This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0260
Council Implementing Regulation (EU) No 260/2013 of 18 March 2013 extending the definitive anti-dumping duty imposed by Regulation (EC) No 1458/2007 on imports of gas-fuelled, non-refillable pocket flint lighters originating in the People’s Republic of China to imports of gas-fuelled, non-refillable pocket flint lighters consigned from the Socialist Republic of Vietnam, whether declared as originating in the Socialist Republic of Vietnam or not
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013 tat- 18 ta’ Marzu 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013 tat- 18 ta’ Marzu 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le
ĠU L 82, 22.3.2013, p. 10–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
22.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 260/2013
tat-18 ta’ Marzu 2013
li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. D. PROĊEDURA
1.1. Sfond
(1) |
Fl-1991, il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 (2), impona dazju tal-anti-dumping definittiv ta’ 16,9 % fuq importazzjonijiet ta’ lajters żgħar tal-gass u ż-żnied li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) (il-prodott investigat). |
(2) |
Fl-1995, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95 (3), id-dazju oriġinali ad valorem kien mibdul b’dazju speċifiku ta’ ECU 0,065 għal kull lajter. |
(3) |
Wara investigazzjoni, magħmula skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”), il-miżuri fuq imsemmija ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/1999 (4) għal (1) importazzjoni ta’ lajters żgħar tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkonsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan u (2) importazzjoni ta’ ċerti lajters li jimtlew li joriġinaw miċ-Ċina u konsinnati minn jew mit-Tajwan b’valur ta’ dazju mhux imħallas u b’xejn bejn il-fruntieri tal-Komunità, ta’ anqas minn EUR 0,15 kull biċċa. |
(4) |
Fl-2001 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 (5), il-Kunsill ikkonferma d-dazji definittivi tal-anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 (“miżuri eżistenti”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(5) |
F’Settembru 2007, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 (6), ikkonferma d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 1824/2001 skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Dawn il-miżuri minn issa ‘l quddiem se jissejħu ‘il-miżuri oriġinali’ u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa ‘l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
(6) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2012 (7), il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza tal-miżuri ta’ anti-dunping. |
(7) |
Bl-iskadenza tal-miżuri fit-13 ta’ Diċembru 2012, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2012 (8), ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkunsinjati mill-Vjetnam, kemm jekk iddikkjarati li joriġinaw mill-Vjetnam u kemm jekk le twaqqfet mill-istess data (ara wkoll il-premessa 14). |
1.2. It-talba
(8) |
Fis-17 ta’ April 2012 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku (it-talba) biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-RPĊ u biex l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (il-Vjetnam), sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
(9) |
It-talba saret minn Société BIC, produttur tal-Unjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew. |
(10) |
It-talba kien fija evidenza prima facie suffiċjenti li l-miżuri oriġinali kienu qed ikunu evitati permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fil-Vjetnam. |
(11) |
It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li, wara li ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ u l-Malasja lejn l-Unjoni, li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ allegatament ħarġet mill-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ lajters fil-Vjetnam bl-użu ta’ partijiet li joriġinaw fir-RPĊ. |
(12) |
Barra minn hekk, l-evidenza prima facie enfasizzat il-fatt li l-effetti rimedjali tal-mizuri oriġinali kienu qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet partikolarment li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Vjetnam saret bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
