Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0154

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/89]

    ĠU L 15, 22.1.2015, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/89/oj

    22.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 15/80


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 154/2014

    tad-9 ta' Lulju 2014

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/89]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 41c (ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat bi:

    32013 R 1316: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top