This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0083
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/83 of 21 January 2015 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of monosodium glutamate originating in the People's Republic of China following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Council Regulation (EC) No 1225/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal- 21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal- 21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
ĠU L 15, 22.1.2015, p. 31–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2021
22.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/83
tal-21 ta' Jannar 2015
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2), (5) u (6) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1187/2008 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). |
(2) |
Il-miżuri imposti kienu f'forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 39,7 %, bl-eċċezzjoni ta' Hebei Meihus MSG Group Co. Ltd. (33,8 %), Tongliao Meihua Bio-Tech Co. Ltd. (33,8 %) u Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd. (36,5 %). |
2. Talba għal rieżami ta' skadenza
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(4) |
It-talba kienet ippreżentata minn Ajinomoto Foods Europe SAS (“l-applikant”), l-uniku produttur tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju, li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju. |
(5) |
It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
(6) |
Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fid-29 ta' Novembru 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
4. Investigazzjoni antidumping parallela
(7) |
B'mod parallel, fl-istess data, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (5). |
(8) |
F'dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni imponiet f'Awwissu 2014, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014 (6), dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (“ir-regolament provviżorju”). Il-miżuri provviżorji ġew imposti għal perjodu ta' sitt xhur. |
(9) |
Iż-żewġ investigazzjonijiet paralleli koprew l-istess perjodu tal-investigazzjoni (ta' rieżami) u l-istess perjodu kkunsidrat kif definit fil-premessa 10. |
5. L-investigazzjoni
Perjodi rilevanti koperti mill-investigazzjoni ta' rieżami
(10) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2010 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”) (7). |
Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u l-kampjunar
(11) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti fl-Unjoni li huma magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat bil-bidu tar-rieżami ta' skadenza. |
(12) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
(13) |
Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, kien previst kampjunar fin-Notifika ta' Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(14) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun rappreżentattiv, dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li kien hemm biss żewġ produtturi esportaturi fiċ-Ċina li pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba, il-kampjunar ma kienx meqjus neċessarju. |
(15) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx meħtieġ jew le, u jekk dan huwa meħtieġ, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
(16) |
Ippreżentaw ruħhom 14-il importatur mhux relatati. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat il-MSG miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-kampjunar għalhekk ma kienx neċessarju. |
Il-kwestjonarji u l-verifika
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. |
(18) |
Il-kwestjonarji ntbagħtu kemm lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju ta' kampjunar, lill-produttur uniku fl-Unjoni u lil 33 utent identifikati fl-Unjoni. |
(19) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produttur uniku tal-Unjoni, mingħand operatur tas-suq wieħed, u minn ħames utenti. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
(20) |
Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Il-produttur tal-Unjoni
L-utenti
|
Id-divulgazzjoni
(21) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien previst li jiġi rakkomandat li jinżamm id-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw miċ-Ċina. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Fejn xieraq il-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati u meqjusa. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
(22) |
Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina miċ-Ċina, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Il-MSG huwa addittiv alimentari u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam, tat-taħlitiet ta' ħwawar u ta' ikel lest biex jittiekel. Il-MSG huwa wkoll użat fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti. Huwa jiġi prodott fil-forma ta' kristalli bojod, mingħajr riħa ta' diversi daqsijiet. Il-MSG huwa disponibbli f'pakketti ta' daqsijiet varji, li jvarjaw minn pakketti għall-konsumaturi ta' 0,5 g għal basktijiet ta' kwantitajiet kbar li jiżnu 1 000 kg. Daqsijiet iżgħar ta' pakketti jinbiegħu permezz tal-bejjiegħa bl-imnut lill-konsumaturi privati, filwaqt li daqsijiet akbar ta' 20 kg u aktar huma destinati għall-utenti industrijali. Barra minn hekk, jeżistu gradi differenti ta' purità. Madankollu, ma hemm l-ebda differenza fil-karatteristiċi tal-glutamat tal-monosodju abbażi tad-daqs tal-pakkett jew il-grad ta' purità. |
(23) |
Il-MSG huwa prinċipalment magħmul permezz tal-fermentazzjoni ta' diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli taz-zokkor u melassa tal-pitravi taz-zokkor). |
(24) |
L-investigazzjoni ta' rieżami attwali kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fil-pajjiż ikkonċernat, il-MSG prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-MSG prodott u mibjugħ fiż-żewġ swieq tal-pajjiżi analogi potenzjali tat-Tajlandja u l-Indoneżja għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. |
(25) |
Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING
1. Il-kummenti preliminari
(26) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ attwalment u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping. |
(27) |
Kif imsemmi fil-premessi 18 u 19, filwaqt li l-kwestjonarji ntbagħtu kemm lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tal-kampjunar, ħadd minnhom ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju u ħadd minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(28) |
L-awtoritajiet Ċiniżi u l-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx ġew notifikati bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ngħataw opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Ma waslu l-ebda kummenti. |
(29) |
Fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq fatti disponibbli, b'mod partikolari fuq informazzjoni fit-talba għal rieżami ta' skadenza u l-istatistika disponibbli, jiġifieri l-Eurostat u l-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniża. |
2. Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami
(a) Il-pajjiż analogu
(30) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET. Għal dan l-għan, kellu jintagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”). |
(31) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni nfurmat lill-partijiet interessati li hija pprevediet it-Tajlandja jew l-Indoneżja bħala pajjiżi analogi xierqa possibbli u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. It-Tajlandja ntużat fl-investigazzjoni oriġinali (8) bħala pajjiż analogu xieraq. L-Indoneżja ġiet proposta fl-investigazzjoni attwali minħabba l-fatt li, kif imsemmi fil-premessa 7, investigazzjoni antidumping parallela fuq l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-MSG li joriġina fl-Indoneżja nbdiet fl-istess data bħall-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza attwali (9). Parti interessata ddikjarat li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż analogu xieraq minħabba li l-produttur Tajlandiż li kkopera kien jagħmel parti mill-istess grupp ta' kumpaniji bħall-applikant. Barra minn hekk, kien argumentat li kien hemm nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq Tajlandiż u li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja kien prinċipalment f'pakketti żgħar għal-livell tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni kienu allegatament f'boroż kbar jew bl-ingrossa għall-użu industrijali. |
(32) |
Il-Kummissjoni talbet lil aktar minn ħames produtturi magħrufa tal-prodott simili fit-Tajlandja biex jipprovdu informazzjoni. Produttur wieħed biss fit-Tajlandja ppreżenta ruħu u ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Dan il-produttur kien parti mill-istess grupp bħall-applikant. B'kuntrast ma' dak li ntqal minn parti interessata, li tkun parti mill-istess grupp bħall-applikant ma jimplikax awtomatikament li l-valur normali mhuwiex affidabbli. Il-parti interessata kkonċernata lanqas ma spjegat kif ir-relazzjoni seta' kellha impatt fuq il-valur normali fis-suq domestiku fit-Tajlandja. Għalhekk, dan l-argument għandu jkun miċħud. |
