This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0104
Commission Implementing Regulation (EU) No 104/2013 of 4 February 2013 amending Regulation (EU) No 185/2010 as regards the screening of passengers and persons other than passengers by Explosive Trace Detection (ETD) equipment in combination with Hand Held Metal Detection (HHMD) equipment Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013 tal- 4 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013 tal- 4 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 34, 5.2.2013, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 104/2013
tal-4 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi li r-regoli ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jistgħu jippermettu l-użu ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) u ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) għall-iskrinjar ta’ persuni (ta’ passiġġieri u ta’ persuni oħra barra l-passiġġieri). |
(2) |
L-esperjenza wriet li tfittxija bl-idejn ta’ passiġġieri u persuni għajr il-passiġġieri ma tkunx dejjem l-aktar mod effiċjenti ta’ skrinjar ta’ ċerti partijiet tal-persuna, b’mod partikolari meta dawk il-partijiet ma jkunux faċilment aċċessibbli bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi. |
(3) |
F’każijiet bħal dawn il-provi wrew l-effikaċja tal-użu flimkien tal-ETD u l-HHMD. Barra minn hekk, l-użu tal-ETD u l-HHMD jista’ jħaffef il-proċess ta’ skrinjar u jkun esperjenzat bħala mezz inqas intrużiv ta’ skrinjar minn tfittxija bl-idejn, u b’hekk jikkostitwixxi titjib fl-esperjenza tal-persuni skrinjati. |
(4) |
Għalhekk huwa utli u ġġustifikat li jkunu permessi dawn il-metodi għall-iskrinjar ta’ dawk il-partijiet tal-persuna fejn tfittxija bl-idejn titqies ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi. |
(5) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dinjità tal-bniedem, il-libertà tar-reliġjon, in-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, u d-dritt għal-libertà u għas-sigurtà. Safejn dan jillimita dawk id-drittijiet u l-prinċipji, din il-limitazzjoni hija magħmula ġenwinament biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali u tal-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, filwaqt li tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-ittra (f) għandha tiżdied mal-punt 1.3.1.1 kif ġej:
|
2. |
Il-punt 1.3.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
3. |
L-ittra (e) għandha tiżdied mal-punt 4.1.1.2 kif ġej:
|
4. |
Jiżdied il-punt ġdid 4.1.1.11 bil-kliem li ġej:
|