Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0007

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 144, 30.5.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/7(2)/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 7/2013

    tal-1 ta’ Frar 2013

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/19/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE li tirrigwarda l-interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32009 L 0019: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/19/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 17).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2009/19/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 70, 14.3.2009, p. 17.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top