EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0782

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji

ĠU L 212, 18.7.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/782/oj

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 782/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta' Lulju 2014 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4325.

(2)

It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4325 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

Sospiżi


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bosnja-Ħerzegovina

Sospiżi

09.4326

Is-Serbja

 

09.4327

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 


Miżuri tranżitorji “Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2013/2014

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2014 sas-7.7.2014

In-numru tas-serje

It-tip

Applikazzjonijiet ġodda

09.4367

Miżuri tranżitorji (Il-Kroazja)

Sospiżi

09.4380

Importazzjoni eċċezzjonali

 

09.4390

Zokkor industrijali

 


Top