Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0859

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2013 tal- 5 ta’ Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 238, 6.9.2013, p. 5–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/859/oj

    6.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 859/2013

    tal-5 ta’ Settembru 2013

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

    (2)

    Huma meħtieġa l-miżuri ta’ implimentazzjoni biex jiġi deċiż liema dejta għandha titressaq għat-tħejjija tal-istatistika fil-Modjul 1: “L-Intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u l-Modjul 2: L-individwi, l-unitajiet domestiċi u s-soċjetà tal-informazzjoni, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 fil-Modjul 1: “L-Intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u l-Modjul 2: “L-individwi, l-unitajiet domestiċi u s-soċjetà tal-informazzjoni”, għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


    ANNESS I

    MODJUL 1:   L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2014, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

    is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

    kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT,

    l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

    l-użu tat-teknoloġiji u l-aċċess għalihom li għandhom l-abbiltà li jaqbdu mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa),

    il-proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi,

    l-aċċess għall-Internet u teknoloġiji oħra tan-netwerks u l-użu tagħhom biex jiġu mqabbda oġġetti u apparat (l-Internet tal-Oġġetti),

    il-kummerċ elettroniku.

    (b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:

    Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    l-użu tal-kompjuter.

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    (fakultattiva) il-persuni impjegati jew perċentwal tat-total ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-għanijiet tal-kummerċ.

    Kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-ħtieġa għal kompetenzi fl-ICT

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-impjieg ta’ speċjalisti tal-ICT,

    l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT għall-ispeċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT għall-persuni impjegati oħra matul is-sena kalendarja preċedenti,

    ir-reklutaġġ, jew tentattiv li jiġu reklutati, speċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter u li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti tal-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

    karigi vojta ta’ speċjalisti tal-ICT li ma setgħux jimtlew fis-sena kalendarja preċedenti.

    L-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-aċċess għall-Internet.

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    il-persuni impjegati, jew perċentwal tal-għadd totali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters b’aċċess għall-Internet għall-użu tan-negozju,

    konnessjoni mal-Internet: DSL jew kwalunkwe tip ieħor ta’ konnessjoni fissa broadband,

    konnessjoni mal-Internet: veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet veloċi f’Mbit/s; ([0;< 2], [2;< 10], [10;< 30], [30;< 100], [> 100]),

    konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ apparat portabbli bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

    (fakultattiva) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ kompjuter li jista’ jinġarr bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

    (fakultattiva) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ apparat ieħor li jista’ jinġarr bħalma hu smartphone, bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

    konnessjoni mal-Internet: konnessjoni mobbli oħra li tuża n-netwerks tat-telefown ċellulari,

    il-persuni impjegati jew perċentwal tal-għadd totali tal-persuni impjegati li għandhom apparat portabbli li ngħatalhom mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni mal-Internet permezz tan-netwerks tat-telefown ċellulari, għall-użu tan-negozju,

    (fakultattiva) l-użu ta’ netwerks soċjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

    (fakultattiva) l-użu ta’ blogs jew mikroblogs, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

    (fakultattiva) l-użu ta’ websajts li jqassmu kontenut multimedjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

    (fakultattiva) l-użu ta’ għodod ta’ tqassim tal-għarfien fuq il-bażi ta’ wiki, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa,

    l-użu ta’ websajt.

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: deskrizzjoni tal-prodotti jew is-servizzi, listi tal-prezzijiet,

    il-provvista tal-faċilità li ġejja: il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn,

    (fakultattiva) provvista tal-faċilità li ġejja: il-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti jew is-servizzi onlajn,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: it-traċċar jew informazzjoni dwar l-istatus tal-ordnijiet li jkunu saru,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: kontenut ippersonalizzat fil-websajt għal viżitaturi regolari/rikorrenti,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: ħoloq jew referenzi għall-profili tal-intrapriża fil-mezzi soċjali,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza, is-siġill ta’ privatezza jew iċ-ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt,

    (fakultattiva) il-provvista tal-faċilità li ġejja: reklamar ta’ karigi vojta jew applikazzjoni għal xogħol onlajn,

    il-provvista tal-faċilità li ġejja: it-tressiq elettroniku tal-ilmenti.

    L-aċċess għal teknoloġiji li jiffaċilitaw il-konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien u f’kull ħin u l-użu tagħhom (konnettività universali)

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    (fakultattiva) il-provvista ta’ aċċess mill-bod għas-sistema tal-emejl, għad-dokumenti jew għall-applikazzjonijiet tal-intrapriża,

    (fakultattiva) l-użu ta’ reklami mħallsa fuq l-Internet

    l-użu ta’ servizzi tal-cloud computing, minbarra servizzi mingħajr ħlas.