(13) |
Finalment, kien hemm ukoll evidenza prima facie suffiċjenti li l-prezzijiet tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mill-Vjetnam kienu ddampjati meta mqabbla mal-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali. |
1.3. Bidu
(14) |
Hekk kif iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm bizzejjed evidenza prima facie għall-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament baziku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (UE) Nru 548/2012 (9) (“ir-Regolament ta’ tnedija”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, bir-Regolament ta’ tnedija, tat ukoll direttiva lill-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mill-Vjetnam, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam kif ukoll jekk le. |
1.4. Investigazzjoni
(15) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tal-Malasja, lill-produtturi esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati u lil Société BIC (l-applikant), produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta iktar minn 75 % tal-produzzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew fl-Unjoni Ewropea, dwar it-tnedija tal-investigazzjoni. |
(16) |
Intbagħtu kwestjonarji lil 70 produttur esportatur fir-RPĊ u 15-il produttur esportatur fil-Vjetnam magħrufa mal-Kummissjoni mit-talba. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lil 59 importatur fl-Unjoni msemmija fit-talba. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ tnedija. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’ koperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
(17) |
Tmienja mill-15-il produttur esportatur magħrufa fil-Vjetnam avviċinawna, wieħed minnhom stqarr li ma riedx ikun ikkunsidrat bħala parti interessata minħabba li ma kienx jipproduċi l-prodott investigat u ma kienx jesporta lejn l-Unjoni. |
(18) |
Is-seba’ kumpaniji li gejjin wieġbu għad-domandi tal-kwestjonarju u sussegwentement twettqu żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tagħhom:
|
(19) |
L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ ma ppreżenta ruħu jew bagħat it-tweġiba tal-kwestjonarju. |
(20) |
Fir-rigward ta’ importaturi, tmienja ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju waqt li sitt kumpaniji avviċinawna u stqarru li ma ridux ikunu kkunsidrati bħala partijiet interessati minħabba li ma kinux jimportaw lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam (il-prodott investigat) fl-Unjoni. Il-kumpaniji magħrufa li jibqa’ ma avviċinawniex. |
(21) |
Wara t-tnedija tal-investigazzjoni, żewġ imporataturi talbu u ngħataw smigħ li sar matul Settembru 2012. L-importaturi ssottomettew ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. L-osservazzjonijeit tagħhom iddubitaw ir-raġunijiet għat-tnedija tal-investigazzjonin fir-rigward l-iskop tal-prodott, il-volum ta’ importazzjoni, il-ġustifikazzjoni għall-bidliet fix-xejra kummerċjali, il-motivazzjonijiet wara t-talba u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni li għamel it-talba. Fl-opinjoni taż-żewġ importaturi ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti għat-tnedija ta’ investigazzjoni. |
(22) |
Il-Kummissjoni pprovdiet tweġiba dettaljata għall-osservazzjonijiet u tat lill-partijiet opportunità li jikkommentaw. Il-Kummissjoni spjegat għaliex hi tikkunsidra li t-talba kien fiha evidenza prima facie suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni. Il-kummenti miż-żewġ importaturi ma wrewx li ma kienx hemm evidenza prima facie suffuċjenti biex titnieda investigazzjoni. |
1.5. Perjodu ta’ investigazzjoni
(23) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PI”). Id-dejta nġabret għall-PI sabiex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar dettaljata għall-perjodu tar-rappurtaġġ bejn l-1 ta’ April 2011 u l-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PR”) sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-imminar tal-effett rimedjali tal-miżuri u l-eżistenza tad-dumping. |
2. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
