Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex
Dokument 32016R1239
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1239 of 18 May 2016 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to the system of import and export licences (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/2817
ĠU L 206, 30.7.2016., str. 44–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Na snazi: Ovaj je akt izmijenjen. Trenutačni pročišćeni tekst: 20/09/2021
30.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1239
tat-18 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178 u l-Artikolu 223(3) (a), (b) u (c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u jistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' atti bħal dawn. Peress li l-għan ta' dawn l-atti huwa li jissimplifikaw u jadattaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (4), (KE) Nru 1342/2003 (5), (KE) Nru 2336/2003 (6), (KE) Nru 951/2006 (7), (KE) Nru 341/2007 (8) u (KE) Nru 382/2008 (9) u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 (10), (KE) Nru 1345/2005 (11), (KE) Nru 376/2008 (12) u (KE) Nru 507/2008 (13). |
(2) |
Għall-għanijiet ta' amministrazzjoni soda u uniformi tas-sistema ta' liċenzjar huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom. |
(3) |
Sabiex applikant għal liċenzja u detentur titulari ta' liċenzja jiġu identifikati mingħajr ambigwità, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (Economic Operators Registration and Identification (EORI)) għandu jintuża għal dan l-iskop. |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-livell xieraq tal-garanzija għal-liċenzji li għandhom jinħarġu, sabiex jiġi garantit li l-prodotti jiġu impurtati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. |
(5) |
Għandu jkun possibbli li jinħarġu estratti ta' liċenzji li jkollhom l-istess effett bħal-liċenzji li minnhom ikunu ġew estratti, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu diversi operazzjonijiet fl-istess ħin taħt liċenzja waħda. |
(6) |
Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-perjodi ta' validità tal-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni. Din il-validità tista' tvarja għal prodotti speċifiċi u għandha tiġi ffissata sabiex tiddefinixxi meta l-obbligu għall-esportazzjoni u għall-importazzjoni għandu jiġi ssodisfat. |
(7) |
Fid-dawl tal-prattika tal-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-prodotti agrikoli kkonċernati, il-livell ta' tolleranzi għandu jiġi definit fir-rigward tal-kwantità tal-prodotti importati jew esportati meta mqabbla mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja. |
(8) |
Il-liċenzja ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni tikkostitwixxi dritt u tagħti lok għall-obbligu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni. Jeħtieġ li jiġi definit meta l-impriża għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni hija ssodisfata u kif jingħata prova ta' dan. |
(9) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita meta tinqered jew tintilef liċenzja. |
(10) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv f'dawk il-każijiet fejn l-ammont ta' garanzija meħtieġa għal liċenzja huwa relattivament żgħir, għandu jiġi ffissat livell limitu li taħtu ma tkun meħtieġa l-ebda garanzija. |
(11) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet massimi għall-prodotti speċifiċi li għalihom mhijiex meħtieġa liċenzja. |
(12) |
Għandha tittieħed azzjoni f'każijiet fejn l-obbligu għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni ma jkunx ġie ssodisfat, speċjalment f'każijiet ta' force majeure rikonoxxuta. F'każijiet bħal dawn dak l-obbligu jista' jiġi kkunsidrat ikkanċellat jew il-perjodu ta' validità tal-liċenzja jista' jiġi estiż. |
(13) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti xi rekwiżiti ta' notifika addizzjonali għal-liċenzji ta' importazzjoni għall-qanneb, għat-tewm u għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dawk is-setturi. |
(14) |
Meta titqies il-ħtieġa ta' transizzjoni bla xkiel mir-regoli attwali għal dawk li qed jiġu introdotti b'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati xi dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “dikjarant” kif stabbilita fl-Artikolu 5(15), u ta' “ġestjoni tar-riskju” kif stabbilita fl-Artikolu 5(25) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); u ta' “Esportatur” kif stabbilita fl-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (15). Barra minn hekk, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Applikazzjoni għal, u ħruġ ta', liċenzji
1. L-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom għandhom isiru permezz ta' applikazzjoni tat-Teknoliġija tal-Informatika (“applikazzjonijiet tal-IT”) b'rispett għall-istandards ta' integrità u ta' kwalità kif stabblit fit-Taqsima 3B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (16).
