This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0874
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/874 of 27 May 2015 on the acceptance of a third State's contribution to the European Union military mission to contribute to the training of the Malian Armed Forces (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/874 tas-27 ta' Mejju 2015 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/874 tas-27 ta' Mejju 2015 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)
ĠU L 142, 6.6.2015, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/874
tas-27 ta' Mejju 2015
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/1/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jistieden Stati terzi biex joffru kontribuzzjonijiet u biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi. |
(2) |
Wara rakkomandazzjoni dwar kontribut mir-Repubblika tal-Albanija (“Albanija”) mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mill-Albanija għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.
2. L-Albanija hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM Mali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.