Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 32012R1119

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012 tad- 29 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 330, 30.11.2012, σ. 14 έως 18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Νομικό καθεστώς του εγγράφου Δεν ισχύει πλέον, Ημερομηνία λήξης ισχύος: 13/05/2024; Imħassar b' 32024R1179

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1119/oj

30.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2012

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti tat-tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-għalf iffermentat fil-jum li fih daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, Pediococcus pentosaceus NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676, Lactobacillus plantarum DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 kienu mdaħħla fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-għalf iffermentat, għall-ispeċi kollha tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-preparazzjonijiet bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta’ Mejju 2012 (2) u l-14 ta’ Ġunju 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhomx effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, Pediococcus pentosaceus NCIMB 30168 ikkonċernati għandhom il-potenzjal biex itejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat minn kull għalf billi jitnaqqas il-pH u tiżdied l-preservazzjoni ta’ materja niexfa u/jew il-proteini. Hija kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum DSM 3676 u Lactobacillus plantarum DSM 3677 ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat minn materja li tinħażen faċilment u materja daqsxejn iżjed diffiċli biex tinħażen, billi jiżdiedu l-kontenut ta’ aċidu lattiku u l-preservazzjoni ta’ materja niexfa, billi jitnaqqsu l-pH u b’mod moderat it-telf ta’ proteini. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 13573 ikkonċernata għandha l-potenzjal li żżid il-konċentrazzjoni ta’ aċidu aċetiku għal firxa wiesgħa ta’ għalf. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li l-konsiderazzjonijiet dwar is-sigurtà ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih dawn il-preparazzjonijiet, li huma manifatturati u ttikkettjati qabel l-20 ta’ Ġunju 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti jispiċċaw.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2012; 10(6):2733.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(7):2780.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: addittivi tal-għalf iffermentat

1k2104

Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M -DSM 11673

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M -DSM 11673 li fiha minimu ta’ 3×109 CFU/g addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 3×107 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k2105

Pediococcus pentosaceus DSM 23376

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23376 li fiha minimu ta’ 1×1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Pediococcus pentosaceus DSM 23376

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k2106

Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455 li fiha minimu ta’ 3×109 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 3×107 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k2107

Pediococcus pentosaceus NCIMB 30168

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus NCIMB 30168 li fiha minimu ta’ 5×1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Pediococcus pentosaceus NCIMB 30168

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k20731

Lactobacillus plantarum DSM 3676

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum DSM 3676 li fiha minimu ta’ 6×1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum DSM 3676

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

4.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k20732

Lactobacillus plantarum DSM 3677

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum DSM 3677 li fiha minimu ta’ 4×1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus plantarum DSM 3677

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

4.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022

1k20733

Lactobacillus buchneri DSM 13573

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 13573 li fiha minimu ta’ 2×1011 CFU/g ta’ addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus buchneri DSM 13573

 

Metodu Analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf iffermentat: 1×108 CFU/kg ta’ materja friska.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Diċembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  Foraġġ li hu faċli biex jinħażen: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li hu b’mod moderat diffiċli biex jinħażen: 1.5-3.0 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008. ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1.


Επάνω