This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1377
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1377 of 7 August 2015 on a measure taken by Sweden in accordance with Directive 2006/42/EC of the European Parliament and of the Council, to prohibit the placing on the market of two firewood cutting and splitting machines manufactured by Bonnet AB (notified under document C(2015) 5412) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1377 tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar miżura meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar manifatturati minn Bonnet AB (notifikata bid-dokument C(2015) 5412) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1377 tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar miżura meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar manifatturati minn Bonnet AB (notifikata bid-dokument C(2015) 5412) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 212, 11.8.2015, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/37 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1377
tas-7 ta' Awwissu 2015
dwar miżura meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar manifatturati minn Bonnet AB
(notifikata bid-dokument C(2015) 5412)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/42/KE, l-Iżvezja għarrfet lill-Kummissjoni b'miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen, manifatturat minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping, l-Iżvezja. |
(2) |
Il-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar kellhom il-marka CE, skont id-Direttiva 2006/42/KE. |
(3) |
Il-miżura ttieħedet għax il-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar ma kinux konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza essenzjali stabbiliti fil-punti 1.1.2 u 1.3.7 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sigurtà u tar-riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu. B'mod partikolari, il-magni ma kellhom l-ebda mezz ta' lqugħ jew apparat ieħor li jipproteġu kontra r-riskji minn partijiet li jiċċaqilqu, u huwa possibbli li ż-żona ta' periklu tintlaħaq waqt li l-magni jkunu qed jiġu operati. |
(4) |
L-Iżvezja nfurmat lill-manifattur dwar in-nuqqasijiet. Il-manifattur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti mhux konformi. |
(5) |
L-eżami tal-evidenza mogħtija mill-Iżvezja juri li l-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen manifatturati minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping l-Iżvezja, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stipulati fid-Direttiva 2006/42/KE, u li dan in-nuqqas ta' konformità jwassal għal riskji serji ta' korriment tal-utenti. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-miżura meħuda mill-Iżvezja titqies bħala ġġustifikata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura meħuda mill-Iżvezja biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen manifatturati minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping, l-Iżvezja, hija ġġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.