This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0928
Council Decision (EU) 2015/928 of 15 June 2015 appointing a member and an alternate member of the Governing Board of the European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions for Lithuania
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/928 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal-Litwanja
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/928 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal-Litwanja
ĠU L 150, 17.6.2015, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2016
17.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/928
tal-15 ta' Ġunju 2015
li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal-Litwanja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' impjegati u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem,
Billi:
(1) |
Fid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2013 (2), tat-8 ta' Lulju 2014 (3) u tat-18 ta' Novembru 2014 (4), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2016, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri. |
(2) |
L-organizzazzjoni ta' min iħaddem BUSINESSEUROPE ippreżentat nomini għal żewġ postijiet li jridu jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2016:
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membru |
Supplenti |
Litwanja |
Is-Sur Danukas ARLAUSKAS |
Is-Sur Vaidotas LEVICKIS |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
Kaspars GERHARDS
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU C 358, 7.12.2013, p. 5).
(3) Deciżjoni tal-Kunsill 2014/462/UE tat-8 ta' Lulju 2014 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal- Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Ungerija (ĠU L 209, 16.7.2014, p. 54).
(4) Deciżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2014 li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta (ĠU C 420, 22.11.2014, p. 4).