Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0524

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/524 tas- 27 ta' Marzu 2015 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

    ĠU L 84, 28.3.2015, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/524/oj

    28.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 84/22


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/524

    tas-27 ta' Marzu 2015

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 32, 48 u 49 u l-Artikolu 51(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (2) fiha żball. Jeħtieġ li l-kliem “fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea” jiġi mħassar mill-Artikoli 2 u 3. Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjoni bil-lingwa Bulgara. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ġewx affettwati.

    (2)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Bulgara.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1

    (2)  ĠU L 29, 1.2.2012, p. 13.


    Top