(33) |
Kif stabbilit fil-premessa 24, l-investigazzjoni wriet li l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fit-Tajlandja kellu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi bħall-prodott immanifatturat u esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-proċessi tal-produzzjoni fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla ma' dawk fis-suq Tajlandiż. Fl-aħħar nett, fit-Tajlandja kien hemm livell konsiderevoli ta' kompetizzjoni ma' diversi produtturi domestiċi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluża ċ-Ċina. Barra minn hekk, b'kuntrast ma' dak li ntqal, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja kien bl-ingrossa u bl-imnut. Għalhekk, l-argument li t-Tajlandja ma tkunx għażla xierqa bħala pajjiż analogu għal dawk ir-raġunijiet għandu jiġi miċħud. |
(34) |
Il-produtturi esportaturi Indoneżjani qablu li d-dejta tagħhom pprovduta fil-kuntest tal-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 7 għandha tintuża għall-fini tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza attwali. Kif stabbilit fil-premessa 24, l-investigazzjoni wriet li l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja kellu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi bħall-prodotti mmanifatturati u esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli l-proċessi ta' produzzjoni fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla mas-suq Indoneżjan. Finalment, fl-Indoneżja kien hemm livell konsiderevoli ta' kompetizzjoni ma' diversi produtturi domestiċi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluża ċ-Ċina. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku fl-Indoneżja kien kemm bl-ingrossa kif ukoll bl-imnut. |
(35) |
Minn dan ta' hawn fuq isegwi li ż-żewġ pajjiżi, it-Tajlandja u l-Indoneżja kienu potenzjalment xierqa li jkunu magħżula bħala pajjiż analogu. Madankollu, minħabba li l-livell ta' dettall disponibbli mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġett għall-investigazzjoni parallela kien ħafna ogħla minn dak mill-uniku produttur li kkoopera fit-Tajlandja, il-Kummissjoni kienet iktar raġonevoli li tagħżel l-Indoneżja bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
(b) Valur normali
(36) |
L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fl-Indoneżja kienet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina. |
(37) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull wieħed mill-produtturi li kkooperaw fl-Indoneżja kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku kien jiġi kkunsidrat rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Instab li l-bejgħ domestiku fl-Indoneżja kien rappreżentattiv għal kull wieħed mill-produtturi. Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala magħmul fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku li kellu qligħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(38) |
Billi nstab li l-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(c) Prezz tal-esportazzjoni
(39) |
Fin-nuqqas ta' kull kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(40) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk ġie stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika, jiġifieri l-Eurostat, ikkalkolat fuq bażi medja ponderata. |
(d) Paragun u aġġustamenti
(41) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-merkanzija u t-trasport, filwaqt li tqiesu l-aġġustamenti għall-valur normali tal-produtturi esportaturi Indoneżjani kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 41 tar-Regolament provviżorju. |
(42) |
Barra minn hekk, parti interessata ddikjarat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom vantaġġi fl-ispejjeż komparattivi fuq il-produtturi Tajlandiżi rigward il-proċess tal-produzzjoni (integrazzjoni vertikali), l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima u l-konsum tal-enerġija. Peress li l-Indoneżja ntużat bħala pajjiż analogu, dan l-argument kien irrilevanti. Rigward l-Indoneżja u kif deskritt fil-premessa 34, il-proċessi tal-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla mas-suq Indoneżjan. Għandu jiġi nnutat li l-produtturi tal-MSG kollha madwar id-dinja jużaw metodi simili ta' produzzjoni. Il-MSG huwa magħmul permezz tal-fermentazzjoni ta' diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli taz-zokkor u melassa tal-pitravi taz-zokkor). |
(e) Marġni ta' dumping
(43) |
Parti interessata stqarret li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu prinċipalment bl-ingrossa, filwaqt li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja huwa prinċipalment bl-imnut. Għalhekk, kien argumentat li l-marġni tad-dumping għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' bejgħ bl-ingrossa biss. Peress li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar il-kundizzjonijiet ta' bejgħ, livell ta' kummerċ jew imballaġġ tal-bejgħ għall-esportazzjoni Ċiniż. |
(44) |
Barra minn hekk, peress li l-Indoneżja ntużat bħala pajjiż analogu, dan l-argument kien irrilevanti. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-bejgħ bl-imnut kienx inkluż jew le, il-paragun wassal fil-każijiet kollha għal marġni ta' dumping sinifikanti kif jidher fil-premessa 47. |
(45) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkalkulat l-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu. Il-paragun wassal għal marġni tad-dumping sinifikanti kif muri fil-premessa 47. |
(46) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun skont it-tip ta' prodott. Minflok, it-tqabbil kellu jkun ibbażat fuq id-dejta statistika tal-prezz tal-esportazzjoni kif spjegat fil-premessi 39 u 40. |
(47) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping medja ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni kienet iktar minn 25 % fil-każijiet kollha. |
3. L-Iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu mħassra l-miżuri
(a) Kumment preliminari
(48) |
Minbarra s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġiet investigata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping f'każ li jiġu mħassra l-miżuri u ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina; l-attrattività tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
(b) Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina
(49) |
Minkejja l-miżuri fis-seħħ, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'65 %, b'żieda korrispondenti fis-sehem mis-suq ta' 68 % kif stabbilit fil-premessa 81. Madankollu, minkejja din iż-żieda f'termini relattivi, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sehem mis-suq f'termini assoluti baqgħu baxxi matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
(50) |
Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu stabbiliti abbażi tal-Eurostat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji miċ-Ċina naqsu b'mod kontinwu mis-SF2010/2011 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'mod ġenerali b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat kif stabbilit fil-premessa 84 u nstabu li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Ġie stabbilit ukoll li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' aktar minn 10 % jekk jitqiesu mingħajr dazji antidumping. |
(c) Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina
(51) |
Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Peress li din id-dejta ma kinitx pubblikament disponibbli, il-Kummissjoni għamlet kontroverifika tagħha ma' sorsi oħra disponibbli pubblikament, inklużi artikoli mill-istampa mqiegħda fil-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati. Fuq din il-bażi, iċ-Ċina hija l-akbar pajjiż produttur tal-MSG fid-dinja b'kapaċità tal-produzzjoni annwali u produzzjoni annwali li żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2012, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG kienet ta' 3,5 sa 4 miljun tunnellata filwaqt li l-produzzjoni tal-MSG kienet minn 2,5 sa 3 miljun tunnellata. Għalhekk, fl-2012, il-kapaċità żejda tal-produzzjoni kienet bejn 600 000 u 900 000 tunnellata. |
(52) |
Skont l-istess sors, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina se jikbru aktar sal-2017, hekk kif id-domanda tal-MSG fiċ-Ċina qed tiżdied. |
(53) |
Fl-2011, il-Gvern Ċiniż permezz tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informatika taċ-Ċina (MIIT) nieda politika ġenerali biex tiġi eliminata teknoloġija tal-impjanti qadima u ineffiċjenti li kienet tikkonċerna 19-il industrija ewlenin fiċ-Ċina, inkluż il-MSG. Ir-riżultat kien tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' produtturi tal-MSG fiċ-Ċina. Fuq din il-bażi, parti interessata waħda ddikjarat li l-kapaċità probabbilment ma kinitx żdiedet fiċ-Ċina. L-investigazzjoni wriet li fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba u l-artikli mill-istampa, kumpaniji ikbar żiedu l-kapaċità tagħhom. Bħala riżultat il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina b'mod ġenerali żdiedet u l-argument mill-parti kkonċernata għandu għalhekk jiġi miċħud. |
