ir-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.) u r-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) għandhom jiġu rrapurtati separatament.

    (2)

    Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJN/*67AKD), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJN/*67AKD), u r-raja makkjettata (Raja montagui) (RJN/*67AKD) għandhom jiġu rrapurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).”;

    (j)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavalli f'IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u s-Suddiviżjonijiet 22-32, in-nota f'qiegħ il-paġna numru (3) tinbidel b'dan li ġej:

    “(3)

    Kondizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li jrid jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IIa u IVa (MAC/*2A4AN):328

    Meta jsir sajd skont din il-kondizzjoni speċjali, il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.”.

    2.

    Fl-Anness IB għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV tinbidel b'dan li ġej:

    “Speċi:

    Kapelin

    Mallotus villosus

    Żona:

    L-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV

    (CAP/514GRN)

    Id-Danimarka

    0

     

     

    Il-Ġermanja

    0

     

     

    L-Iżvezja

    0

     

     

    Ir-Renju Unit

    0

     

     

    L-Istati Membri kollha

    0 (5)

     

     

    L-Unjoni

    0 (6)

     

     

    In-Norveġja

    4 389  (6)

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    3.

    L-Anness ID għar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AE45 W)” jinbidel b' “(SAI/AE45 W)”;

    (b)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Punent ta' 45° W, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AW45 W)” jinbidel b' “(SAI/AW45 W)”;

    (c)

    fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad fil-Mediterran, il-kodiċi tar-rappurtar “(SWO/M)” jinbidel b' “(SWO/MED)”.

    4.

    Fl-Anness IE għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-grenadieri f'FAO 48.3 fl-Antartiku, il-kodiċi tar-rappurtar “(SRX/F483.)” jinbidel b' “(GRV/F483.)”.

    5.

    Fl-Anness IJ għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO tinbidel b'dan li ġej:

    “Speċi:

    Sawrell

    Trachurus murphyi

    Żona:

    Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

    (CJM/SPRFMO)

    Il-Ġermanja

    7 573,92

     

     

    In-Netherlands

    8 209,35

     

     

    Il-Litwanja

    5 270,13

     

     

    Il-Polonja

    9 061,6

     

     

    L-Unjoni

    30 115

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”.

    6.

    L-Anness IID għar-Regolament (UE) 2017/127 u l-Appendiċi 1 għal dak l-Anness jinbidlu b'dan li ġej:

    ANNESS IID

    IŻ-ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL FID-DIVIŻJONIJIET IIa, IIIa TAL-ICES U FIS-SUBŻONA IV TAL-ICES

    Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IIa u IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES li huma stabbiliti fl-Anness IA, iż-żoni ta' ġestjoni li fih japplikaw il-limiti tal-qbid huma ddefiniti kif jidher hawn taħt u fl-Appendiċi għal dan l-Anness:

    Żona ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

    Rettangoli statistiċi tal-ICES

    1r

    31–33 E9–F4; 33 F5; 34–37 E9–F6; 38–40 F0–F5; 41 F4–F5

    2r

    35 F7–F8; 36 F7–F9; 37 F7–F8; 38-41 F6–F8; 42 F6–F9; 43 F7–F9; 44 F9–G0; 45 G0–G1; 46 G1

    3r

    41-46 F1–F3; 42-46 F4–F5; 43-46 F6; 44-46 F7–F8; 45-46 F9; 46-47 G0; 47 G1 u 48 G0

    4

    38–40 E7–E9 u 41–46 E6–F0

    5r

    47–52 F1–F5

    6

    41–43 G0–G3; 44 G1

    7r

    47–52 E6–F0

    Appendiċi 1 għall-Anness IID

    ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL

    Image

    (1)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

    (2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-barbun komuni, il-merlangu u l-kavalli jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OT1/* 2A3A4). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.

    Kondizzjoni speċjali:

    fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefinit fl-Anness IID:

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

     

    1r

    2r

    3r

    4

    5r

    6

    7r

     

    (SAN/234_1R)

    (SAN/234_2R)

    (SAN/234_3R)

    (SAN/234_4)

    (SAN/234_5R)

    (SAN/234_6)

    (SAN/234_7R)

    Id-Danimarka

    241 443

    165 965

    0

    50 979

    0

    165

    0

    Ir-Renju Unit

    5 278

    3 628

    0

    1 114

    0

    4

    0

    Il-Ġermanja

    369

    254

    0

    78

    0

    0

    0

    L-Iżvezja

    8 866

    6 094

    0

    1 872

    0

    6

    0

    L-Unjoni

    255 956

    175 941

    0

    54 043

    0

    175

    0

    Totali

    255 956

    175 941

    0

    54 043

    0

    175

    0”;

    (3)  Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. Mhu permess l-ebda sajd dirett taħt din il-kwota.

    (4)  Minbarra din it-TAC, l-Istati Membri li għandhom kwota għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jallokaw total globali ta' 10 tunnellati lil bastiment wieħed jew aktar li jwettqu sajd xjentifiku dirett ivvalutat mill-STECF sabiex tittejjeb l-informazzjoni xjentifika dwar dan l-istokk (COD/*07 A.). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-isem jew l-ismijiet tal-bastimenti lill-Kummissjoni qabel ma jippermettu l-ħatt l-art.”;

    (5)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista' jkollhom aċċess għall-kwota ta' ‘L-Istati Membri Kollha’ biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b'iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta' ‘L-Istati Membri kollha’.

    (6)  Għal perjodu ta' sajd mill-20 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' April 2017.”.


    Top