(24) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Vjetnam u l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-prodotti simili fl-investigazzjoni oriġinali, jekk hemm bżonn skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. |
2.2. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat
(25) |
Il-prodott ikkonċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali: lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li bħalissa jagħmlu parti mill-kodiċi tan-NM ex 9613 10 00 u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”) |
(26) |
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, u li bħalissa jaqa’ taħt l-istess kodiċi tan-NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”). |
(27) |
L-investigazzjoni wriet li lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkonsinnati lill-Unjoni mill-Vjetnam għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku |
2.3. Grad ta’ koperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ
(28) |
Kif iddikjarat fil-premessa (18), seba’ kumpaniji wieġbu l-kwestjonarju. Għall-PR, il-volum totali ta’ lajters irraportati bħala mibjugħa lill-Unjoni skont dawn it-tweġibiet jirrappreżentaw iktar minn 100 % tal-volum totali tal-lajters irraportati bħala importati fl-Unjoni skont il-bażi tad-dejta Eurostat Comext. Minkejja l-fatt li l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ bejgħ fit-tweġibiet ma kinitx ikkunsidrata affidabbli kif spjegat fil-premessa (29) hawn taħt, huwa kkunsidrat li din xorta tindika li l-koperazzjoni kienet għolja u l-kumpaniji investgati huma rappreżentattivi. |
(29) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika mwettqa fuq il-post tas-seba’ produtturi esportaturi Vjetnamiti, instab li kull wieħed minnhom kien preżenta informazzjoni li ma tistax tkun ikkunsidrata affidabbli għall-iskop li jkunu stabbiliti s-sejbiet relevanti għall-investigazzjoni. Partikolarment, is-seba’ kumpaniji instabu li ddikkjaraw ħażin il-volumi ta’ produzzjoni tagħhom, l-importazzjoni ta’ partijiet tal-lajters u t-total ta’ bejgħ. Instab ukoll li l-parti tan-negozju relatat mal-prodott investigat ma kinitx inkluża fil-kontijiet uffiċjali u li ċerti operazzjonijiet ta’ assemblaġġ twettqu minn subkuntratturi mhux uffiċjali. Barra minn hekk, kwantitajiet ta’ importazzjonijiet ta’ partijiet mir-RPĊ ma kinux iddikjarati jew iddikjarati ħażin, u parti mill-bejgħ ma kinitx inkluża fil-kontabbiltà tal-kumpaniji. B’riżultat ta’ dan ma kienx possibbli li jkunu stabbiliti b’mod affidabbli, b’mod partikolari, il-volumi totali ta’ produzzjoni u bejgħ tal-kumpaniji kkonċernati, jew li jkunu rikonċiljati l-prezzijiet reali għall-bejgħ tal-prodott investigat u l-kostijiet relatati mal-materjali ewlenin ta’ input bħal gass mad-dejta provduta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. |
(30) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 29, il-produtturi esportaturi kienu infurmati li skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kien mistenni li s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni ikunu bbażati fuq l-aħjar fatti disponibbli. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkumentaw u ingħataw smigħ meta intalab. Kull parti rċeviet ittra individwali li tispjega s-sejbiet speċifiċi u fid-dettal li wasslu għall-konklużjoni li d-dejta pprovduta ma setgħetx tkun ikkunsidrata bħala affidabbli u ma kinitx adegwata biex ikunu stabbilitii l-fatti neċessarji għall-investigazzjoni. |
(31) |
Żewġ produtturi esportaturi ma pprovdew l-ebda kumment dwar l-intenzjoni li jkun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-ħames produtturi esportaturi l-oħra, magħmula minn żewġ kumpaniji individwali u grupp ta’ tliet kumpaniji, talbu u ingħataw smigħ li sar matul Novembru 2012. Dawn il-produtturi esportaturi pprovdew ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. Huma kkuntestaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinjora d-dejta li huma pprovdew u l-konklużjoni possibbli tal-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni abbażi tal-applikazzjoni tal-aħjar fatti disponibbli. |
(32) |