(54) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, l-inventarju tal-MSG fiċ-Ċina kiber b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin u kien aktar minn darbtejn ikbar mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Parti interessata ddikjarat li, peress li l-informazzjoni dwar l-inventarju żejjed allegat ma kinitx disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali, ma tkunx verifikabbli għall-partijiet interessati u m'għandhiex titqies. Barra minn hekk, intqal li l-inventarju żejjed jidher improbabbli minħabba t-tnaqqis ta' kapaċitajiet mill-gvern Ċiniż. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-partijiet interessati kkonċernati ma pprovdew l-ebda evidenza biex jissostanzjaw din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat diġà fil-premessa 27, l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-użu tal-fatti disponibbli kellu jsir b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' ma tagħtix każ tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali f'każ li l-ebda taqsira mhux kunfidenzjali sinifikanti ma tiġi pprovduta, iżda n-nuqqas ta' sottomissjoni ta' tali taqsira ma għandux iwassal għaċ-ċaħda awtomatika tal-informazzjoni pprovduta b'mod kunfidenzjali. Filwaqt li mhux l-elementi kollha li jinsabu fit-talba setgħu jiġu verifikati, inkluża l-informazzjoni provduta dwar l-inventarji Ċiniżi, f'dan il-każ, l-informazzjoni pprovduta kienet madankollu kkunsidrata bħala raġonevoli u korretta, peress li hija segwiet l-istess direzzjoni bħall-informazzjoni mogħtija mill-applikant li tista' tiġi kontroverifikata. Barra minn hekk, peress li l-kapaċità tal-produzzjoni globali fiċ-Ċina żdiedet kif deskritt fil-premessa 51, l-inventarju żejjed ma kienx l-uniku element li jappoġġa l-konklużjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kull fejn kien possibbli, għamlet kontroverifiki ma' sorsi oħrajn disponibbli bħal artikli mill-istampa u użat biss l-informazzjoni meta kienet sodisfatta li kienet raġonevoli u affidabbli biżżejjed. Għalhekk, dan l-argument m'għandux jiġi aċċettat. |
(55) |
Wara d-divulgazzjoni, l-istess parti interessata ddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx ibbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti kif meħtieġ mill-Artikolu 11(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping (10) iżda biss fuq preżunzjonijiet. Din il-parti saħħqet id-dikjarazzjonijiet tagħha rigward l-allegat tnaqqis tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina. |
(56) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 27, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Kif deskritt ukoll hawn fuq fil-premessi 29 u 51, l-informazzjoni użata kienet prinċipalment dik mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu għat-talba, debitament kontroverifikata meta dan kien possibbli. Peress li din kienet l-unika informazzjoni affidabbli disponibbli, id-dikjarazzjoni li s-sejbiet kienu bbażati fuq sempliċi preżunzjonijiet ġiet miċħuda. |
(57) |
L-informazzjoni pprovduta mill-parti interessata kkonċernata wkoll ġiet ikkunsidrata. Madankollu, fir-rigward tal-kapaċità disponibbli u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina, il-parti interessata kkonċernata pprovdiet informazzjoni kontradittorja. Pereżempju, kuntrarjament għal dak li l-parti sostniet, il-provi annessi mas-sottomissjonijiet tagħha wrew żieda fil-kapaċità tal-MSG fiċ-Ċina aktar milli tnaqqis. Dan huwa konformi mas-sejbiet tal-Kummissjoni kif stabbilit fil-premessa 53 hawn fuq. Id-dikjarazzjoni tal-parti li l-kapaċità ġenerali fiċ-Ċina x'aktarx tonqos kienet għalhekk miċħuda. |
(58) |
Huwa għalhekk konkluż li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti li x'aktarx tintuża għal esportazzjonijiet addizzjonali sostanzjali lejn l-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fil-premessi 61 u 62, jekk il-miżuri antidumping jiskadu. |
(d) L-attrattività tas-suq tal-Unjoni
(59) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba l-miżuri fis-seħħ, is-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss parti żgħira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Parti interessata ddikjarat li l-Unjoni ma tkunx suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li d-domanda għall-MSG fl-Asja u f'ekonomiji emerġenti oħrajn inkluża ċ-Ċina hija mistennija li tiżdied. Din il-parti allegat ukoll li minħabba li l-livelli tal-prezzijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħra jkunu bħala medja ogħla jew simili tal-livelli tal-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jkollhomx inċentiv biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni. |
(60) |
Filwaqt li l-investigazzjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu bħala medja kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, dan jista' jkun dovut għall-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni minħabba d-dazji antidumping fis-seħħ. Għalhekk, din mhux bilfors tagħti indikazzjoni tal-livell possibbli tal-prezzijiet f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Għall-kuntrarju, minħabba l-livell tad-dazji antidumping fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu kapaċi jgħollu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom, filwaqt li xorta jibqgħu f'livelli dumped u li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
(61) |
Anki jekk il-konsum domestiku fiċ-Ċina u l-konsum fil-bqija tal-Asja u swieq emerġenti oħra huma mistennija li jikbru, il-livell ta' kapaċità żejda tal-produzzjoni fiċ-Ċina jissuġġerixxi inċentiv qawwi biex jinstabu swieq alternattivi biex jassorbu din il-kapaċità żejda. |
(62) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll l-impożizzjoni possibbli ta' miżuri kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-MSG lejn l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) wara li għaddejjin investigazzjonijiet antidumping u antisussidji paralleli mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti kontra ċ-Ċina dwar l-istess prodott. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-fatt imponew miżuri antidumping definittivi fis-26 ta' Novembru 2014. Erba' produtturi esportaturi Ċiniżi kienu assenjati rati individwali, stabbiliti f'20,09 %, filwaqt li d-dazju residwu kien stabbilit f'39,03 %. Konsegwentement, l-aċċess għas-suq tal-Istati Uniti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi x'aktarx jitnaqqas u kwantitajiet kbar ta' MSG Ċiniż jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħallew jiskadu fl-istess ħin. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li fl-2013 madwar 26 600 tunnellata tal-MSG miċ-Ċina kienu esportati lejn l-Istati Uniti, li kienu jikkorrispondu għal parti sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(63) |
Barra minn hekk, il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz tal-importazzjoni medju tal-produtturi esportaturi Indoneżjani fl-Unjoni kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 61 u 80 tar-regolament provviżorju kienu t-tnejn ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni medji Ċiniżi lejn l-Unjoni mingħajr dazji antidumping u mal-prezzijiet tal-importazzjoni medji Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra. Din l-analiżi, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, jiġifieri l-bażi tad-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi indikat li, jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu, l-Unjoni tkun suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, peress li tabilħaqq ikunu kapaċi jgħollu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni. |
(64) |
Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, minkejja l-miżuri fis-seħħ, ukoll uriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew ikunu interessati fis-suq tal-Unjoni. Is-suq tal-Unjoni għall-MSG jibqa' tabilħaqq attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi, abbażi tal-livelli tal-prezzijiet osservati. Dan l-interess x'aktarx li jiżdied jekk il-miżura tiġi mħassra. |
(65) |
Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata msemmija hawn fuq saħħqet id-dikjarazzjoni tagħha rigward id-domanda domestika li qed tiżdied għall-MSG fiċ-Ċina, il-volumi tal-esportazzjoni baxxi miċ-Ċina lejn l-Unjoni, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ogħla tal-MSG Ċiniż lejn pajjiżi terzi oħra meta mqabbla mal-Unjoni. Din il-parti ddikjarat li dawn l-elementi ma kinux ġew ikkunsidrati fl-analiżi tal-Kummissjoni. |
(66) |
