This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0024
Council Regulation (EU) No 24/2014 of 10 January 2014 fixing for 2014 the fishing opportunities for certain fish stocks and groups of fish stocks in the Black Sea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal- 10 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed
ĠU L 9, 14.1.2014, pp. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
14.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 24/2014
tal-10 ta’ Jannar 2014
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġġġu adotatti miżuri ta’ konservazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-konsulenza xjentifika, teknika u ekonomika disponibbli inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu d-dmir li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew sajd, u wara li jiġu debitament ikkunsidrati l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(4) |
It-TACs għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni ta’ aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni mal-partijiet interessati. |
|
(5) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd, rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji msemmija fih. |
|
(7) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta’ Jannar 2014 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran; |
|
(b) |
“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif definita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2; |
|
(c) |
“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
|
(d) |
“qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
|
(e) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
TACs u allokazzjoni
It-TACs għall-bastimenti tal-UE, l-allokazzjoni ta’ tali TACs fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali
Il-ħut minn stokkijiet li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd huma stabbiliti b’dan ir-Regolament għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk:
|
(a) |
il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti ta’ Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew |
|
(b) |
il-qabdiet ikunu jikkonsistu f’sehem ta’ kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta’ kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Trażmissjoni tad-dejta
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 04 Vol 02 p. 317).
(4) Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS
TACS APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JIŻISTU TACS SKONT L-ISPEĊI U SKONT IŻ-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn hu xieraq.
L-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tabella ta’ ekwivalenza tal-ismijiet bil-Latin komuni mal-ismijiet tidher hawn taħt:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alpha-3 |
Isem Komuni |
|
Psetta maxima |
TUR |
Barbun imperjali |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
|
|||||||
|
Bulgarija |
43,2 |
|
||||||
|
Rumanija |
43,2 |
|||||||
|
Unjoni |
86,4 (1) |
|||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC analitiku Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
||||||
|
|
|||||||
|
Bulgarija |
8 032,5 |
|
||||||
|
Rumanija |
3 442,5 |
|||||||
|
Unjoni |
11 475 |
|||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC analitiku Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
||||||
(1) L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandu jkun permess mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2014.