Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0013

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 144, 30.5.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/13(2)/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 13/2013

    tal-1 ta’ Frar 2013

    li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Direttiva 2008/92/KE tħassar id-Direttiva 90/377/KEE (2) tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Annessi IV u XXI tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:

    32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9) (3).

    Artikolu 2

    It-test tal-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:

    32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Il-Liechtenstein għandu jkun eżentat mill-obbligi previsti f’din id-Direttiva, ħlief għall-obbligu li jipprovdi d-dejta dwar il-prezz industrijali għall-kategorija tal-konsumaturi industrijali IC fir-rigward tal-elettriku u għall-kategorija tal-konsumaturi industrijali I3 fir-rigward tal-gass. Din id-dejta (bi 3 livelli ta’ prezzijiet: prezzijiet bl-eċċezzjoni ta’ taxxi u dazji; prezzijiet bl-eċċezzjoni tal-VAT u taxxi oħra rikoverabbli; prezzijiet inklużi t-taxxi, dazji u VAT kollha) tiġi provduta kull sitt xhur fi żmien xahrejn wara l-perjodu ta’ referenza bl-użu ta’ kwestjonarji adattati provduti mill-Eurostat.”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva 2008/92/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9.

    (2)  ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16.

    (*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


    Top