Fejn applikazzjonijiet tal-IT bħal dawn mhumiex disponibbli jew effettivi, u bħala alternattiva għan-nuqqas tal-applikazzjonijiet tal-IT, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru, bl-użu tal-mudell stampat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
2. L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu l-applikazzjoni u biex joħorġu l-liċenzja għandhom jiġu ppublikati fuq is-sit web uffiċjali ta' dawk l-awtoritajiet jew fuq is-sit web uffiċjali li għandu x'jaqsam mal-kummerċ agrikolu ta' kull Stat Membru.
3. L-applikazzjonijiet u l-liċenzji għandhom jimtlew u jinħarġu f'format ittajpjat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, jitolbu li t-testi mhux armonizzati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji u d-dokumenti li jakkumpanjawhom jiġu tradotti bi spejjeż għall-applikant fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.
5. L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha timtela b'mod konformi mal-għan tal-liċenzja u kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (17).
6. L-awtortità li toħroġ il-liċenzja m'għandhiex taċċetta applikazzjonijiet li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni rilevanti. Hi għandha toħroġ il-liċenzja mingħajr dewmien, bl-użu tal-informazzjoni aċċettata kif tkun imtliet mill-applikant, u timla l-informazzjoni kif inhu stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Fuq il-kopji stampati l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja għandhom jivvalidaw il-ħruġ tagħhom b'firma u permezz ta' timbru, jew bi stampar b'tipi mqabbża. Il-kopji elettroniċi għandhom jiġu vvalidati skont l-istandards li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Skadenzi
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18) il-jum li fih tintbagħat applikazzjoni għal-liċenzja għandu jitqies li huwa l-jum ta' xogħol li fih l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirċeviha, bil-kondizzjoni li din tkun waslet mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell.
Applikazzjoni li tasal wara s-13.00 ħin ta' Brussell f'jum ta' xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum ta' ħidma ta' wara l-jum li fih tkun attwalment waslet.
2. Talba għall-kanċellazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tista' ssir biss f'forma elettronika jew bil-miktub, li għandha tasal għand l-awtorità li toħorġ il-liċenzja sas- 13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tasal l-applikazzjoni.
3. Fejn jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament perjodu għall-proċeduri, u d-data tal-ftuħ u tal-għeluq tkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika kif definit fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71:
(a) |
id-data tal-ftuħ applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tibda f'00.00, filwaqt li jitqiesu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju uffiċjali; |
(b) |
permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(2)(b) u 4 ta' dak ir-Regolament, id-data tal-għeluq applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tintemm fis-13.00 ħin ta' Brussell. |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-festi nazzjonali u reġjonali ppubblikati kif xieraq mill-Istat Membru, skont il-każ
Artikolu 4
In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi
1. In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“numru EORI”) assenjat lill-applikant, lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarju skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu jiġi inserit fit-taqsima 4 jew, fejn applikabbli, fit-taqsima 6 tal-applikazzjoni u tal-liċenzja.
L-applikanti jew l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu, fuq il-bażi tal-istruzzjonijiet nazzjonali, jindikaw in-numru EORI tal-applikant, tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju fit-taqsima 20, sakemm l-isem jew in-numru ta' identità fit-taqsima 4 jew 6 jkunu relatati man-numru EORI fit-taqsima 20.
2. Fejn il-prodotti huma ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni minn rappreżentant doganali kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, in-numru EORI tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarji għandu jiġi indikat fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjonai doganali elettronika.
Artikolu 5
L-ammont tal-garanzija
1. Fejn hija meħtieġa garanzija skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-ammont tal-garanzija għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2. Fejn l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-ewro f'somom fil-munita nazzjonali li għandhom jinkitbu fil-liċenzji jkun fihom pożizzjonijiet deċimali, l-ammont ta' garanzija għandu jiġi aġġustat għall-ewwel ammont iktar baxx fil-munita nazzjonali kollha.
Artikolu 6
Estratti
1. Fejn il-kwantità indikata fuq liċenzja għandha tiġi suddiviża minħabba raġunijiet proċedurali jew loġistiċi, jew jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jeħtieġu li jużaw liċenzja maħruġa f'format elettroniku fi Stat Membru wieħed, fi Stat Membru ieħor mhux relatat mal-applikazzjonijiet tal-IT tal-Istat Membru li joħroġhom, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, toħroġ estratti mil-liċenzji (“estratti”).
2. L-estratti għandu jkollhom l-istess effetti legali bħal-liċenzji li minnhom huma estratti, fi ħdan il-limiti tal-kwantità li għalihom ikunu nħarġu dawn l-estratti.
