Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0016

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 144, 30.5.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/16(2)/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 16/2013

    tal-1 ta’ Frar 2013

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentzzjoni tal-Kummissjoni 2012/194/UE tal-11 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati (1) tagħhom trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied fil-punt 23c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendant minn:

    32012 D 0194: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/194/UE tal-11 ta’ April 2012 (ĠU L 103, 13.4.2012, p. 49).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/194/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 49.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


    Top