Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0522

    2013/522/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    ĠU L 282, 24.10.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 282, 24.10.2013, p. 4–5 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/522/oj

    Related international agreement

    24.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Ottubru 2013

    dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    (2013/522/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/77/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ("il-Ftehim") ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

    (3)

    L-Artikolu 18 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li, skont l-Artikolu 18(5) tiegħu, għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa opportun li tiġi prevista proċedura simplifikata biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

    (4)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (5)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (6)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ("il-Ftehim") huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) li jkollha s-setgħa, li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 22(2) tal-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (2).

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri, tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu, skont l-Artikolu 18(5) tal-Ftehim, għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BERNATONIS


    (1)  ĠU L 37, 8.2.2013, p. 1.

    (2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top