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet u li jixtru s-servizzi tal-cloud computing:

    l-użu tal-emejl bħala servizz tal-cloud computing,

    l-użu tas-softwer tal-uffiċċju bħala servizz tal-cloud computing,

    l-ospitar tal-bażi tad-dejta tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing,

    il-ħżin ta’ fajls bħala servizz tal-cloud computing,

    l-użu tas-softwer tal-finanzi jew tal-kontabilità bħala servizz tal-cloud computing,

    l-użu ta’ Servizz tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti bħala servizz tal-cloud computing,

    l-użu tas-saħħa informatika għat-tmexxija tas-softwer tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing,

    l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers komuni tal-fornituri tas-servizzi,

    l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mibgħuta minn servers ta’ fornituri tas-servizzi, riżervati esklussivament għall-intrapriża,

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: riskju ta’ ksur ta’ sigurtà

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: problemi biex wieħed jaċċessa d-dejta jew is-softwer,

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: diffikultajiet biex wieħed iwaqqaf abbonament jew ibiddel il-fornitur tas-servizz (dan jinkludi tħassib dwar il-portabbiltà tad-dejta),

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: nuqqas ta’ ċertezza dwar fejn tinsab id-dejta,

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: nuqqas ta’ ċertezza dwar il-liġijiet, il-ġuriżdizzjoni, il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, applikabbli,

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: l-ispejjeż kbar biex wieħed jixtri s-servizzi tal-cloud computing,

    fatturi li jillimitaw l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: għarfien mhux suffiċjenti tal-cloud computing,

    (fakultattiv) il-grad safejn il-benefiċċji marbutin mat-tnaqqis ta’ spejjeż relatati mal-ICT ġew realizzati fuq l-iskala li ġejja: “sew”, “xi ftit jew wisq”, “ftit li xejn”, “xejn”,

    (fakultattiva) il-grad safejn il-benefiċċji marbutin mal-flessibbiltà ġġenerata minn żidiet jew tnaqqis tas-servizzi tal-cloud computing ġew realizzati, fuq l-iskala li ġejja: “sew”, “xi ftit jew wisq”, “ftit li xejn”, “xejn”,

    (fakultattiva) il-grad safejn il-benefiċċji marbutin mal-użu malajr u faċli ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud computing ġew realizzati, fuq l-iskala li ġejja: “sew”, “xi ftit jew wisq”, “ftit li xejn”, “xejn”.

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet u li ma jixtrux servizzi tal-cloud computing:

    (fakultattiva) fatturi li jipprevjenu l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: riskju ta’ ksur ta’ sigurtà,

    (fakultattiva) fatturi li jipprevjenu l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: nuqqas ta’ ċertezza dwar fejn tinsab id-dejta,

    (fakultattiva) fatturi li jipprevjenu l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: nuqqas ta’ ċertezza dwar il-liġijiet, il-ġuriżdizzjoni, il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, applikabbli,

    (fakultattiva) fatturi li jipprevjenu l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: l-ispejjeż kbar biex wieħed jixtri s-servizzi tal-cloud computing,

    (fakultattiva) fatturi li jipprevjenu l-użu tas-servizzi tal-cloud computing: għarfien mhux suffiċjenti tal-cloud computing,

    Proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    il-bgħit ta’ fatturi lil intrapriżi oħrajn jew lil awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi ta’ struttura standard li hija addattata għall-ipproċessar awtomatiku, lil intrapriżi oħra jew lil awtoritajiet pubbliċi, matul is-snin kalendarji preċedenti,

    il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu bħala fatturi elettroniċi f’forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, lil intrapriżi oħra jew lil awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    il-perċentwal tal-fatturi kollha li ntbagħtu biss bħala fatturi fuq il-karta, lil intrapriżi oħra jew lil awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturi elettroniċi ta’ struttura standard li hija addattata għall-ipproċessar awtomatiku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    il-perċentwal tal-fatturi kollha li waslu bħala fatturi jew fuq il-karta jew elettroniċi f’forma li mhijiex addattata għall-ipproċessar awtomatiku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

    l-użu ta’ pakket ta’ softwer tal-ERP (l-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex tinqasam l-informazzjoni bejn oqsma funzjonali differenti,

    l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermettilu li jaqbad, jaħżen u jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju, l-informazzjoni dwar il-klijenti tal-intrapriża,

