This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D1259
Decision of the EEA Joint Committee No 76/2015 of 30 April 2015 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2016/1259]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2015 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/1259]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2015 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/1259]
ĠU L 211, 4.8.2016, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 76/2015
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/1259]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/278 tat-18 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE rigward miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f'partijiet tal-Irlanda, tal-Finlandja u tar-Renju Unit (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 94 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32015 D 0278: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/278 tat-18 ta' Frar 2015 (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 22).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/278 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 47, 20.2.2015, p. 22.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.