L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni li l-iżvilupp tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda Ċiniżi, iż-żieda fid-domanda domestika għall-MSG fiċ-Ċina, il-volumi baxxi tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni, is-sehem mis-suq tagħha kif deskritt fil-premessa 49 u l-livelli tal-prezzijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi oħra ma kinux ġew meqjusa hija bla bażi. Dawn l-elementi kienu tabilħaqq analizzati kif muri hawn fuq fil-premessi 49 sa 64 u l-konklużjonijiet rilevanti ġew divulgati lill-partijiet interessati. It-tieni, il-parti kkonċernata ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha minbarra l-elementi stabbiliti mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. |
(67) |
Fl-aħħar nett, il-parti kkonċernata kkontestat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 62 li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jiġu diretti mill-ġdid mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni minħabba l-miżuri antidumping imposti mill-awtoritajiet Amerikani fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti. |
(68) |
Madankollu, kif ġie spjegat diġà fil-premessa 62 huwa nnutat li jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħallew jiskadu, minħabba l-miżuri antidumping imposti fuq l-esportazzjonijiet tal-MSG Ċiniżi lejn l-Istati Uniti, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. |
(69) |
Għalhekk id-dikjarazzjonijiet tal-parti f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping
(70) |
L-analiżi ta' hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped b'marġnijiet tad-dumping sinifikanti. Fid-dawl tas-sejbiet dwar il-kapaċità tal-produzzjoni żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina u l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet jerġgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet dumped, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitħassru. |
D. ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(71) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn produttur wieħed tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huwa jikkositwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(72) |
Peress li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produttur wieħed biss, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. |
E. IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI
1. Konsum tal-Unjoni
(73) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra, abbażi tal-Eurostat, u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġetti għal investigazzjoni antidumping parallela msemmija fil-premessa 7. |
(74) |
Parti interessata ddikjarat li l-kodiċijiet NM rilevanti fil-Eurostat ikopru wkoll prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat u l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jista' għalhekk jinkludi l-aċtu glutamiku u l-imluħ tiegħu. Madankollu, peress li d-dejta tal-importazzjoni ġiet estratta mill-Eurostat fil-livell tal-kodiċi TARIC (tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea), din kopriet biss il-prodott ikkonċernat u għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(75) |
L-istess parti interessata ddikjarat li mhux il-MSG kollu prodott fiċ-Ċina u esportat lejn l-Unjoni kellu grad ta' purità meħtieġa fl-Unjoni għall-addittivi tal-ikel u staqsiet jekk dan kienx għalhekk rifless fil-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina. Kif stabbilit fil-premessa 22, it-tipi kollha tal-MSG indipendentement mil-livelli ta' purità tagħhom jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali u għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(76) |
Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
(77) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, u reġa' żdied xi ftit fis-SF2012/2013 u fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-konsum naqas b'2 %. It-tnaqqis fil-konsum bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 kien dovut l-aktar minħabba tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, li rriżulta minn tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu (ara l-premessa 100). It-total tal-importazzjonijiet baqa' f'livelli simili fl-istess perjodu. Iż-żieda fil-konsum fis-SF2012/2013 hija kważi esklussivament dovuta minħabba żieda fl-importazzjonijiet totali, minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa' ġeneralment fl-istess livell. Fl-aħħar nett, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġa' naqas, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu b'mod konsiderevoli, notevolment mill-Indoneżja (ara l-premessa 88). |
(78) |
Parti interessata ddikjarat li d-deskrizzjoni tal-iżvilupp fil-konsum mhijiex kompluta minħabba li ma tqisx li l-importazzjonijiet Vjetnamiżi tal-MSG ġew sostitwiti minn importazzjonijiet Indoneżjani u li l-utenti, b'konsegwenza ta' dan, m'għadhomx jantiċipaw aktar żidiet fil-prezzijiet u naqqsu l-inventarji tagħhom. Filwaqt li huwa minnu li l-importazzjonijiet tal-MSG minn pajjiżi terzi oħra inklużi mill-Vjetnam naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u dawk tal-Indoneżja żdiedu, dan ma jaffettwax l-iżvilupp tal-konsum ġenerali fl-Unjoni bħala tali. Bl-istess mod, l-effetti ta' kull żvilupp fil-flussi tal-importazzjoni u r-rispons possibbli ta' operaturi ekonomiċi bħall-utenti għal dawn l-iżviluppi, ma għandhom ebda effett fuq l-iżvilupp tal-konsum bħala tali. Għaldaqstant, dan l-argument huwa miċħud. |
2. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(a) Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(79) |
Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġetta għall-investigazzjoni antidumping parallela msemmija fil-premessa 7. |
(80) |
Il-volum tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq
|
(81) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu mis-SF2010/2011 sas-SF2011/2012, iżda żdiedu sostanzjalment fis-SF2012/2013 u għal darba oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti wera xejra simili, jiġifieri naqas l-ewwel bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 u mbagħad żdied sostanzjalment sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat is-sehem mis-suq żdied b'68 %. Minkejja dawn iż-żidiet f'termini relattivi, kemm il-volum kif ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini assoluti baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. |
(b) Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
(82) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat. |
(83) |
It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni
|
(84) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu b'mod kontinwu mis-SF2010/2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'mod ġenerali b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(85) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet:
|
(86) |
Ir-riżultat tal-paragun ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, meta ġie skontat l-effett tad-dazji antidumping, il-marġni tat-twaqqigħ laħaq livell ta' aktar minn 10 %. |
3. Importazzjonijiet mill-Indoneżja
(a) Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja
(87) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja abbażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 7. |
(88) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indoneżja u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq
|
(89) |
Il-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja kważi ttripplaw matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn żdiedu kontinwament u b'mod sinifikanti b'182 % minn 8 638 tunnellata fis-SF2010/2011 għal 24 385 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(90) |
Is-sehem mis-suq korrispondenti kważi ttrippla matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied b'187 %, minkejja tnaqqis kumplessiv fil-konsum (– 2 %). |
(b) Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja
(91) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani kampjunati fl-investigazzjoni attwali parallela msemmija fil-premessa 7. |
(92) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet medju lejn l-Unjoni mill-Indoneżja żviluppa kif ġej: Tabella 5 Prezz tal-importazzjoni
|
(93) |
Il-prezz tal-importazzjoni medju tal-MSG mill-Indoneżja żdied ftit bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, qabel ma naqas fis-SF2012/2013 u saħansitra aktar fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji tal-MSG mill-Indoneżja b'mod ġenerali naqsu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux suġġetti għal miżuri
(94) |
Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(95) |
Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra b'mod ġenerali naqsu minn 10 268 tunnellata fis-SF2010/2011 għal 2 894 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jiġifieri bi 72 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas b'71 % fl-istess perjodu. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra rrappreżenta biss madwar kwart tal-livell tiegħu fis-SF2010/2011. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjżi terzi żdiedu b'10 %. |
(96) |