    l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni,

    l-użu ta’ messaġġi tat-tip EDI (Skambju tad-Dejta Elettronika) biex jintbagħtu istruzzjonijiet dwar il-ħlas lil istituzzjonijiet finanzjarji,

    l-użu ta’ messaġġi tat-tip EDI (Skambju tad-Dejta Elettronika) biex tintbagħat jew tasal lil/mingħand awtoritajiet pubbliċi,

    l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni ta’ Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista (SCM) ma’ fornituri jew ma’ klijenti biex jiġu kkoordinati d-disponibbiltà u t-twassil ta’ prodotti jew servizzi lill-konsumatur finali, mingħajr il-bżonn li l-informazzjoni tiddaħħal manwalment.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu l-informazzjoni ta’ Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista b’mod elettroniku:

    l-iskambju ta’ informazzjoni b’mod elettroniku ta’ Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista mal-fornituri jew mal-konsumaturi permezz ta’ websajts (il-websajt tal-intrapriża, il-websajt tas-sieħba tan-negozju jew il-portali tal-web),

    il-qsim elettroniku ta’ informazzjoni ta’ Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni li tkun addattata għall-ipproċessar awtomatiku.

    L-aċċess għall-Internet u netwerks teknoloġiċi oħra u l-użu tagħhom biex jiġu mqabbda oġġetti u apparati (l-Internet tal-Oġġetti)

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    l-użu tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) għall-identifikazzjoni ta’ persuni jew għall-kontroll tal-aċċess,

    l-użu tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) bħala parti minn proċess ta’ twassil ta’ produzzjoni u servizz,

    użu tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) għall-identifikazzjoni ta’ prodotti wara l-proċess tal-produzzjoni.

    Il-kummerċ elettroniku

    Karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi li jkunu saru permezz ta’ websajts (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti,

    il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-ordnijiet li saru għal prodotti jew servizzi permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ websajts matul is-sena kalendarja preċedenti:

    l-użu ta’ sistemi ta’ ħlas onlajn għal bejgħ permezz ta’ websajt, jiġifieri ħlas integrat mat-transazzjoni tal-ordni,

    l-użu ta’ sistemi ta’ ħlas offlajn għal bejgħ permezz ta’ websajt, jiġifieri ħlas mhux integrat mat-transazzjoni tal-ordni,

    il-valur jew il-perċentwal tal-fatturat totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li saru bil-websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    perċentwal tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil konsumaturi privati (B2C) li jirriżulta minn ordnijiet li saru permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    il-perċentwal tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil intrapriżi oħra (B2B) u bejgħ kummerċjali elettroniku lil awtoritajiet pubbliċi (B2G) li jirriżulta minn ordnijiet li saru permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI:

    il-valur jew il-perċentwal tad-dħul totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li waslu permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li għamlu ordnijiet permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI:

    (fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

    (fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-ordnijiet li saru għal prodotti jew servizzi sa valur ta’ mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri, matul is-sena kalendarja preċedenti.

    (c)   Il-karatteristiki li ġejjin dwar l-isfond tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti,

    l-għadd medju ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti.

    dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti.

    2.   KOPERTURA

    Il-karatteristiki speċifikati fl-intestaturi 1(b) sa (c) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta’ intrapriżi li ġejjin u bl-ambitu ġeografiku li ġej.

    (a)

    Attività ekonomika: intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

    Kategorija NACE

    Id-deskrizzjoni

    Taqsima C

    “Manifattura”

    Taqsima D, E

    “Elettriku, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta’ dranaġġ u ta’ skart”

    Taqsima F

    “Kostruzzjoni”

    Taqsima G

    “Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ muturi”

    Taqsima H

    “Trasport u ħażna”

    Taqsima I

    “Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel”

    Taqsima J

    “Informazzjoni u komunikazzjoni”

    Taqsima L

    “Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli”

    Diviżjonijiet 69-74

    “Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

    Taqsima N

    “Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn”

    Grupp 95.1

    “Tiswija ta’ kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”

    (b)

    Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b’inqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod fakultattiv.

    (c)

    L-ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

    3.   PERJODI TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2013 għall-karatteristiki li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2014 għall-karatteristiki l-oħra.

    4.   TQASSIM

    Għas-suġġetti u l-karatteristiki tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw il-karatteristiki ta’ sfond li ġejjin.

