Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0114

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/114 tal-10 ta' Jannar 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia/1/2017)

    ĠU L 18, 24.1.2017, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/114/oj

    24.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 18/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/114

    tal-10 ta' Jannar 2017

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia/1/2017)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/1/2016 (2), biex ħatar lis-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap tal-EUCAP NESTOR mill-1 ta' Settembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2016.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 (3) estendiet il-mandat tal-Missjoni EUCAP NESTOR sal-31 ta' Diċembru 2018 bl-isem ġdid “EUCAP Somalia”.

    (4)

    Fid-9 ta' Diċembru 2016, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap tal-EUCAP Somalia mit-13 ta' Diċembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2017,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) huwa estiż sat-12 ta' Diċembru 2017.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sat-12 ta' Diċembru 2016.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1633 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (EUCAP NESTOR/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 8).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal- Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).


    Top