EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0692R(01)

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom ( ĠU L 183, 24.6.2014 )

ĠU L 197, 4.7.2014, p. 87–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/692/corrigendum/2014-07-04/oj

4.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/87


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tal-24 ta' Ġunju 2014 )

Fil-Werrej, ir-raba' entrata, u f'paġna 9, it-Titolu:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom”,

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol”.

F'paġna 10, il-punt (b) tal-Artikolu 3:

minflok:

“(b)

oġġetti li joriġinaw mill-Krimea jew Sevastopol li jkunu saru disponibbli għall-awtoritajiet tal-Ukraina għal eżaminazzjoni, li għalihom tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet li jagħtu l-intitolament għal oriġini preferenzjali skont ir-Regolamenti (UE) Nru 978/2012 u (UE) Nru 374/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina.

aqra:

“(b)

oġġetti li joriġinaw mill-Krimea jew Sevastopol li jkunu saru disponibbli għall-awtoritajiet tal-Ukraina għal eżaminazzjoni, li għalihom tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet li jagħtu l-intitolament għal oriġini preferenzjali u li għalihom kien inħareġ ċertifikat tal-oriġini skont ir-Regolamenti (UE) Nru 978/2012 u (UE) Nru 374/2014 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina.



Top