    (a)

    Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:

    Aggregazzjoni NACE Rev. 2

    għall-kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

    10-18

    19-23

    24-25

    26-33

    35-39

    41-43

    45-47

    49-53

    55

    58-63

    68

    69-74

    77-82

    26.1-26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62, 63.1, 95.1

    Aggregazzjoni NACE Rev. 2

    għall-kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

    10-12

    13-15

    16-18

    26

    27-28

    29-30

    31-33

    45

    46

    47

    55-56

    58-60

    61

    62-63

    77-78 + 80-82

    79

    95.1

    (b)

    Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-dejta għandha tkun maqsuma skont il-klassifikazzjonijiet tad-daqs li ġejjin skont l-għadd ta’ persuni impjegati:

    Klassifikazzjoni tad-daqs

    10 persuni impjegati jew aktar

    minn 10 sa 49 persuna impjegata

    minn 50 sa 249 persuna impjegata

    250 persuni impjegati jew aktar

    Fejn ikun kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għal intrapriżi li għandhom inqas minn 10 persuni impjegati. (Sakemm il-forniment tal-karatteristiki għall-klassifikazzjonijiet tad-daqs “B’inqas minn 5 persuni impjegati” u “b’minn 5 sa 9 persuni impjegati” ikun fakultattiv.)

    Klassifikazzjoni tad-daqs

    Inqas minn 10 persuni impjegati

    Inqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiva)

    minn 5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiva)

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-dejta għandha tingħata darba għas-sena 2014.

    6.   DATI TA’ SKADENZA

    (a)

    Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, trid tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2014. Sa dakinhar, il-ġabra tas-sett tad-dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata.

    (b)

    Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2014.

    (c)

    Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2014.

    (d)

    Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat permezz ta’ servizzi ta’ Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


    ANNESS II

    MODJUL 2:   INDIVIDWI, FAMILJI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIKI TAGĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2014, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

    l-aċċess għall-ICTs u l-użu tagħhom minn individwi u/jew unitajiet domestiċi,

    l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew unitajiet domestiċi,

    kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

    ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

    l-użu tal-ICT minn individwi biex jiskambjaw l-informazzjoni u s-servizzi ma’ amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

    l-aċċess għat-teknoloġiji u l-użu tagħhom li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma’ netwerks oħra minn kullimkien u f’kull ħin (konnettività universali)

    (b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiki li ġejjin:

    Aċċess għal-ICT u l-użu tiegħu minn individwi u/jew minn unitajiet domestiċi

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-unitajiet domestiċi kollha:

    l-aċċess għall-Internet mid-dar (b’kwalunkwe apparat).

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-unitajiet domestiċi li għandhom aċċess għall-Internet:

    kompjuter desktop għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    kompjuter portabbli (laptop, netbook, tablet) għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    apparati portabbli oħra (telefown ċellulari jew smartphone, media player jew games player, apparat għall-qari ta’ kotba elettroniċi) għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    Televixin konness mal-Internet (Smart TV), konsol tal-logħob vidjo għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    konsol tal-logħob vidjo għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    apparati mhux magħrufin għall-aċċess tal-Internet mid-dar,

    tip ta’ konnessjoni broadband li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni broadband fissa, pereżempju DSL, ADSL, VDSL, kejbil, kejbil fibrottiku, satellita, konnessjonijiet WiFi pubbliċi,

    tip ta’ konnessjoni broadband li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni broadband portabbli (permezz ta’ netwerk tat-telefown ċellulari, mill-inqas 3G, pereżempju UMTS bl-użu ta’ (SIM) card, jew USB key, telefown ċellulari jew smartphone li jintużaw bħala modem),

    (fakultattiva) it-tip ta’ konnessjoni li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet bil-linja normali tat-telefown billi jċempel jew permezz ta’ ISDN,

    (fakultattiva) it-tip ta’ konnessjoni li tintuża għall-aċċess tal-Internet mid-dar: konnessjoni narrowband ċellulari (inqas minn 3G, eż. 2G+/GPRS, użat minn telefown ċellulari jew smartphone, jew modem f’laptop).

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża kompjuter).

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    il-frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

    L-użu tal-Internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-aktar użu reċenti tal-Internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-Internet).