Erbgħa mill-produtturi esportaturi ma kkuntestawx il-fatt li l-informazzjoni li huma pprovdew ma kinitx kompluta jew affidabbli u ammettew id-diskrepanzi fil-kontabbiltà tagħhom u l-fatt li mhux l-operazzjonijiet kollha kienu żvelati jew irreġistrati fil-kotba tagħhom. Madanakollu, huma qalu li dawn id-differenzi kienu jikkonċernaw biss il-bejgħ domestiku tagħhom u ma kellhom l-ebda effett fuq il-bejgħ ta’ esportazzjoni. Parti stqarret li r-reġistri tagħha kienu distrutti b’nar, li kien jispjega n-nuqqas ta’ kompletezza tal-informazzjoni disponibbli. Huma ddikjaraw ulterjorment li l-kwantità ta’ gass fil-lajters kienet stmata ħażin mill-Kummissjoni u li għalhekk is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward il-volumi ta’ produzzjoni ma kinux korretti. Kumpanija stqarret li diskrepanza fir-rigward tal-konsum tal-gass kienet spjegata minn rilaxxi intenzjonali ta’ gass waqt xhur iktar sħan. Madanakollu, dawn il-partijiet ma setgħu jipprovdu ebda evidenza sostanzjata b’sostenn għal dawn id-dikjarazzjonijiet. |
(33) |
Il-kumpaniji stqarru wkoll li huma kkoperaw bi sħiħ u ma kinux qed jaħbu kwalunkwe informazzjoni dwar in-negozju tagħhom. Huma ammettew li pprovdew risposti b’informazzjoni nieqsa iżda ikkuntestaw b’qawwa li kkontestaw informazzjoni falza jew qarrieqa. Fl-opinjoni tagħhom, dejta mhux żvelata u mhux verifikabbli fiha nnifisha ma tikkostitwixix prova ta’ ċirkomvenzjoni u skonthom, il-Kummissjoni ma wrietx, abbażi ta’ evidenza pożittiva, li kienet qed isseħħ ċirkomvenzjoni. |
(34) |
Minkejja li l-kumpaniji nfushom ma pprovdewx reġistri kompluti u akkurati tal-attivitajiet tagħhom, il-Kummissjoni użat metodi alternattivi, bħall-konsum tal-materji primi, biex tirrikonċilja d-dejta ewlenija pprovduta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mal-informazzjoni pprovduta u misjuba fuq il-post. Tali metodi alternattivi, anki jekk inevitabbilment inqas preċiżi mir-reġistri reali, urew li d-dejta pprovduta ma kinitx affidabbli. Pereżempju, l-eżitu dwar il-volum tal-produzzjoni wera li l-kwantitajiet ta’ produzzjoni ddikjarati mill-kumpaniji ma kinux jaqblu mal-konsum tagħhom ta’ materji primi. |
(35) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqas ta’ reġistri affidabbli, il-ħabi ta’ informazzjoni li hija relevanti għall-investigazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa għamlu d-dejta inaffidabbli wara proċess ta’ verifika. |
(36) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, sejbiet rigward l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam għall-Unjoni għandhom isiru abbazi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, sabiex ikun żgurat li n-nuqqas tal-partijiet li jipprovdu l-informazzjoni ma jfixkilx l-investigazzjoni, il-Kummissjoni biddlet id-dejta mhux verifikabbli pprovduta mill-produtturi Vjetnamiti b’dejta oħra disponibbli, bħall-bażi tad-dejta Eurostat Comext biex tiddetermina l-volumi globali ta’ importazzjoni mill-Vjetnam għall-Unjoni, u dejta tal-kost ipprovduta fit-talba biex tiddetermina s-sehem tal-partijiet Ċiniżi (ara l-premessa 50 hawn taħt). |
(37) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet ta’ ċerti lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mir-RPĊ lejn il-Vjetnam kellhom isiru abbazi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. L-istatistika tal-Comtrade tan-NU fit-talba ntużat biex ikunu determinati l-esportazzjonijiet globali lejn il-Vjetnam mir-RPĊ. |
2.4. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
(38) |
Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ naqsu fl-1991 meta l-miżuri kienu introdotti. L-importazzjonijiet baqgħu baxxi matul il-modifikazzjonijiet u l-estensjonijiet suċċessivi tal-miżuri fl-1995, l-1999, l-2001 u l-2007. |
(39) |
Importazzjonijiet tal-lajters mir-RPĊ bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Marzu 2012 kienu relattivament stabbli f’termini ta’ volum, madwar 50 miljun biċċa għall-2008 u l-2009, 70 miljun biċċa għall-2010 u 60 miljun biċċa għall-2011 u l-PR. Madanakollu, huma kkonsistew biss f’mudelli li jistgħu jimtlew u lajters elettriċi tat-tip piezo li ma kinux suġġetti għall-miżuri. |
(40) |
L-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Vjetnam żdiedu matul iż-żmien. Waqt li fl-1997 prattikament ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Vjetnam lejn l-Unjoni, mill-2007 kien hemm żieda rapida fil-volum ta’ importazzjoni tal-prodott investigat. |
