EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0474

2014/474/UE: Deċiżjoni Nru 43/2014 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tal- 15 ta' April 2014 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

ĠU L 212, 18.7.2014, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/474/oj

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/45


DEĊIŻJONI Nru 43/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

tal-15 ta' April 2014

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

(2014/474/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A jiżdiedu mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

L-ambitu speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikati fid-Dokument mehmuż A, ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma.

F'isem L-Istati Uniti tal-Amerika

James SANFORD

Iffirmata f'Washington fit-23 ta' Ġunju 2014.

F'isem L-Unjoni Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK

Iffirmata fi Brussell fl-1 ta' Lulju 2014.


Hemża A

Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjuda mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

ALTER TECHNOLOGY TÜV NORD, S.A.U.

ATN EC

Emilia Santiago & Jorge Berkowitsch

C/la Majada, 3

28760 — Tres Cantos (Madrid)

SPANJA

M. DUDDE HOCHFREQUENZ-TECHNIK

Rottland 5a

51429 — Bergisch Gladbach

IL-ĠERMANJA


Top