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

    l-aktar attività ta’ kummerċ bl-Internet reċenti għall-użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma xtraw jew ordnaw xejn fuq l-Internet)

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    il-frekwenza medja ta’ użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

    użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-emejls,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-Internet, telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet (bl-użu ta’ applikazzjonijiet),

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-parteċipazzjoni f’netwerks soċjali (ħolqien ta’ profil tal-utent, impustar ta’ messaġġi jew xi kontribuzzjoni oħra),

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed isib l-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju fuq il-web,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjos, mużika, softwer eċċ.) għal kwalunkwe websajt biex jitqassam,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-ħolqien ta’ websajts jew blogs,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-iffissar ta’ appuntament mat-tabib permezz ta’ websajt (eż. ta’ sptar jew ta’ ċentru tal-kura tas-saħħa),

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar jew mal-akkomodazzjoni konnessa mal-ivvjaġġar,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ rkantijiet,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ servizzi bankarji fuq l-Internet,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed iżomm id-dokumenti, ir-ritratti, il-mużika, il-vidjos jew fajls oħrajn,

    l-użu tal-emejls bil-fajls mehmużin magħhom f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għall-qsim elettroniku ta’ dokumenti, ritratti jew fajls oħrajn,

    l-użu tas-siti web (eż blogs) jew siti ta’ netwerking soċjali f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għat-tqassim elettroniku ta’ dokumenti, ritratti jew fajls oħrajn,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet, jew ta’ servizzi ta’ tqassim elettroniku ta’ dokumenti, ritratti jew fajls oħrajn għal għanijiet privati, f’dawn l-aħħar tliet xhur,

    l-użu ta’ mezzi oħrajn minbarra l-web eż USB stick, DVD, Bluetooth, f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għat-tqassim elettroniku ta’ dokumenti, ritratti jew fajls oħrajn,

    ma tqassmux fajls b’mod elettroniku għal għanijiet privati f’dawn l-aħħar tliet xhur,

    l-użu ta’ softwer minn fuq l-Internet għall-editjar ta’ dokumenti b’format ta’ test, spreadsheets jew preżentazzjonijiet,

    (fakultattiva) l-użu ta’ softwer minn fuq l-Internet għall-editjar ta’ ritratti jew vidjos,

    (fakultattiva) l-użu ta’ servizzi minn fuq l-internett għad-daqq tal-fajls tal-mużika jew biex jintwerew fajls tal-vidjo li jkunu mtellgħin jew maħżunin fil-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet.

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex jilagħbu jew iniżżlu l-logħob, ir-ritratti, il-films jew il-mużika:

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab logħob permezz ta’ netwerk ma’ persuni oħrajn.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-individwi li użaw il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet fl-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls:

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ testi, spreadsheets jew preżentazzjonijiet elettroniċi,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ ritratti,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ kotba jew rivisti elettroniċi,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ mużika,

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ vidjos (inklużi films u programmi tat-televixin),

    l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls ta’ tip ieħor,

    ħlas ta’ faċilità ta’ ħżin tal-Internet għal servizzi ta’ tqassim ta’ fajls,

    l-ebda ħlas ta’ faċilità ta’ ħżin tal-Internet għal servizzi ta’ tqassim ta’ fajls,

    ir-raġuni għaliex wieħed ikun uża l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls: il-possibbiltà li wieħed juża fajls minn bosta apparati jew postijiet,

    ir-raġuni għaliex wieħed ikun uża l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls: il-possibbiltà li wieħed juża aktar spazju għall-memorja,

    ir-raġuni għaliex wieħed ikun uża l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls: protezzjoni kontra t-telf tad-dejta,

    ir-raġuni għaliex wieħed ikun uża l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls: il-possibbiltà li wieħed faċilment ikun jista’ jaqsam il-fajls ma’ persuni oħra,

    ir-raġuni għaliex wieħed ikun uża l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls: l-aċċess għal libreriji kbar tal-mużika, tal-programmi tat-televixin jew tal-films,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: nuqqas ta’ veloċità fl-aċċess jew fl-użu,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: nuqqas ta’ kumpatibbiltà bejn l-apparati jew il-formati tal-fajls diversi,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: problemi tekniċi tas-server, eż nuqqas ta’ servizz,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: problemi jew ksur ta’ sigurtà li jwasslu għal żvelar ta’ dejta lil partijiet terzi,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: użu mhux awtorizzat ta’ informazzjoni personali mill-fornitur tas-servizz,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: termini u kundizzjonijiet tal-fornitur tas-servizz li jkunu ambigwi jew diffiċli biex wieħed jifhimhom,

    problema li nqalgħet waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet: diffikultà biex wieħed iressaq il-fajls mingħand fornitur tas-servizz għal għand ieħor,

    ma nqalgħet ebda problema waqt li wieħed kien qed juża l-faċilitàjiet ta’ ħżin jew is-servizzi ta’ tqassim ta’ fajls tal-Internet:

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-individwi li użaw l-Internet iżda li ma użawx il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet fl-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għall-ħżin jew għat-tqassim ta’ fajls:

    individwi li jafu dwar l-eżistenza ta’ servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet,

    individwi li ma jafux dwar l-eżistenza ta’ servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet,

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-individwi li użaw l-Internet iżda li ma użawx il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-Internet fl-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati, u li kienu jafu li dawn is-servizzi jeżistu:

    ir-raġuni għaliex wieħed ma jkunx uża s-servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet: issejvja l-fajls fl-apparati tiegħu stess, f’kont tal-emejl, jew ftit li xejn/qatt ma jissejvja fajls,

    ir-raġuni għaliex wieħed ma jkunx uża s-servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet: qassam il-fajls b’mezzi oħra (emejl, midja soċjali, USB stick) jew qatt ma jqassam fajls ma’ nies oħra,

    ir-raġuni għaliex wieħed ma jkunx uża s-servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet: nuqqas ta’ għarfien dwar kif jintużaw dawn il-faċilitajiet ta’ ħżin,

    ir-raġuni għaliex wieħed ma jkunx uża s-servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet: tħassib dwar is-sigurtà jew il-privatezza,

    ir-raġuni għaliex wieħed ma jkunx uża s-servizzi li joffru faċilità ta’ ħżin fuq l-Internet: tħassib dwar l-affidabbiltà tal-fornituri tas-servizzi.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex jiġu ordnati servizzi tat-telekomunikazzjoni (eż. televixin, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b’linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel) f’dawn l-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet għax-xiri ta’ ishma, poloz tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jibbukkja l-akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.) f’dawn l-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar 12-il xahar,

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapurtat separatament: jekk humiex ikkunsinjati onlajn),

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi kotba elettroniċi) fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrappurtat separatament mal-materjal ta’ tagħlim elettroniku: jekk humiex ikkunsinjati onlajn),

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrappurtat separatament mal-kotba, mar-rivisti jew mal-gazzetti: jekk humiex ikkunsinjati onlajn),

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-logħob tal-kompjuter u aġġornamenti ta’ softwer f’dawn l-aħħar 12-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament: jekk humiex ikkunsinjati onlajn),

    l-użu tal-Internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar 12-il xahar,

    prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa nazzjonali,

    prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE,

    prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar mingħand bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

    prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf.

    il-metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar: l-għoti ta’ dettalji tal-kards ta’ kreditu jew ta’ debitu bl-Internet,

    il-metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar: l-għoti bl-Internet ta’ dettalji ta’ kard imħallsa minn qabel jew ta’ kont imħallas minn qabel,

    il-metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar: trasferiment bankarju b’mod elettroniku permezz tal-ibbankjar bl-Internet,

    il-metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-Internet għall-użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar: pagament mhux permezz tal-Internet (bi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju ordinarju, eċċ.),

    Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw il-kompjuter:

    ħiliet bil-kompjuter ta’ kkuppjar jew ċaqliq ta’ fajl jew fowlder,

    ħiliet bil-kompjuter għall-użu tal-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar jew ċaqliq ta’ informazzjoni f’dokument,

    ħiliet bil-kompjuter għall-użu ta’ formoli ta’ aritmetika bażiċi f’spreadsheet,

    ħiliet bil-kompjuter għall-ikkompressar (jew iżżippjar) ta’ fajls,

    ħiliet bil-kompjuter għall-konnessjoni jew għall-installazzjoni ta’ strumenti ġodda, eż. modem,

    ħiliet ta’ kitba ta’ programmi tal-kompjuter bl-użu ta’ lingwa speċjalizzata tal-ipprogrammar,

    ħiliet bil-kompjuter ta’ trasferiment ta’ fajls bejn kompjuter u apparat ieħor (minn kamera diġitali jew minn/lejn mowbajl, mp3/mp4 player),

    (fakultattiva) ħiliet bil-kompjuter fl-immodifikar jew fil-verifika tal-parametri tal-konfigurazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-softwer (għajr il-brawżers tal-Internet),

    ħiliet bil-kompjuter għall-ħolqien ta’ preżentazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ softwer tal-preżentazzjonijiet (eż. slajds) inklużi pereżempju immaġni, ħoss, filmati jew tabelli,

    ħiliet bil-kompjuter fl-istallar ta’ sistema tal-operat ġdida jew il-bdil ta’ waħda qadima.

    Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għal familji mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn xi mkien ieħor,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, abbonament tad-DSL, eċċ.),

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-Internet bil-broadband mhux disponibbli fiż-żona tagħna,

    ir-raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: oħrajn.

    L-użu tal-ICT minn individwi biex jiskambjaw l-informazzjoni u s-servizzi ma’ amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ servizzi pubbliċi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ servizzi pubbliċi,

    l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal għanijiet privati biex jintbagħtu formoli mimlija lil awtoritajiet pubbliċi jew lil servizzi pubbliċi,

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru dwar individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi għal għanijiet privati f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

    ir-raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi: ma kellhomx għalfejn jibagħtu formola uffiċjali.

    Il-karatteristiki li għandhom jinġabru għal individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi għal għanijiet privati f’dawn l-aħħar 12-il xhar, u li ma tawx bħala raġuni għal dan li ma kellhomx jibagħtu formoli uffiċjali:

    ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: ma kien hemm ebda servizz ta’ websajt ta’ dan it-tip disponibbli,

    ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: in-nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq),

    ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali,

    (fakultattiva) ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: nuqqas ta’ firem elettroniċi jew ID/ċertifikati elettroniċi (meħtieġa għall-awtentifikazzjoni/użu tas-servizz),

    ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: ħadli ħsieb ħaddieħor (eż. konsulent, konsulent fiskali, qraba jew membri tal-familja),

    ir-raġuni għaliex ma bgħatux formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-Internet: oħrajn.

    L-aċċess għal teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien u f’kull ħin (konnettività universali), u l-użu ta’ dawn

    Il-karatteristiki li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    l-użu ta’ apparat ċellulari (jew smartphone) biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol,

    l-użu ta’ apparat ċellulari (jew smartphone) permezz ta’ netwerk ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol,

    l-użu ta’ apparat ċellulari (jew smartphone) biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol permezz ta’ netwerk mingħajr fil (eż l-WiFi),

    l-użu ta’ kompjuter portabbli (eż laptop) biex jinkiseb aċċess għall-Internet barra mid-dar jew mix-xogħol,

    l-użu ta’ kompjuter portabbli (eż laptop, tablet) permezz ta’ netwerk ċellulari, bl-użu ta’ USB key jew (SIM) kard jew telefown ċellulari jew smartphone bħala modem, għall-aċċess tal-Internet barra mid-dar jew mix-xogħol,

    l-użu ta’ komputer portabbli (eż laptop, tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet permezz ta’ netwerk mingħajr fil (eż WiFi) barra mid-dar jew mix-xogħol,

    l-użu ta’ apparati oħra biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol,

    l-ebda użu ta’ apparati ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol.

    2.   KOPERTURA

    (a)

    L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw unitajiet domestiċi li huma: unitajiet domestiċi fejn hemm mill-inqas membru wieħed li għandu bejn is-16 u l-74 sena.

    (b)

    L-unitajiet statistiċigħall-karatteristiki elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li: għandhom bejn is-16 u l-74 sena.

    (c)

    L-ambitu ġeografiku fih unitajiet domestiċi u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

    3.   PERJODU TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2014.

    4.   KARATTERISTIKI TAL-ISFOND SOĊJOEKONOMIKU

    (a)

    Għas-suġġetti u l-karatteristiki tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-unitajiet domestiċi, għandom jinġabru l-karatteristiki kuntestwali li ġejjin:

    ir-reġjun ta’ residenza (skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

    (fakultattiva) ir-reġjun ta’ residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

    pożizzjoni ġeografika: għajxien f’reġjuni inqas żviluppati; għajxien f’reġjuni ta’ transizzjoni; għajxien f’reġjuni aktar żviluppati;

    il-grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

    tip ta’ unità domestika: għadd ta’ membri fil-familja; (fakultattiva) għadd ta’ persuni b’età ta’ bejn is-16 u l-24 sena; (fakultattiva) għadd ta’ studenti b’età ta’ bejn is-16 sal-24 sena; (fakultattiva) għadd ta’ persuni b’età ta’ bejn il-25 sal-64 sena; (fakultattiva) għadd ta’ persuni b’età ta’ 65 sena jew iżjed (iridu jinġabru separatament: għadd ta’ tfal ta’ taħt is-16-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal b’età bejn l-14 u l-15-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal bl-età ta’ bejn il-5 snin u t-13-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal b’età ta’ 4 snin jew inqas),

    (fakultattiva) dħul nett fix-xahar tal-unità domestika (għandu jinġabar bħala valur jew bħala faxex kompatibbli mad-dħul kwartili),

    (fakultattiva) dħul nett totali fix-xahar għall-unità domestika ekwivalizzat, trażmess fi kwintili.