3. Il-proċeduri għall-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ u r-ritorn tagħhom għandhom ukoll japplikaw għall-estratti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi għal proċeduri ta' applikazzjoni ssimplifikati.
4. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas il-kwantità indikata fl-estratt mill-kwantità tal-liċenzja oriġinali, fejn applikabbli miżjuda bit-tolleranza, u l-kelma “estratt” għandha titniżżel fuq il-liċenzja oriġinali ħdejn dik il-kwantità mnaqqsa.
5. L-estratti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, jew f'format elettroniku, jew f'format stampat bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I.
6. Ma jistax isir estratt ieħor minn estratt.
7. Id-detentur titulari għandu jirritorna l-kopja tal-estratt tad-detentur li tkun intużat jew li tkun skadiet lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, flimkien mal-kopja tal-liċenzja oriġinali tad-detentur titulari.
Artikolu 7
Il-perjodu ta' validità
1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness II, il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għandu jkun kif stabbilit f'dan l-Anness.
2. Liċenzja għandha tkun valida mill-jum tal-ħruġ attwali tagħha kif indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni kif ivvalidat mill-kodiċi jew mit-timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Dak il-jum għandu jiġi inkluż fil-kalkolu tal-perjodu ta' validità tal-liċenzja.
Jekk skont leġiżlazzjoni speċifika tapplika data oħra ta' bidu tal-perjodu ta' validità, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tindika b'mod addizzjonali dik id-data preċeduta bil-kliem “valida minn” fil-kaxxi tal-liċenzji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 8
Tolleranza u arrotondament
1. It-tolleranza pożittiva jew negattiva msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 m'għandhiex tkun iżjed minn 5 %.
2. Meta jiġu kkalkolati l-kwantitajiet, għandhom japplikaw ir-regoli ta' arrotondament li ġejjin:
(a) |
fejn l-ewwel deċimal huwa ħamsa jew iżjed, il-kwantità għandha tkun arrotondata għall-ewwel unità ogħla tal-kejl imsemmija fit-taqsima 17 tal-liċenzja. Fejn l-ewwel deċimal huwa inqas minn ħamsa, il-kwantità deċimali għandha titħassar; |
(b) |
għall-kwantitajiet ibbażati għal kull ras, il-kwantitajiet għandhom ikunu arrotondati lejn in-numru sħiħ akbar li jmiss tar-ras. |
Artikolu 9
Dikjarazzjoni doganali
1. Id-dikjarazzjoni doganali għandha tirreferi għal-liċenzja jew għall-estratt bl-użu ta' kodiċi speċifiku jew tan-numru tal-ħruġ tal-liċenzja indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni, kif stabbilit fit-Titolu II tal-Anness B għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (19), jew, fejn huwa applikabbli, skont l-Anness I, punt 4, fit-taqsima 2.
2. L-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jistgħu jipprovdu aċċess dirett għall-uffiċċju doganali għal-liċenzja elettronika jew għall-estratt elettroniku. Jekk l-aċċess dirett ma jkunx disponibbli, id-dikjarant jew l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandhom jibagħtu l-liċenzja jew l-estratt lill-uffiċċju dognali f'format elettroniku.
Jekk l-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew tal-uffiċċju doganali mhumiex adatti għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-liċenzji jew l-estratti jistgħu jintbagħtu f'format stampat.
3. Id-dikjarant għandu jissottometti l-kopja tal-liċenzja stampata jew tal-estratt tad-detentur titulari lill-uffiċċju doganali, jew għandu jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 10
Attribuzzjoni u approvazzjonijiet
1. Ir-regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji elettroniċi għandhom jinnominaw lill-awtorità li għandha tindika l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata fuq il-liċenzja, u għandhom jispeċifikaw kif id-dikjarant u l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jiksbu aċċess għal dik l-informazzjoni.
2. Fuq il-liċenzja stampata, l-uffiċċju doganali għandu jindika u jivvalida l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjonli libera jew esportata, jew jekk ipprovduta mir-regoli amministrattivi nazzjonali, jivvalida l-kwantità indikata mid-dikjarant, fit-taqsimiet 29 u 30 tal-kopja tad-detentur titulari, japprovaha, u jirritorna dik il-kopja lid-dikjarant, jew, jekk leġiżlazzjoni speċifika titlob dan, jirritorna dik il-kopja lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
3. Fejn il-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata ma tikkorrispondix għall-kwantità indikata fuq il-liċenzja, id-dwana għandha tikkoreġi l-entrata fuq il-liċenzja billi tindika l-kwantità attwali fi ħdan il-limiti tal-kwantità disponibbli fuq il-liċenzja.