Parti interessata qalet li l-importazzjonijiet totali inklużi dawk miċ-Ċina u l-Indoneżja baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
(97) |
Din l-allegazzjoni kienet f'kontradizzjoni mal-istatistika disponibbli li fuqha huma bbażati s-sejbiet tal-investigazzjoni kif jidher fit-tabella 7 hawn taħt. Fil-fatt, l-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni żdiedu b'46 % matul il-perjodu kkunsidrat. Id-dikjarazzjoni kienet għalhekk miċħuda. |
(98) |
L-importazzjonijiet totali, inklużi ċ-Ċina u l-Indoneżja, żviluppaw kif ġej: Tabella 7 Importazzjonijiet Totali
|
5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(99) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
(a) Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(100) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 8 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(101) |
Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li naqset bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, hija żdiedet bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013 u laħqet l-aktar livelli baxxi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-investigazzjoni wriet li l-fluttwazzjonijiet kienu prinċipalment ikkawżati mix-shutdowns għall-manutenzjoni li l-industrija tal-Unjoni għamlet kull 15-il xahar u mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp matul ix-xitwa tal-2010/2011 li fixklu l-provvista ta' materja prima ewlenija (l-ammonja). Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ix-shutdown għall-manutenzjoni kien estiż f'tentattiv biex jitbaxxa l-livell għoli tal-inventarji. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-produzzjoni naqas b'9 %. |
(102) |
Parti waħda sostniet li l-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu biss wara li żdiedu b'mod sostanzjali fil-perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Abbażi ta' dan, il-parti argumentat li x-xejra ta' tnaqqis ta' dawn il-fatturi għalhekk ma turix dannu. Sabiex jiġu stabbiliti xejriet ta' diversi indikaturi tad-dannu, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-perjodu kkunsidrat li ġie determinat fil-bidu tal-investigazzjoni. Il-perjodu kkunsidrat jikkonsisti mill-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u t-tliet snin finanzjarji preċedenti li jikkorrispondu għal prattika konsistenti. Is-sempliċi fatt li ċerti indikaturi tad-dannu juru valuri ogħla qabel il-perjodu kkunsidrat mhijiex raġuni biżżejjed biex tinbidel din il-prattika. Għalhekk, huma biss ix-xejriet matul il-perjodu kkunsidrat li jistgħu jiġu kkunsidrati. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(103) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni kumplessivament baqgħet stabbli fil-perjodu kkunsidrat. |
(104) |
B'riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa skont il-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel naqas fis-SF2011/2012, imbagħad żdied fis-SF2012/13 u reġa' naqas fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Globalment, l-użu tal-kapaċità naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi qbil mat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. |
(b) Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
(105) |
Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 9 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(106) |
Il-volum tal-bejgħ tal-MSG mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ naqas l-aktar bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, filwaqt li fis-snin ta' wara huwa baqa' relattivament stabbli. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, flimkien mat-tnaqqis parallel fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet prinċipalment mill-Indoneżja, wasslu għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni b'ammont globali ta' madwar 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'4 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, li ħabat ma' żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indoneżjani u Ċiniżi fl-istess perjodu. Bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos b'mod regolari, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq mill-Indoneżja żdiedu sostanzjalment. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm baqgħu f'livelli baxxi matul dan il-perjodu. |
(c) It-tkabbir
(107) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 15 %. |
(d) L-impjieg u l-produttività
(108) |
L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 L-impjieg u l-produttività
|
(109) |
L-impjieg fl-industrija tal-Unjoni żdied b'mod kontinwu u kumplessivament bi 8 % fil-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-integrazzjoni fl-2011 ta' kumpanija li qabel kienet affiljata u l-espansjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(110) |
Il-produttività naqset minħabba l-kombinazzjoni ta' żieda fl-impjieg u t-tnaqqis fil-produzzjoni kif muri fit-tabella 8 fil-premessa 100. |
6. Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
(111) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit għaċ-Ċina kien ferm ogħla mil-livell de minimis, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni jkun sinifikanti minħabba l-volum li qed jiżdied u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet li qed jonqsu miċ-Ċina u l-iżvilupp mistenni ta' importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. B'mod parallel, fl-investigazzjoni antidumping dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, imsemmija fil-premessa 7, marġnijiet tad-dumping sostanzjali kienu stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mill-Indoneżja, li żiedu b'mod sostanzjali s-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(112) |
L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet tal-MSG li joriġina miċ-Ċina, kif imsemmi fil-premessa 124. Peress li importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u nstabu li kienu kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (12), jista' jiġi konkluż li dan il-proċess ta' rkupru nqaleb. |
(a) Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(113) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Il-prezzijiet medji tal-bejgħ
|
(114) |
Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied b'7 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, imma naqas kontinwament minn dak iż-żmien sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Iż-żieda fil-prezz bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 tista' titqies bħala konsegwenza taż-żidiet fl-ispejjeż matul l-istess perjodu, għalkemm iż-żieda fl-ispiża kienet akbar miż-żieda fil-prezzijiet. Fl-istess żmien l-importazzjonijiet Indoneżjani żdiedu u eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. B'konsegwenza, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'6 % bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013 u b'4 % oħra bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(115) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm żieda kontinwa li bdiet mis-SF 2011/2012 li kienet prinċipalment dovuta għal żieda fil-materja prima u l-kost lavorattiv. Kif imsemmi hawn fuq, din iż-żieda fl-ispejjeż ma setgħetx tkun riflessa b'żieda ekwivalenti fil-prezz minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja. |
(116) |
Parti interessata talbet lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-inklużjoni potenzjali ta' prodotti sekondarji fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħetx tkun żiedet artifiċjalment l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li l-prodotti sekondarji kienu allokati b'mod korrett u bl-ebda mod ma għawġu x-xenarju tad-dannu. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(b) Il-kost lavorattiv
(117) |
Il-kosts lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Kosts lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(118) |
Il-kosts lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b'24 %. Dan jista' jiġi spjegat prinċipalment biż-żieda fl-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-ħaddiema u l-persunal tagħha sabiex ittejjeb il-proċess tal-produzzjoni. |
(c) Inventarji
(119) |
Il-livelli tal-istokk tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Inventarji
|
(120) |
Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 43 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mis-SF2010/2011 għas-SF 2011/2012 l-istokks tal-għeluq naqsu wara tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u żieda fil-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Mis-SF2011/2012 għas-SF2012/2013, l-istokks żdiedu minħabba żieda fil-produzzjoni filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' kważi stabbli. Mis-SF2012/2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-istokks tal-għeluq naqsu għal darba oħra l-aktar minħabba deċiżjoni li titnaqqas il-produzzjoni f'tentattiv biex jonqsu l-livelli għoljin tal-istokks. |
(121) |