(41) |
Fil-PR importazzjonijiet mill-Vjetnam irrappreżentaw 84 % tal-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni. Importazzjonijiet mill-Vjetnam lejn l-Unjoni tal-lajters li ma jistgħux jerġgħu jintlew bħala persentaġġ % tal-importazzjonijiet kollha
|
(42) |
Partijiet tal-lajters taż-żnied kienu esportati mir-RPĊ lejn il-Vjetnam matul il-PI. Il-Vjetnam huwa l-iktar destinazzjoni ta’ import-export importanti tal-partijiet ta’ lajters taż-żnied mir-RPĊ. Skont l-istatistika pprovduta fit-talba, l-esportazzjonijiet tal-partijiet tal-lajters mir-RPĊ lejn il-Vjetnam żdiedu b’mod sinifikanti mill-1999. Fl-1999, l-esportazzjonijiet tal-partijiet tal-lajters mir-RPĊ lejn il-Vjetnam kienu inqas minn 3 % tal-esportazzjonijiet totali, waqt li fl-2010 l-Vjetnam sar l-ewwel destinazzjoni ta’ esportazzjoni tal-partijiet tal-lajters b’sehem ta’ 26 % tal-importazzjonijiet. F’volumi, dan jikkorrisppondi għal żieda minn inqas minn 50 miljun għal 200 miljun lajter lesti. |
(43) |
Minħabba li l-informazzjoni pprovduta mal-produtturi Vjetnamiti kellha tkun imwarrba, l-ebda informazzjoni verifikabbli ma setgħet tinkiseb dwar il-livelli possibbli tal-produzzjoni ġenwina tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew |
2.5. Il-konkluzjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
(44) |
It-tnaqqis ġenerali fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela tal-esportazzjoni mill-Vjetnam lejn l-Unjoni mill-2007 u ż-żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Vjetnam mill-1999 jikkostitwixxu bidla fix-xejra kummerċjali bejn ir-RPĊ u l-Vjetnam, minn naħa u l-Unjoni, min-naħa l-oħra. |
2.6. In-natura tal-prattika ta’ ċirkomvenzjoni
(45) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prassi, il-proċess jew ix-xogħol jinkludi, inter alia, l-assemblaġġ tal-partijiet minn operazzjoni ta’ assemblaġġ f’pajjiż terz. Għal dan l-għan l-eżistenza ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ kienet determinata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(46) |
Kif imsemmi, hawn fuq, in-nuqqas ta’ reġistri affidabbli u l-ħabi ta’ informazzjoni li kienet relevanti għall-investigazzjoni wasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk operazzjoni ta’ assemblaġġ fil-Vjetnam tistax tkun ikkunsidrata li qed iddur mal-miżuri jew le kellha tkun ibbażata fuq il-fatti disponibbli. |
(47) |
L-investigazzjoni kixfet li ċ-ċirkomvenzjoni sseħħ permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ imwettqa mill-kumpanijiet Vjetnamiti li joperaw f’koperazzjoni mill-qrib ma kumpaniji rreġistrati fir-RPĊ u Hong Kong. Il-maġġoranza tal-produtturi Vjetnamiti li kkoperaw huma posseduti minn kumpaniji tar-RPĊ u ta’ Hong Kong. Anki l-maniġment tal-kumpaniji Vjetnamiti huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul minn professjonisti Ċinizi li preċedentament ħadmu għall-produtturi tal-lajters fir-RPĊ. |
(48) |
Il-produtturi Vjetnamiti jimportaw il-partijiet tal-lajters tagħhom mir-RPĊ permezz ta’ kumpaniji relatati rreġistrati f’Hong Kong. Uħud mill-produtturi Vjetnamiti joperaw skont ftehimiet ta’ pproċessar mal-prinċipali Ċiniżi u/jew ta’ Hong Kong. Skont dawn il-ftehimiet, il-prinċipal Ċiniż jipprovdi l-partijiet tal-lajter u l-plastik lill-fabbrika Vjetnamita, u jbigħ l-lajters lesti. Anki fin-nuqqas ta’ tali ftehimiet ta’ pproċessar, il-lajters prodotti fil-Vjetnam huma tipikament mibjugħa lill-kumpaniji ta’ Hong Kong li huma responsabbli mir-relazzjoni kummerċjali mal-importaturi tal-Unjoni. |
(49) |
Minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Vjetnamiti, ma kienx possibbli li jkun iddeterminat jekk il-persentaġġ tal-limiti minimi stabbilit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolamet Bażiku humiex sodisfatti jew le. Ma kienx possibbli li jkun ivverfikat jekk il-partijiet tal-lajters li joriġinaw mir-RPĊ jikkostitwixxux inqas jew iktar minn 60 % tal-valur totali tal-lajters assemblati u jekk il-valur miżjud mal-partijiet kienx ikbar jew iżgħar minn 25 % tal-kost tal-manifattura jew le. |