    (b)

    Għas-suġġetti u l-karatteristiki tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiki kuntestwali li ġejjin:

    is-sess: maskili; femminili,

    il-pajjiż tat-twelid: nattiv tal-post; imwieled barra: imwieled fi Stat Membru ieħor tal-UE; imwieled barra: imwieled f’pajjiż mhux fl-UE,

    pajjiż taċ-ċittadinanza: ċittadin; mhux ċittadin: ċittadin ta’ xi Stat Membru ieħor tal-UE; mhux ċittadin: ċittadin ta’ pajjiż mhux fl-UE,

    (fakultattiva) stat ta’ żwieġ legali: mhux miżżewweġ/miżżewġa; miżżewweġ/miżżewġa (inkluża l-konvivenza reġistrata); armel/armla u mhux miżżewweġ/mizzewġa mill-ġdid (inkluż armel/armla minn konvivenza reġistrata); iddivorzjat u mhux miżżewweġ mill-ġdid (inklużi l-konvivenzi reġistrati dissolti u s-separazzjonijiet legali),

    (fakultattiva) stat ta’ żwieġ de facto: persuna li tgħix f’unjoni konsenswali (l-imsieħba mhumiex miżżewġin lil xulxin); il-persuna ma tgħixx f’unjoni konsenswali

    età, fi snin magħluqa; (fakultattiva) taħt is-16-il sena u/jew aktar minn 74 sena,

    il-livell tal-edukazzjoni (l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum) skont il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 2011): l-ogħla livell ta’ edukazzjoni sas-sekondarja bikrija (ISCED 0, 1 jew 2); edukazzjoni sekondarja għolja u postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 3 jew 4); edukazzjoni terzjarja (ISCED 5, 6, 7 jew 8); edukazzjoni inqas minn dik primarja (ISCED 0); edukazzjoni primarja (ISCED 1); edukazzjoni sekondarja bikrija (ISCED 2); edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3); edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 4); edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (ISCED 5); baċellerat jew l-ekwivalenti (ISCED 6); master’s jew l-ekwivalenti (ISCED 7); dottorat jew l-ekwivalenti (ISCED 8);

    sitwazzjoni tal-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu (inklużi ħaddiema tal-familja) (fakultattiva: impjegat jew jaħdem għal rasu full-time, impjegat jew jaħdem għal rasu part-time, impjegat b’xogħol permanenti jew b’xogħol għal żmien mhux limitat; impjegat b’impjieg temporanju jew b’kuntratt b’dewmien limitat; impjegat għal rasu, inklużi ħaddiema tal-familja),

    (fakultattiva) settur ekonomiku ta’ impjieg:

    It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

    Deskrizzjoni

    A

    Agrikoltura, forestrija u sajd

    B, C, D u E

    Il-manifattura, ix-xogħol fil-minjieri u fil-barrieri, u industrija oħra

    F

    Kostruzzjoni

    G, H u I

    In-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u attivitajiet tas-servizz marbuta mal-ikel

    J

    Informazzjoni u komunikazzjoni

    K

    Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

    L

    Attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli

    M u N

    Servizzi kummerċjali

    O, P, u Q

    Attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika, mad-difiża, mal-edukazzjoni, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

    R, S, T u U

    Servizzi oħra

    sitwazzjoni tal-impjieg: qiegħed/qiegħda; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol (fakultattiva għal oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol: irtirati jew b’irtirar kmieni jew telqu n-negozju; diżabbli b’mod permanenti; f’servizz komunitarju jew militari obbligatorju; xogħol tad-dar; persuna inattiva oħra),

    impjieg skont il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-08): ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali; ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali; ħaddiema tal-ICT, ħaddiema mhux tal-ICT; (fakultattiva) l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 ikkodifikati fil-livell ta’ 2 ċifri.

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-dejta għandha tingħata darba għas-sena 2014.

    6.   SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI

    (a)

    Id-dokumentazzjoni tad-dejta individwali, li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness II(6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2014. Sa dakinhar, il-ġabra tas-sett tad-dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata.

    (b)

    Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2014.

    (c)

    Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2014.

    (d)

    Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat skont l-istandard ta’ skambju speċifikat mill-Eurostat permezz ta’ servizzi ta’ Punt tad-Dħul Uniku. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura standard tal-metadejta ddefinita mill-Eurostat.


    Top