L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 iżda kważi rduppjaw bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013. Dawn komplew jiżdiedu bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali tul il-perjodu kkunsidrat huma żdiedu b'56 %. Iż-żieda fis-SF2012/2013 u waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami għandha titqies fid-dawl ta' volumi li qed jiżdiedu ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja, filwaqt li l-bejgħ tal-Unjoni baqa' kważi stabbli matul l-istess perjodu. |
(d) Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jinġabar kapital
(122) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
(123) |
Il-Kummisjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tar-redditu ta' dak il-bejgħ. Fis-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 il-profittabilità naqset b'mod sinifikanti, iżda xorta baqgħet pożittiva. Mis-SF2012/2013 il-profittabilità saret negattiva. Hija naqset saħansitra aktar fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali l-profittibilità tal-Unjoni naqset b'180 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Indoneżjani li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dumped u ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fl-ispejjeż. Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett wera l-istess xejra bħall-profittabilità jiġifieri tnaqqis kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat b'riżultati negattivi mis-SF2012/2013. Din ix-xejra ġiet enfasizzata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett naqas b'119 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(124) |
L-investimenti żdiedu b'97 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma rrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għall-manutenzjoni u l-konformità ma' rekwiżiti ġuridiċi tas-sikurezza. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tirkupra minn dumping preċedenti minn produtturi esportaturi Ċiniżi qabel il-perjodu kkunsidrat, hija bdiet ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha u kienet profittabbli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat sas-SF2011/2012. F'dawn iċ-ċirkostanzi saru għadd ta' investimenti li ma setgħux jibqgħu jiġu posposti u dan jispjega ż-żieda sinifikanti tal-livelli ta' investiment fis-SF2011/2012 u s-snin sussegwenti. |
(125) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mis-SF2012/2013, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabilità. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b'210 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(126) |
B'kunsiderazzjoni tal-profittabilità u l-fluss tal-flus dejjem jonqsu, l-abilità tal-kumpanija li tiġbor kapital kienet affettwata b'mod negattiv ukoll. |
(e) Konklużjoni dwar id-dannu
(127) |
Kważi l-indikaturi tad-dannu ewlenin kollha wrew xejra negattiva. B'hekk, il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu b'madwar 9 % u l-volum tal-bejgħ bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. F'tentattiv biex jikkumpensaw għat-telf fil-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu bi 30 % b'mod parallel. B'konsegwenza l-profittabilità, li kienet pożittiva fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, naqset u saret negattiva fis-SF2012/2013 u kompliet tonqos fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Setgħu jiġu osservati xejriet negattivi simili għall-fluss tal-flus nett kif ukoll għar-redditu fuq l-investimenti. |
(128) |
L-impjiegi żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda matul il-perjodu kkunsidrat tista' tkun spjegata bl-integrazzjoni ta' dik li qabel kienet kumpanija affiljata fl-2011 u l-espansjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investimenti wrew ukoll xejra pożittiva. Dawn kienu prinċipalment marbuta ma' miżuri ta' prevenzjoni u rekwiżiti ta' sigurtà, iżda mhux ma' xi żieda fil-kapaċità. Dawn ix-xejriet pożittivi għalhekk ma jipprekludux l-eżistenza ta' dannu. |
(129) |
Parti interessata ddikjarat li xejra negattiva f'xi wħud biss mill-indikaturi tad-dannu mhijiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li hemm dannu materjali. L-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-indikaturi tad-dannu kollha juru tendenza negattiva, iżda s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi analizzata billi jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-indikaturi kollha tad-dannu fl-intier tiegħu. F'dan il-każ, kważi l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva, inklużi l-indikaturi ewlenin bħall-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ medji u l-profittabilità. |
(130) |
Fuq il-bażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. PROBABILITÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAD-DANNU
1. Kumment preliminari
(131) |
Kif muri fil-premessi 99 sa 130, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat kollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti biss fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq mill-Indoneżja kważi ttripla matul l-istess perjodu. Fl-investigazzjoni parallela dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja msemmija fil-premessa 7, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu ġew dumped u kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba l-livelli tal-volum u tal-prezzijiet baxxi tagħhom, ma kkontribwixxewx għal dan id-dannu (13). Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessi 48 u 70, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet dumped matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
2. L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri
(132) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu jekk il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa jitħallew jiskadu, jiġifieri l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(133) |
Din l-analiżi ffukat fuq il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja kienu kkunsidrati wkoll. |
(134) |
Kif stabbilit fil-premessa 51, il-kapaċità żejda totali tal-MSG fiċ-Ċina kienet stmata għal madwar 600 000-900 000 tunnellata fl-2012. Dan l-ammont qabeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni tal-MSG matul l-istess perjodu. |
(135) |
Jista' jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi 59 sa 64, li jekk il-miżuri jiġu mħassra, mill-inqas parti minn din il-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. |
(136) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 50, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi mingħajr dazji antidumping ibaxxu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'aktar minn 10 % bħala medja. Dawn ikunu wkoll iktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni Indoneżjani. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk iwasslu biex id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni jmur għall-agħar. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni antidumping parallela wriet li importazzjonijiet mill-Indoneżja eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'tali mod li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha b'konformità maż-żieda fl-ispejjeż tagħha, iżda, għall-kuntrarju kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. |
(137) |
Kif spjegat fil-premessa 60, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jistgħu jiżdiedu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Madankollu, filwaqt li jitqiesu l-marġnijiet sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz stabbiliti meta jitnaqqsu d-dazji antidumping, anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu tassew ikun hemm għalhekk marġni li jippermetti lill-esportaturi Ċiniżi jżommu l-livelli tal-prezz tal-importazzjoni taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li bi probabbiltà kbira jippermettilhom jiksbu aktar ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Jekk dan iseħħ, l-industrija tal-Unjoni tkun qed taffaċċja tnaqqis immedjat fil-bejgħ u fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. |
(138) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-investigazzjoni parallela kontra l-Indoneżja u l-miżuri korrispondenti kontra l-importazzjonijiet tal-MSG minn dan il-pajjiż, l-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tkun kapaċi tirkupra mid-dannu materjali mġarrab. Dan il-proċess ta' rkupru jkun ipperikolat jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jissoktaw fi kwantitajiet sostanzjali u bi prezzijiet dumped, minħabba li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
3. Kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni
(139) |
Wara d-divulgazzjoni, parti waħda interessata sostniet li ż-żamma tal-miżuri mhux se ssaħħaħ is-sitwazzjoni tal-produttur tal-Unjoni billi d-deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha hija prinċipalment ikkawżata minn fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina. Din il-parti argumentat li dawn il-fatturi jkunu b'mod partikolari l-impatt tal-politika ta' investiment tal-industrija tal-Unjoni fuq il-profittabilità tagħha, iż-żieda fil-kosts tax-xogħol u l-allegat użu ineffiċjenti tar-riżorsi. Intqal li l-effett ta' dawn il-fatturi ma kienx ġie kkunsidrat biżżejjed meta ġiet ivvalutata l-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