(50) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli mill-produtturi Vjetnamiti, id-determinazzjoni trid issir abbażi tal-fatti disponibbli. L-informazzjoni pprovduta fit-talba turi li l-partijiet tal-lajters li joriġinaw mir-RPĊ jirrappreżentaw bejn 60 % u 70 % tal-valur totali u li l-valur miżjud mal-partijiet importati jikkorrispondi għal 12 % tal-kostijiet ta’ manifattura. Dawn il-valuri huma bbażati fuq kostijiet kumparabbli ta’ produzzjoni ta’ manifattur li jinsab fir-RPĊ. Il-kalkulazzjonijiet sottostanti huma kkunsidrati li jkunu raġonevolment akkurati u biex jirriflettu l-qsim tal-kostijiet fil-Vjetnam, minħabba li l-partijiet tal-lajters u l-materi primi użati huma l-istess kemm fir-RPĊ u kemm fil-Vjetnam. Kwalunkwe aġġustament minħabba l-kostijiet lokali iktar baxxi fil-Vjetnam jirriżulta f’sehem ikbar ta’ valur Ċiniż fil-prodott lest. |
2.7. Nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping
(51) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ għajr l-evażjoni tal-miżuri oriġinali tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi Vjetnamiti ddikjaraw li l-kawża taċ-ċaqliq tal-produzzjoni hija l-kostijiet aktar baxxi tax-xogħol fil-Vjetnam, iżda d-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Fi kwalunkwe każ differenza tal-kost tax-xogħol ġenerali ma tispjegax għaliex il-produzzjoni f’settur speċifiċku (lajters) tiċċaqlaq għall-Vjetnam, waqt li l-produzzjoni f’setturi oħra, inklużi l-partijiet tal-lajters, per eżempju, tkompli fir-RPĊ. |
2.8. Dannu jew imminar tal-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping
(52) |
Ladarba l-eżistenza ta’ dannu kienet indirizzata fir-Regolament l-oriġinali, l-iskop tal-investigazzjoni kurrenti inkluda l-valutazzjoni dwar jekk l-effetti remedjali tad-dazji fis-seħħ humiex qed ikunu mminati f’termini ta’ prezzijiet u/jew kwantitajiet tal-prodott simili. |
(53) |
Biex jiġi vvalutat jekk il-prodott importat investigat, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti rimedjali tal-miżuri oriġinali fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, intużat il-bażi tad-dejta ta’ Eurostat Comext bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam. Il-prezzijiet kif stabbiliti tqabblu mal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni fil-premessa 63 tar-Regolament (KE) Nru 1006/95. |
(54) |
Iż-żieda ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam lejn l-Unjoni minn 0,6 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fl-1998 għal 80 % fl-2008 (bidu tal-PI) u għal 84 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fil-PR (tmiem il-PI), ara t-tabella fil-paragrafu 2.4, kienet ikkunsidrata bħala sinifikanti f’termini ta’ kwantitajiet. Fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti, minn 30 % għal 10 % tas-sehem tal-importazzjonijiet. |
(55) |
Il-paragun tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-prezz medju peżat ta’ esportazzjoni għall-esportazzjonijiet Vjetnamiti ddikjarati wera bejgħ taħt il-prezz sinifikanti. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tad-dazju, kif determinat fir-Regolament oriġinali qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet. |
2.9. Evidenza ta’ dumping
(56) |
Finalment, b’konformità mal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’paragun mal-valur normali stabbilit preċedentement fl-investigazzjoni oriġinali mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni oriġinali mill-Vjetnam. |
(57) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Brażil, li nstab li kien pajjiż analogu b’ekonomija tas-suq adegwata għar-RPĊ għal dik l-investigazzjoni. |
(58) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Vjetnam kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew matul il-PR kif irrappurtat fil-bażi tad-dejta tal-Eurostat Comext. L-użu tal-fatti disponibbli kien dovut għal informazzjoni inaffidabbli mill-produtturi Vjetnamiti dwar il-prodott investigatt. |
(59) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, u l-kostijiet tal-imballaġġ. Minħabba li ma kien hemm l-ebda informazzjoni affidabbli miksuba mill-produtturi fil-Vjetnam u r-RPĊ, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli. B’hekk, l-aġġustamenti għal dawn il-konċessjonijiet kienu ibbażati fuq perċentwal ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-kostijiet totali tat-trasport, l-assigurazzjoni u l-imballaġġ fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-Unjoni b’termini ta’ konsenja CIF ipprovduti mill-produtturi esportaturi Ċinizi fl-investigazzjoni oriġinali. |