4. Jekk l-ispazju biex isiru l-attribuzzjonijiet fuq il-liċenzji stampati jew fuq l-estratti mhuwiex biżżejjed, l-awtoritajiet jistgħu jehmżu l-paġni ta' estensjoni, ivvalidati permezz tat-timbru tal-estensjoni.
5. Id-data ta' attribuzzjoni għandha tkun id-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq liema awtorità twettaq il-funzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għal-liċenzji elettroniċi, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku tagħhom.
Artikolu 11
Trasferiment
Fil-każ ta' talba għal trasferiment minn detentur titulari, id-data taċ-ċessjonarju u d-data tal-entrata rilevanti għandhom jiddaħħlu fil-liċenzja skont l-avviż għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. It-trasferiment għandu jiġi vvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
Fil-każ ta' trasferiment lura għad-detentur titulari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida t-trasferiment lura u d-data tiegħu fuq il-liċenzja skont l-avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
It-trasferiment jew it-trasferiment lura għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-validazzjoni mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.
Artikolu 12
Depożitu
1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-liċenzja tinżamm f'depożitu għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji, għand l-aġenzija tal-pagamenti jew għand id-dwana, jew li tibqa' dipsonibbli fl-applikazzjonijiet tal-IT.
2. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tiddetermina l-każijiet li fihom id-depożitar ta' liċenzja għand l-awtoritajiet involuti fil-proċedura għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu japplika, u l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mid-detentur titulari jew miċ-ċessjonarju.
3. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità involuta fis-sistema ta' depożitu li għandha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubblika tagħhom.
4. F'kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni doganali stampata jew fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjoni dogonali elettronika, id-dikjarant għandu jżid il-kliem “f'depożitu” man-numru ta' ħruġ tal-liċenzja. Għal-liċenzji elettroniċi, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għal dan l-obbligu jew japplikaw kodiċi speċjali għal dan l-iskop.
Artikolu 13
Integrità u kontroll tal-liċenzja, assistenza reċiproka
1. L-entrati magħmula fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti ma jistgħux jinbidlu wara l-ħruġ tagħhom.
2. Fejn awtorità doganali kompetenti jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Fejn awtorità li toħroġ il-liċenzji jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità doganali kompetenti.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn ikunu kkonċernati żbalji minuri jew evidenti li l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew l-awtorità doganali kompetenti tkun tista' tirrimedja billi tapplika l-leġiżlazzjoni b'mod korrett.
3. Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tqis li hija meħtieġa korrezzjoni, din għandha tirtira l-liċenzja jew l-estratt u għandha toħroġ liċenzja jew estratt ikkoreġuti kif suppost bla telf ta' żmien.
4. Għal-liċenzji jew għall-estratti elettronċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida l-verżjoni korretta, li għandha tieħu post il-verżjoni oriġinali. Fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinkludi l-entrata “liċenzja kkoreġuta nhar…” jew “estratt ikkoreġut nhar…” L-entrati kollha preċedenti għandhom jiġu riprodotti fuq kull kopja.
5. Fejn l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ma tikkunsidrax li korrezzjoni hija meħtieġa, din għandha tikkonferma dan fl-applikazzjonijiet tal-IT. Għal-liċenzji jew għall-estratti stampati, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha timmarka l-konferma tal-korrettezza tagħha fuq il-liċenzja jew fuq l-estratt bl-approvazzjoni tagħha “verifikata fid-data ….” u tpoġġi t-timbru tagħha, l-inizjali u d-data jew tapplika metodu simili.
6. Fuq it-talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jirritornaw il-liċenzja jew l-astratt.
Fejn fuq il-bażi ta' ġestjoni ta' riskju jkun hemm bżonn ta' verifika, jew dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja jew tal-estratt stampati, jew dwar l-entrati jew l-approvazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt, jew fotokopja tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika.
It-talba għall-verifika u t-tweġiba tar-riżultat għandhom jiġu kkomunikati b'mezz elettroniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (20) bl-użu ta' formola standard kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. L-Awtoritajiet jistgħu jaqblu dwar aktar simplifikazzjoni inklużi konsultazzjonijiet diretti bl-użu tal-lista tal-uffiċċju doganali (customs office list) (COL) ippublikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni (21).