(140) |
Għandu jiġi nnutat li l-parti interessata inkwistjoni ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida li tappoġġja dawn l-allegazzjonijiet. |
(141) |
Rigward l-investimenti li saru mill-industrija tal-Unjoni, din il-parti ma spjegatx sa liema punt dawn l-investimenti setgħu kellhom impatt fuq il-profittabilità tagħhom. Kif deskritt fil-premessa 124, l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni kienu bbażati fuq deċiżjonijiet tan-negozju raġonevoli u ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indebiti. Barra minn hekk, il-kosts tal-investiment jiġu deprezzati matul iż-żmien u bħala tali, ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
(142) |
Fir-rigward iż-żieda fil-kosts lavorattivi, filwaqt li ma jistgħux jingħataw ċifri preċiżi għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, l-investigazzjoni wriet li l-impatt ta' din iż-żieda fuq il-kost totali tal-produzzjoni ma kienx sinifikanti. |
(143) |
Rigward l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi, il-parti naqset milli tispeċifika n-natura tal-allegati ineffiċjenzi u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ineffiċjenza potenzjali tal-industrija tal-Unjoni. |
(144) |
Abbażi ta' dan, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
4. Konklużjoni
(145) |
Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-livelli tal-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet Ċiniżi, huwa kkunsidrat li t-tħassir tal-miżuri fil-probabbiltà kollha jwassal għal rikorrenza ta' dannu u jkompli jiddeterjora s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-probabbiltà ta' żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet dumped li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
G. L-INTERESS TAL-UNJONI
(146) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
(147) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(148) |
Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(149) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa 131, id-dannu materjali kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu materjali jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu. B'mod partikolari, l-irkupru mistenni tal-industrija tal-Unjoni mid-dannu mġarrab minħabba l-importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba l-miżuri antidumping imposti kontra dan il-pajjiż x'aktarx ikun ipperikolat jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-MSG jissoktaw fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped. |
(150) |
Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi tibbenefika b'mod sħiħ mill-effetti tal-miżuri imposti fil-kuntest ta' investigazzjoni parallela dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, jiġifieri tirkupra mid-dannu materjali mġarrab. Eventwalment għandha tkun kapaċi ttejjeb il-profittabilità tagħha. |
(151) |
Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
2. L-interess tal-importaturi/operaturi tas-suq
(152) |
Erbatax-il kumpanija ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat il-MSG miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(153) |
Operatur wieħed tas-suq fl-Unjoni involut fil-bejgħ mill-ġdid tal-MSG fis-suq tal-Unjoni u barra minnu ppreżenta ruħu bħala utent matul l-investigazzjoni. Dan l-operatur tas-suq xtara l-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, iżda wkoll minn importaturi. L-operatur tas-suq ma xtara l-ebda MSG ta' oriġini Ċiniża, iżda ta' oriġini Indoneżjana u ta' oriġini ta' pajjiżi terzi oħra. L-attività relatata mal-MSG ta' dan l-operatur tas-suq kienet marġinali meta mqabbla mal-attività totali tiegħu. Abbażi ta' dan, ġie kkunsidrat li l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' dan l-operatur tas-suq. |
3. Interess tal-utenti
(154) |
L-utenti huma attivi prinċipalment fis-settur tal-“ikel u x-xorb”, u jużaw l-MSG fil-produzzjoni ta' taħlitiet ta' ħwawar, sopop u ikel lest biex jittiekel. Il-MSG jintuża wkoll f'applikazzjonijiet speċifiċi “mhux relatati mal-ikel”, pereżempju fil-produzzjoni ta' deterġenti. |
(155) |
Tlieta u tletin kumpanija ppreżentaw ruħhom u rċevew kwestjonarju. Ħames kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom kienu attivi fis-settur tal-ikel u x-xorb u waħda kienet attiva fis-settur mhux relatat mal-ikel. Tnejn mill-kumpaniji li kkooperaw, waħda li topera fis-settur tal-“ikel u x-xorb” u t-tieni li tipproduċi deterġenti, kienu vverifikati fuq il-post. |
(a) Is-settur tal-ikel u x-xorb
(156) |
L-investigazzjoni wriet li, fuq medja, il-MSG irrappreżenta madwar 5 % l-ispejjeż totali tal-prodotti li jinkorporaw il-MSG manifatturat mill-kumpaniji li kkooperaw li pprovdew id-dejta meħtieġa. |
(157) |
Mill-erba' utenti li kkooperaw wieħed biss importa l-MSG miċ-Ċina. Din il-kumpanija li kkooperat xtrat il-MSG mill-industrija tal-Unjoni u importat madwar 40 % tax-xiri tal-MSG totali tagħha miċ-Ċina. L-attività marbuta mal-prodotti li fihom il-MSG rrappreżentat madwar terz tal-attività totali tagħha. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami nstab li l-kumpanija kienet profittabbli. |
(158) |
It-tliet kumpaniji l-oħra ma importawx il-MSG miċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Minn dawn, żewġ kumpaniji kellhom attività relatata mal-MSG relattivament insinifikanti meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, dawn iż-żewġ kumpaniji kienu profittabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dwar it-tielet kumpanija, għalkemm l-attività tagħha marbuta mal-prodotti li fihom il-MSG irrappreżentat madwar terz tal-attività totali tagħha, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, instab li l-kumpanija kienet profittabbli. |
(b) Is-settur mhux relatat mal-ikel
(159) |
Waħda mill-kumpaniji li kkooperaw użat il-MSG fil-produzzjoni ta' deterġenti. Il-MSG irrappreżenta bejn 15 % u 20 % l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-kumpanija xtrat il-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni. Hija importat ukoll il-MSG minn pajjiżi terzi oħra iżda mhux miċ-Ċina. Parti żgħira biss mill-attività tagħha kienet iddedikata għall-prodotti li jinkorporaw il-MSG meta mqabbla mal-attività kumplessiva tagħha li apparti minn hekk instabet li kienet tirrealizza marġni pożittiv tal-qligħ ta' [5 %-10 %] matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(160) |
Din il-parti interessata allegat li, minħabba l-qafas regolatorju tal-UE li jipprojbixxi l-użu ta' fosfati u komposti oħra tal-fosfru (14), il-MSG x'aktarx li jintuża fi kwantitajiet ikbar biex jieħu post il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fil-produzzjoni ta' deterġenti. Għalhekk, huwa mistenni li d-domanda tal-MSG fl-Unjoni tiżdied sostanzjalment u kull dazju antidumping fuq importazzjonijiet tal-MSG ikollu effett detrimentali fuq l-iżvilupp ta' dan is-suq ġdid. B'mod partikolari, il-parti argumentat li l-livell tal-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina fis-seħħ ma jippermettux lill-importazzjonijiet Ċiniżi biex jidħlu fis-suq tal-Unjoni u li, għaldaqstant, ikun hemm riskju ta' nuqqas ta' provvista fl-Unjoni. Din il-kumpannija stqarret ukoll li minħabba li l-miżuri huma wkoll fis-seħħ kontra importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, ikun hemm ukoll nuqqas ta' sorsi alternattivi ta' provvista. |
(161) |
Dan l-utent sostna wkoll li, minħabba ż-żieda mistennija fil-konsum tal-MSG l-industrija tal-Unjoni tibbenefika minnha kif wkoll iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, l-utent sostna li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed kapaċità biex tforni d-domanda akbar fis-suq tal-Unjoni. |
(162) |
Madankollu, f'dan l-istadju huwa diffiċli sabiex wieħed ibassar kif il-qafas ġuridiku l-ġdid se jkollu impatt fis-suq tal-Unjoni u sa liem punt jagħti spinta lill-produzzjoni tad-deterġenti bbażati fuq il-MSG u b'hekk ikollu effett fuq id-domanda tal-MSG fl-Unjoni. Il-parti interessata lanqas ma pprovdiet xi evidenza dwar sa liema punt id-dazju antidumping jista' jkollu effett detrimentali. F'dan ir-rigward, huwa nnutat li l-għan tad-dazju antidumping huwa li jerġa' jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-Unjoni. L-investigazzjoni żvelat ukoll għadd ta' sorsi alternattivi ta' provvista, bħall-Brażil, il-Vjetnam u l-Korea. |
(163) |
Wara d-divulgazzjoni, l-istess parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li d-domanda għall-MSG kieku tiżdied b'mod sinifikanti fl-Unjoni minħabba l-projbizzjoni ta' fosfati u li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx kapaċi tipprovdi din id-domanda dejjem tiżdied fl-Unjoni. Madankollu, il-parti inkwistjoni ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida biex tissostanzja l-argument u għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(164) |