(60) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi ġew ipparagunati l-valur normali medju ppezat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji ppeżati tal-esportazzjonijiet korrispondenti għall-esportazzjonijiet iddikjarati Vjetnamiti matul il-PR ta’ din l-investigazzjoni skont il-bażi tad-dejta Comext, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF f’dazju mhux imħallas tal-fruntiera tal-Unjoni. |
(61) |
It-tqabbil tal-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat ta’ esportazzjoni, wara l-aġġustament spjegat fil-premessa 59 hawn fuq, wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti. |
2.10. Kummenti dwar l-informazzjoni żvelata
(62) |
Wara l-iżvelar, grupp ta’ partijiet interessati kompost mill-produtturi Vjetnamiti u importaturi tal-Unjoni, minkejja li ammettew li mhumiex direttament ikkonċernati mill-miżuri, ikkummentaw dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni. Huma reġgħu argumentaw li kwalunkwe informazzjoni żvijjanti ma kinitx provduta intenzjonalment, li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza pożittiva ta’ ċirkomvenzjoni u ma kien hemm l-ebda effett rimedjali li jista’ jintlaħaq permezz ta’ impożizzjoni tal-miżuri, murija wkoll mill-fatt li ma ttawlux il-miżuri oriġinali kontra r-RPĊ. Skont dawn il-partijiet, in-non-estensjoni tal-miżuri oiġinali kontra r-RPĊ kienet ibbażata fuq sejbiet dwar l-istess perjodu tal-konklużjoni li l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jimminaw l-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali. Finalment huma tefgħu wkoll dubju fuq l-effett intiż u xi jkun l-interess tal-Unjoni biex testendi l-miżuri li kienu tterminati f’Diċembru 2012. Fl-opinjoni tagħhom, l-estensjoni tal-miżuri ma tkun tal-ebda benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni u tippenalizza biss lill-importaturi tal-Unjoni. |
(63) |
Mal-preżentazzjoni u l-aċċettazzjoni ta’ talba valida għal investigazzjoni kontra ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni għandha obbligu legali biex tinvestiga bi sħiħ il-kwistjoni u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ikun ġustifikat. Fil-każ kurrenti instab li l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku biex ikun determinat li qed isseħħ ċirkomvenzjoni kienu sodisfatti. Konsegwentament, il-miżuri kellhom ikunu estiżi b’majiera xierqa għall-importazzjonijiet mill-Vjetnam. |
(64) |
Waqt il-valutazzjoni dwar jekk prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jimminawx l-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali, il-Kummissjoni trid tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-iżviluppi wara l-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri u tikkunsidra s-sejbiet mill-investigazzjoni oriġinali li abbażi tagħha kienu ddeterminari l-effetti remedjali. B’kuntrast ma’ dan, il-valutazzjoni dwar in-neċessità li tinbeda analiżi ta’ skadenza hija ddeterminata abbażi tal-probbabiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu fil-futur abbażi tas-sejbiet relatati ma perjodu differenti. Għaldaqstant, kontrarjament għal dak allegat mill-partijiet interessati, iż-żewġ sejbiet ma jikkonċernawx l-istess perjodu. Fir-rigward tal-pretensjoni li l-importaturi tal-Unjoni biss ikunu effettwati u li ma jkun hemm l-ebda benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni, l-interess tal-Unjoni għall-impożizzjoni tal-miżuri kien ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali. Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, l-estensjoni tal-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali kontra ċ-ċirkomvenzjoni hija f’dan ir-rigward ġustifikata sakemm il-miżuri oriġinali jibqgħu fis-seħħ. L-għan tal-estensjoni tal-miżuri fi kwalunkwe każ mhux li jippenalizzaw il-partijiet iżda li jikkoreġu l-effett distortiv li l-importazzjonijiet iddampjati ċirkomventati mill-Vjetnam kellhom fuq is-suq tal-Unjoni bl-introduzzjoni ta’ ambjent ekwu ta’ prezzijiet jew kwantitajiet ta’ tali importazzjonijiet. Fi kwalunkwe każ, l-influwenza unika allegata tal-miżuri fuq l-importaturi mhiex appoġġata minn kwalunkwe evidenza jew analiżi. |
