Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0020

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 144, 30.5.2013, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/20(2)/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 20/2013

    tal-1 ta’ Frar 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2012/226/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 42ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE) fl-Anness XIII mal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:

    32012 D 0226: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    It-tabelli stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiġu supplimentati kif ġej:

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.1:

    Pajjiż

    NRV 1.1 (× 10–9) (*)

    NRV 1.2 (× 10–9) (**)

    In-Norveġja (NO)

    2,84

    0,033

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.2:

    Pajjiż

    NRV 2 (× 10–9) (*)

    In-Norveġja (NO)

    2,82

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.3:

    Pajjiż

    NRV 3.1 (× 10–9) (*)

    NRV 3.2 (**)

    In-Norveġja (NO)

    21,7

    m.a.

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.4:

    Pajjiż

    NRV 4 (× 10–9) (*)

    In-Norveġja (NO)

    14,20

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.5:

    Pajjiż

    NRV 5 (× 10–9) (*)

    In-Norveġja (NO)

    91,8

    Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.6:

    Pajjiż

    NRV 6 (× 10–9) (*)

    In-Norveġja (NO)

    50,9

    (b)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-infrastruttura ferrovjarja eżistenti fit-territorju tal-Liechtenstein.”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2012/226/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27.

    (2)  ĠU L 189, 22.7.2010, p. 19.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top