L-awtorità li ssirilha talba għandha tiżgura li tintbagħat tweġiba lill-awtorità rikjedenti fi żmien 20 jum kalendarju meta l-awtoritajiet huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Fejn huma involuti Stati Membri differenti, it-tweġiba għandha tintbagħat fi żmien 60 jum kalendarju.
7. Fejn liċenzja jew estratt jiġu rritornati, l-awtorità kompetenti għandha, meta mitluba, tagħti riċevuta lill-parti kkonċernata, jew nota u tittimbra data tal-wasla fuq fotokopja magħmula mill-parti kkonċernata.
Artikolu 14
L-issodisfar tal-obbligu u l-prova
1. Il-garanzija għal liċenzja għandha tinħareġ jekk l-obbligi msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u ta' dan l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.
2. Id-dritt li wieħed jinħarġulu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu jitqies li jkun ġie eżerċitat, u l-obbligu korrispondenti għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat, fil-jum li d-dikjarazzjoni doganali rilevanti tiġi aċċettata fil-perjodu ta' validità tal-liċenzja u sakemm:
(a) |
fil-każ tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-prodotti huma attwalment maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
(b) |
fil-każ ta' esportazzjoni, il-prodotti jkunu ħallew it-territorju tal-Unjoni fi żmien 150 jum kalendarju mill-jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali. |
3. Il-prova tal-issodisfar tal-obbligu li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tkun il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha.
4. Il-prova tat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni għandha tkun:
(a) |
il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha, u |
(b) |
ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni lill-esportatur jew lid-dikjarant imsemmi fl-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. |
5. Il-prova msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandha tiġi pprovduta u vvalutata kif ġej:
(a) |
l-esportatur jew id-dikjarant imsemmi f'punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jittrasferixxi ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ lid-detentur titulari, u d-detentur titulari għandu jissottometti l-prova f'format elettroniku lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ tiġi annullata minħabba korrezzjonijiet mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju dognali tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lir-rappreżentant doganali tiegħu, u l-esportatur jew ir-rappreżentant dognali tiegħu għandu jinforma lid-detentur titulari, li għandu jinforma lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji kif meħtieġ.; |
(b) |
il-proċedura stabbilita f'punt (a) għandha tinkludi s-sottomissjoni tan-Numru ta' Referenza Ewlieni (Master Reference Number) (MRN) kif definit fl-Artikolu 1(22) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji
|
(c) |
l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika l-informazzjoni rċevuta, inkluża l-korrettezza tad-data tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. Jekk l-MRN u l-bank tad-data tal-MRN (22) ma jippermettux verifiki xierqa, id-dwana għandha, fuq talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u fuq il-bażi tal-MRN ikkonċernat, jew tikkonferma jew tikkoreġi d-data tal-ħruġ. |
Jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, il-proċeduri stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
L-awtoritajiet jistgħu jaqblu li l-proċeduri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa b'mod dirett bejn l-awtoritajiet konċernati. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu jorganizzaw proċeduri ssimplifikati għall-finijiet ta' punt (a).
6. Il-prova li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jiskadi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja.
Il-prova ta' esportazzjoni u tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 180 jum kalendarju wara l-iskadenza tal-liċenzja.
Jekk il-perjodi previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ma jkunux jistgħu jiġu rispettati minħabba problemi tekniċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba u fuq prova tad-detentur titulari, testendi dawk il-perjodi, jekk meħtieġ ex post, sal-massimu ta' 730 jum kalendarju, filwaqt li jitqies l-Artikolu 23(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.
7. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu l-prova msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jekk diġà jkunu fil-pussess tal-informazzjoni meħtieġa.
Artikolu 15
Liċenzji jew estratti ta' sostituzzjoni jew duplikati
1. Fejn liċenzja stampata jew estratt stampat maħruġin għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 ikunu parzjalment jew totalment meqrudin, jew jintilfu, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jista' jitlob lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt ta' sostituzzjoni. Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jissostitwixxu l-liċenzja jew l-estratt oriġinali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi kollha kkonċernati.
Għal-liċenzji ta' sostituzzjoni taħt dan il-paragarfu għandha tiġi ppreżentata garanzija kif stabbilit fl-Artikolu 5.
Jekk tinstab il-liċenzja oriġinali mitlufa jew dik li hija parzjalment meqruda, id-detentur titulari għandu jirritorna l-liċenzja oriġinali lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, li għandha toħroġ il-bqija tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali minnufih.
2. Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu darba biss u għall-perjodu ta' validità u għall-bilanċ tal-kwantità li jibqa' disponibbli għal-liċenzja jew għall-estratt oriġinali.
Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni ma jistgħux jinħarġu meta l-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti għall-prodott inkwistjoni jiġi sospiż jew meta jkollu x'jaqsam ma' kwota tar-rata tariffarja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni.
3. Il-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, flimkien mal-garanzija għal-liċenzja oriġinali jekk ma tkunx instabet, għandha toħroġ skont l-Artikolu 14.
4. Fejn it-talba tikkonċerna liċenzja jew estratt meqrudin parzjalment jew totalment, maħruġin għall-prodotti ħlief dawk msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jagħtu prova tal-qerda totali jew parzjali għas-sodisfazzjon tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji; |
(b) |
il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni m'għandhomx jinħarġu jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jkunu naqsu milli juru li huma jkunu ħadu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex jipprevjenu l-qerda tal-liċenzja jew tal-estratt, jew fejn l-evidenza pprovduta mid-detentur titulari mhijiex sodisfaċenti; |
(c) |
il-garanzija li għandha tiġi ppreżentata għal-liċenzja jew għall-estratt ta' sostituzzjoni għandha tkun 150 % tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali, b'minimu ta' EUR 3 għal kull 100 kilogramm jew għal kull ettolitru jew ras, filwaqt li jitqies il-bilanċ tal-kwantità li tibqa' disponibbli fil-mument tal-qerda, u tat-tolleranza pożittiva, jekk applikabbli. Il-bilanċ tal-garanzija disponibbli għal-liċenzja oriġinali jista' jintuża meta tiġi ppreżentata l-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni. Kwalunkwe eċċess tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali mqabbel mal-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, filwaqt li titqies il-kwantità disponibbli li fadal, għandu jiġi rilaxxat minnufih. |
5. Meta jinħarġu l-liċenzji jew l-estratti ta' sostituzzjoni, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni:
(a) |
bin-numru ta' ħruġ tal-liċenzja tal-liċenzji jew tal-estratti ta' sostituzzjoni maħruġin u n-numru tal-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti ssostitwiti; |
(b) |
bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“Kodiċi NM”) tagħhom u bil-kwantità tagħhom. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.
6. Fejn il-liċenzji jew l-estratti stampati huma mitlufin jew meqrudin, u d-dokument mitluf jew meqrud ikun intuża kollu kemm hu jew b'mod parzjali, għall-iskop uniku tal-ħruġ tal-garanzija li tkun għadha pendenti, li tikkonċerna l-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni li kienet diġà rreġistrata fuq il-liċenzja oriġinali, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jistgħu jitolbu lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt duplikat li għandu jitfassal u jkun approvat bl-istess mod bħad-dokument oriġinali. Il-liċenzja jew l-estratt duplikati jistgħu jinħarġu darba biss; |
(b) |
l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarji b'liċenzja jew b'estratt duplikati, mmarkati b'mod ċar “duplikat” fuq kull kopja; |
(c) |
il-liċenzja jew l-estratt duplikati għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità doganali kompetenti għad-dikjarazzjoni għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew għall-esportazzjoni, fejn dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata taħt il-liċenzja jew l-estratt mitlufin. Dik l-awtorità doganali għandha tagħmel entrati fuq u tapprova d-duplikat dwar il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni mwettqa taħt il-liċenzja jew l-estratt oriġinali. |
Artikolu 16
Force majeure
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja jew l-estratt tista' tirrikonoxxi każ ta' force majeure filwaqt li tqis l-Artikolu 50 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (23) u tiddeċiedi li:
(a) |
jew tikkanċella l-obbligu li l-prodotti u l-kwantità indikati fuq il-liċenzja jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, u toħroġ il-garanzija, jew testendi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja b'perjodu massimu ta' 180 jum wara l-iskadenza tal-perjodu oriġinali tal-validità tal-liċenzja, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ; jew |
(b) |
li testendi l-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament, fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni, mingħajr konfiska parzjali tal-garanzija. |
Deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) għandha tirrelata biss mal-kwantità tal-prodotti li ma jistgħux jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew ma jistgħux jiġu esportati minħabba force majeure.