(65) |
Parti interessata oħra, importatur, ippreżenta l-kummenti dwar l-investigazzjoni waqt li argumenta li ma kienx infurmat dwar il-bidu tal-investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni. F’dan ir-rigward għandu jkun innutat li din il-parti ma kinitx magħrufa mal-Kummissjoni qabel ma bdiet l-investigazzjoni u li n-notifika ta’ tnedija saret pubblika permezz ta’ pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali. |
(66) |
Importatur ieħor irreaġixxa billi ħabbar li, fi żmien sitt xhur, se jressaq evidenza li turi li l-importazzjonijiet tiegħu ta’ lajters ma kinux jinvolvu ċirkomvenzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet interessati kollha fl-avviż ta’ tnedija kienu mistiedna jippreżentaw evidenza matul l-investigazzjoni (ara partikolarment il-premessi 10, 19 u 20 u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 548/2012). Il-Kummissjoni trid tikkonkludi l-investigazzjoni sal-iskadenza ġuridika ta’ disa’ xhur u għaldaqstant ma tistax tistenna preżentazzjonijiet oħra f’dan l-istadju. |
3. MIŻURI
(67) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw mir-RPĊ kien qed jiġu evitati permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fit-tifsira tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(68) |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, għandhom ikunu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott imma kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Vjetnam u sew jekk le. |
(69) |
Fid-dawl tan-nonkoperazzjoni f’din l-investigazzjoni, il-miżuri li għandhom ikunu estiżi għandhom ikunu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1458/2007, jiġfieri dazju definitiv anti-dumping ta’ EUR 0,065 għal kull lajter. |
(70) |
Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta’ inizjazzjoni, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkonsenjati mill-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam. Minħabba li l-miżuri oriġinali skadew fit-13 ta’ Diċembru 2012, u r-reġistrazzjoni ntemmet fl-istess ġurnata, il-ġbir ta’ dazji japplika biss sa dakinhar. |
4. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
(71) |
Is-seba’ kumpaniji fil-Vjetnam li wieġbu għall-kwestjonarju talbu eżenzjoni mill-possibbiltà ta’ miżuri estiżi skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. |
(72) |
Dawn is-seba’ kumpaniji kollha kemm huma nstabu li kienu fornew informazzjoni falza jew qarrieqa. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku, dawn il-kumpaniji kienu infurmati bl-intenzjoni li l-informazzjoni mressqa minnhom kienet se tiġi injorata u ngħataw skadenza ta’ żmien sabiex jipprovdu spjegazzjonijiet ulterjuri. |
(73) |
Spjegazjonijiet ulterjuri minn dawn il-kumpaniji ma kinux tali li jwasslu għal bidla fil-konklużjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonjiet rigward dawn il-kumpaniji kienu abbażi tal-fatti disponibbli. |
(74) |
B’kont meħud tan-natura tal-informazzjoni falza u/jew qarrieqa kif stabbilita hawn fuq, l-eżenzjonijiet kif mitluba minn dawn is-seba’ kumpaniji, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ma setgħux jingħataw. |
5. ŻVELAR
(75) |
Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Kienu kkunsidrati l-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-partijiet. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok għal modifika tas-sejbiet definittivi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw fil-Vjetnam u jekk le, li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċi tan-NM ex 9613 10 00.
2. Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkonsinnati mill-Vjetnam mis-27 ta’ Ġunju 2012 sat-13 ta’ Diċembru 2012, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam kif ukoll jekk le, reġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 548/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 326, 28.11.1991, p. 1.
(3) ĠU L 101, 4.5.1995, p. 38.
(5) ĠU L 248, 18.9.2001, p. 1.
(6) ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1.
(7) ĠU C 382, 12.12.2012, p. 12.
(8) ĠU L 340, 13.12.2012, p. 37.
(9) ĠU L 165, 26.6.2012, p. 37.