EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0238

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/238/PESK tat- 28 ta’ April 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

ĠU L 126, 29.4.2014, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/238/oj

29.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/238/PESK

tat-28 ta’ April 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Dmitry Nikolayevich KOZAK

Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina

Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

2.

Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV

Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska

Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

3.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV

Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad

Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

4.

Sergei Ivanovich MENYAILO

Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR

Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol.

29.4.2014

5.

Olga Fedorovna KOVATIDI

Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina.

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

6.

Ludmila Ivanovna SHVETSOVA

Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR

Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

7.

Sergei Ivanovich NEVEROV

Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR

Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

8.

Igor Dmitrievich SERGUN

Imwieled fit-28.3.1957

Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina.

29.4.2014

9.

Valery Vasilevich GERASIMOV

Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan

Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

29.4.2014

10.

German PROKOPIV

 

Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”.

29.4.2014

11.

Valeriy BOLOTOV

 

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

12.

Andriy PURGIN

 

Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

29.4.2014

13.

Denys PUSHYLIN

Imwieled f'Makiivka

Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti.

29.4.2014

14.

Tsyplakov Sergey GENNADEVICH

 

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

15.

Igor STRELKOV (Ihor Strielkov)

 

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea.

29.4.2014


Top