2. Fin-notifika tagħhom skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi NM tagħhom u bil-kwantitajiet involuti u għandhom jindikaw jekk dan jikkonċernax il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni u jekk dan jikkonċernax il-kanċellazzjoni tal-liċenzja jew ta' estensjoni jew tal-perjodu tal-validità jew tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ taċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni, u għandhom jispeċifikaw il-perjodu l-ġdid. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b'dan permezz tas-sit web iddedikat tagħha aċċessibbli għall-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja u għal dawk doganali.
3. Jekk sakemm tittieħed deċiżjoni dwar force majeure d-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jesprimu l-bżonn li jkomplu jużaw il-liċenzja fir-rigward tal-kwantità li għaliha l-force majeure mhijiex mitluba, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha toħroġ estratt għal dak il-bilanċ, immarkat bl-informazzjoni kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
Dan l-estratt m'għandux ikun trasferibbli
Artikolu 17
Informazzjoni u notifiki relatati mal-qanneb.
1. Għall-finijiet ta' kontroll rigward l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, fejn l-operazzjonijiet jitwettqu fi Stat Membru differenti minn dak fejn l-importatur ikun awtorizzat biex jimporta żrieragħ tal-qanneb minbarra dawk għaż-żriegħ, l-awtorità li tkun tat l-awtorizzazzjoni għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ieħor kopji tad-dokumenti dwar l-operazzjonijiet imwettqin fit-territorju ta' dan tal-aħħar u sottomessi minn importaturi awtorizzati.
Fejn jiġu skoperti irregolaritajiet matul il-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn l-importatur konċernat huwa awtorizzat.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisssjoni bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1), (2), u (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u bl-ewwel, bit-tieni, u bit-tielet subparagrafi ta' paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu.
Mhux iktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjonijiet bil-penali imposti jew bil-passi meħudin bħala riżultat ta' irregolaritajiet skoperti matul il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk l-ismijiet u l-indirizzi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 18
Notifiki relatati mat-tewm
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” sal-Erbgħa ta' kull ġimgħa fir-rigward tal-applikazzjonijiet riċevuti l-ġimgħa ta' qabel.
Il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jinqasmu skont il-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-oriġini u l-kodiċi NM. Għall-prodotti għajr it-tewm kif stabbilit fit-Taqsimiet E u F tal-Anness II, l-isem tal-prodott, kif muri fit-taqsima 14 tal-applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni, għandu jiġi kkomunikat ukoll.
Artikolu 19
Notifiki relatati mal-liċenzji ta' importazzjoni għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta' Ħamis, jew fl-ewwel jum ta' xogħol ta' wara jekk il-Ħamis tkun festa pubblika, bil-kwantitajiet tal-prodotti li hemm referenza għalihom fit-Taqsima H ta' Parti I tal-Anness II, li għalihom, il-liċenzji ta' importazzjoni jkunu nħarġu matul il-ġimgħa ta' qabel, imqassma skont il-kodiċi NM u skont il-pajjiż ta' oriġini.
2. Jekk Stat Membru jqis li l-kwantitajiet li għalihom ikunu ntalbu il-liċenzji ta' importazzjoni f'dak l-Istat Membru jirriskjaw li jfixklu s-suq, dak l-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjjoni filwaqt li għandu jispeċifika l-kwantitajiet skont it-tipi tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra biha.
Artikolu 20
Skambju ta' informazzjoni u notifiki lill-Kummissjoni
1. Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-liċenzji u l-estratti u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur relatati magħhom.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni malli jkunu jafu bl-irregolaritajiet u bil-ksur fir-rigward ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni fuq il-Lokalizattur tar-Riżorsi Uniformi (Uniform Resource Locator) (URL) tal-indirizz tal-web tal-awtoritajiet kompetenti għar-riċeviment tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji u l-estratti kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 2(2) lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata u jerġgħu jibagħtuha meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-URLs ikkonċernati fuq is-sit web pubbliku tagħha.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istampar tat-timbri uffiċjali u, fejn hu xieraq, bl-istampi b'tipa mqabbża użati mill-awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan fuq sit web sigur aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istati Membri.
5. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (24).
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jużaw verżjonijiet stampati tal-mudelli previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 kif stabbilit fl-Anness I għal dak ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji sakemm l-istokks eżistenti jkunu ġew eżawriti. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjonijiet u l-liċenzji ġġenerati skont l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru ieħor skont il-mudell stabbilit f'Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettabbli fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.