Rigward is-sorsi alternattivi ta' provvista, fis-SF2010/2011, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien sostanzjali u naqas biss minħabba importazzjonijiet bi prezzijiet inġusti mill-Indoneżja. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji kontra importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja fl-investigazzjoni parallela għandha tippermetti pajjiżi terzi oħra sabiex jiksbu mill-ġdid l-ishma mis-suq mitlufa fl-Unjoni. Jekk jitħassru l-miżuri fir-rigward taċ-Ċina, l-effett mistenni tad-dazju antidumping kontra l-Indoneżja jiġi pperikolat peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina x'aktarx li jippenetraw is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikament miżjuda f'livelli ta' prezzijiet dumped filwaqt li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (kif stabbilit hawn fuq fil-premessi 149 sa 151. |
(165) |
Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata msemmija hawn fuq tenniet li ma kien hemm l-ebda sorsi alternattivi ta' provvista peress li l-produtturi fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu jappartjenu għall-istess grupp bħall-industrija tal-Unjoni. |
(166) |
Kif imsemmi fil-premessi 94 u 95 hawn fuq, sorsi alternattivi ta' provvista tal-MSG jeżistu f'diversi pajjiżi terzi, bħal inter alia l-Brażil, ir-Repubblika tal-Korea jew il-Vjetnam. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra barra ċ-Ċina jew l-Indoneżja rrappreżenta biss madwar kwart tal-livell tiegħu fis-SF 2010/2011. Jekk il-miżuri fuq importazzjonijiet miċ-Ċina jitħallew, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma jkunux jistgħu jkopru mill-inqas parzjalment il-ħtiġijiet tal-utenti tal-MSG, b'sehem mis-suq korrispondenti li jmur lura lejn jew lil hinn mil-livell tiegħu tas-SF2010/2011. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni disponibbli li kienet disponibbli għal partijiet fil-fajl mhux kunfidenzjali, dawn is-sorsi alternattivi jappartjenu jew lil kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji indipendenti minn Ajinomoto group jew lil dan il-grupp. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn is-sorsi alternattivi kienu jappartjenu lil Ajinomoto group ma hemm l-ebda indikazzjoni li huma ma jfornux is-suq tal-Unjoni f'kundizzjonijiet ġusti. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat. |
(167) |
L-istess parti allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni għandha pożizzjoni dominanti u li jkun hemm nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Hija sostniet li ż-żamma tal-miżuri kontra l-MSG Ċiniż tkompli ssaħħaħ iktar il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
(168) |
L-investigazzjoni uriet biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm il-volum tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni minħabba li tilfet is-sehem mis-suq, notevolment minħabba l-importazzjonijiet Indoneżjani. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'qagħda li żżid il-livelli tagħha ta' prezzijiet skont iż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja, u sofriet telf sinifikanti fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li hemm kompetizzjoni minn importazzjonijiet li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi oħra, li jibbenefikaw minn aċċess liberu għas-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, kien hemm evidenza insuffiċjenti dwar kwalunkwe pożizzjoni dominanti allegata tal-industrija tal-Unjoni u dan l-argument kellu jkun miċħud. |
(169) |
Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata inkwistjoni stqarret li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li l-utenti fl-Unjoni jkollhom jibbażaw fuq l-industrija tal-Unjoni u li għandu jkun hemm biżżejjed sorsi alternattivi ta' provvista. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, il-parti kkonċernata nnutat li t-tnaqqis fil-konsum bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 kien prinċipalment minħabba tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(170) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 100, il-produzzjoni naqset b'5 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 filwaqt li l-konsum naqas bi 13 % fl-istess żmien (ara l-premessi 76 u 78. Fis-SF2011/2012, l-użu tal-kapaċità kien 5 % inqas mil-livell tiegħu fis-SF2010/2011 li jfisser li kien hemm riżerva ta' kapaċità fis-SF2011/2012. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata bħala fattur li kellu impatt fuq it-tnaqqis fil-konsum fis-SF2011/2012. Fi kwalunkwe każ, kif imfisser hawn fuq fil-premessa 166, hemm sorsi alternattivi ta' provvista minn pajjiżi terzi oħra. L-argument għalhekk kellu jiġi rifjutat. |
(171) |
Fuq din il-bażi, u b'mod partikolari l-fatt li l-miżuri kontra ċ-Ċina ma dehrux li kellhom xi effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti li kkooperaw, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' dawn l-operaturi x'aktarx li ma tkunx sinifikanti. |
4. Interess tal-fornituri
(172) |
Erba' fornituri ta' materja prima tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom u wieġbu għall-kwestjonarju. Il-bejgħ tagħhom ta' materja prima lill-industrija tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss parti żgħira mir-redditu totali tagħhom. Tnejn minn dawn il-fornituri kkontestaw din il-konklużjoni billi sostnew li l-għajbien tal-industrija tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-attività tan-negozju tagħhom. Dawn il-fornituri argumentaw li l-effett ta' waqfien potenzjali tal-produzzjoni tal-MSG tal-Unjoni jkollu effett detrimentali fuq in-negozju globali tagħhom, peress li l-pjanti taz-zokkor ma jistgħux jevitaw li jipproduċu ċertu volum ta' ġulepp taz-zokkor u melassa, li l-industrija tal-Unjoni hija x-xerrej ewlieni tagħhom. Jekk iz-zokkor f'dawn il-forom jibqa' mhux mibjugħ, dan jaffettwa l-effiċjenza ġenerali tal-pjanta inkwistjoni. |
(173) |
Dawn l-argumenti, madankollu, ma kinux appoġġati minn xi evidenza u għalhekk ġew miċħuda. |
5. Argumenti oħrajn
(174) |
Parti interessata ddikjarat li l-effetti tal-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv mal-effetti tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja. |
(175) |
L-impatt taż-żewġ miżuri fuq l-utenti ġie analizzat fil-kuntest ta' disponibilità ta' sorsi alternattivi ta' provvista. Din l-analiżi wriet li għadd ta' pajjiżi terzi fil-fatt kellhom il-potenzjal li jesportaw il-MSG lejn l-Unjoni. Dawn il-pajjiżi terzi kienu fil-fatt preżenti fis-suq tal-Unjoni qabel l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Indoneżjani daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet akbar. |
6. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(176) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra ċ-Ċina. |
H. MIŻURI ANTIDUMPING
(177) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu l-kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq. |
(178) |
B'hekk huwa ċar minn dan imsemmi hawn fuq li, kif stipulat mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw miċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1187/2008, għandhom jinżammu. |
(179) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla fl-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(180) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma wassalx opinjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li bħalissa huma kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (Kodiċi TARIC 2922420010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni nett, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:
Kumpanija |
Rata ta' dazju AD (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Hebei Meihua MSG Group Co. Ltd, u Tongliao Meihua Bio-Tech Co. Ltd |
33,8 |
A883 |
Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd |
36,5 |
A884 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
39,7 |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 tas-27 ta' Novembru 2008 li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1).
(4) ĠU C 349, 29.11.2013, p. 14.
(5) Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU C 349, 29.11.2013, p. 5).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2014 tal-20 ta' Awwissu 2014 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 246, 21.8.2014, p. 1).
(7) Ikkoinċida mas-snin finanzjarji — April sa Marzu — tal-produttur uniku tal-Unjoni (SF2010/2011, SF2011/2012, SF2012/2013, PI).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2008.
(9) ĠU C 349, 29.11.2013, p. 5.
(10) Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (Ftehim Antidumping).
(11) Prezz medju ma jinkludix dazji antidumping fis-seħħ.
Sors: L-Eurostat
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014.
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta' użu ta' fosfati u komposti ta' fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 16).