2. Il-prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 14(4)(b) u (5) għandha tiġi aċċettata fil-każijiet kollha fejn it-tali prova kellha tingħata bl-użu tal-kopja ta' kontroll T5 kif imsemmi fl-Artikolu 912a-912 g tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (25).
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mis-6 ta' Novembru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u s-sekwestru tal-garanziji ppreżentati għal liċenzji bħal dawn li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu l-kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 tal-5 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti biex jiġu importati ċerti prodotti ċereali sostituti u ċereali proċessati u prodotti tar-ross ġejjin mill-Afrika, il-Karibew u Stati tal-Paċifiku jew mill-pajjiżi u territorji tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2245/90 (ĠU L 297, 6.11.1998, p. 7).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta' Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(15) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(17) Avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).
(18) Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(19) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(21) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/col/col_home.jsp?Lang=en&Screen=0
(22) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ecs/ecs_home.jsp?Lang=en
(23) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(24) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(25) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS I
MUDELL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(1)
STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU
1. |
Il-formoli tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma' kopji addizzjonali tal-liċenzja, f'dik l-ordni. Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' titlob lill-applikanti jimlew formola ta' applikazzjoni biss, minflok is-settijiet ipprovduti fl-ewwel sottoparagrafu. |
2. |
Meta, bħala riżultat ta' miżura tal-Unjoni, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenzja jista' jkun li tkun anqas mill-kwantità li għaliha inizjalment kienet saret l-applikazzjoni għal-liċenzja, il-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni u l-ammont ta' garanzija li għandu x'jaqsam magħha għandhom jinkitbu biss fuq il-formola tal-applikazzjoni. |
3. |
Il-formoli għall-estratti tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f'dik l-ordni. |
4. |
Fit-taqsima 2, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi tal-pajjiż korrispondenti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' żżid numri li jidentifikaw id-dokument.
|
5. |
Meta jinħarġu, il-liċenzji u l-estratti jista' jkollhom numru tal-ħruġ fit-taqsima 23 (liċenzja tal-esportazzjoni) jew fit-taqsima 25 (liċenzja tal-importazzjoni) allokata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. |
6. |
L-applikazzjonijiet, il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew b'test ittajpjat jew b'mezz kompjuterizzat. |
7. |
L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' tippermetti li l-applikazzjonijiet jinkitbu bl-idejn, bil-linka u b'ittri kbar. |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS II
PARTI I
OBBLIGU TA' LIĊENZJA — GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237
A. Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
1006 20 |
Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 30/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
1006 30 |
Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 30/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
1006 40 00 |
Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 |
EUR 1/t |
sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
1701 |
Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (1) (2) |
EUR 20/t |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
C. Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
ex 1207 99 20 |
Żerriegħa ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
D. Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
5302 10 00 |
Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
E. Frott u ħaxix (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 0703 90 00 |
Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
F. Prodotti tal-ħaxix u l-frott ipproċessat (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
ex 0710 80 95 |
Tewm (6) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 0710 90 00 |
Taħlita ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 0711 90 80 |
Tewm (6) u Allium ampeloprasum ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 0711 90 90 |
Taħlitiet ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 0712 90 90 |
Tewm imnixxef (6) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħaxix imnixxef li jkun fihom it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta', imqatta' flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
G. Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
1207 99 91 |
Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ |
sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri |
H. Etanol ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
ex 2207 10 00 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 2207 20 00 |
Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 2208 90 91 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
ex 2208 90 99 |
Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat |
EUR 1 għal kull ettolitru |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
PARTI II
OBBLIGU TA' LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237
A. Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
1006 20 |
Ross bla ħliefa (ismar) |
EUR 3/t |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
1006 30 |
Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le |
EUR 3/t |
sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2) |
B. Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta' validità |
1701 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (9) |
EUR 11/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10) |
1702 60 95 1702 90 95 |
Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż il-lattożju, il-glukożju, il-maltodestrina u l-isoglukożju (9) |
EUR 4,2/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10) |
2106 90 59 |
Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra l-isoglukożju,il-lattożju, il-glukożju u l-ġuleppijiet tal-maltodestrina (9) |
EUR 4,2/100 kg |
sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10) |
(1) L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(2) Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).
(3) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(4) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(5) L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(6) Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma “tewm” hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm “solo””, “tewm “elephant””, “tewm “single clove”” jew “tewm “great-headed””.
(7) L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(8) M'hemm bżonn l-ebda garanzija.
(9) L-obbligu ta' liċenzja għall-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.
(10) Għal kwantitajiet ta' anqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta' dan it-tip għall-istess esportazzjoni.