This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012L0019
Directive 2012/19/EU of the European Parliament and of the Council of 4 July 2012 on waste electrical and electronic equipment (WEEE) (recast) Text with EEA relevance
Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/04/2024
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/38 |
DIRETTIVA 2012/19/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Lulju 2012
dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
(riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) għandhom isirulha għadd ta’ bidliet sostanzjali (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi rriformulata. |
(2) |
L-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Unjoni huma, b'mod partikolari, li jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent, jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jutilizzaw riżorsi naturali b'mod prudenti u raġonevoli. Dik il-politika hija bbażata fuq il-prinċipju prekawzjonali u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li ħsara ambjentali għandha bħala prijorità tiġi rrettifikata fis-sors, u li min iniġġes għandu jħallas. |
(3) |
Il-programm Komunitarju ta’ politika u azzjoni relattivament għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (Il-ħames programm ta’ azzjoni ambjentali) (5) afferma li l-ksib ta’ żvilupp sostenibbli jitlob bdil sinifikanti f'mudelli attwali ta’ żvilupp, produzzjoni, konsum u mġiba u jiffavorixxi, fost l-oħrajn, it-tnaqqis ta’ konsum ħali ta’ riżorsi naturali u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Huwa rrifera għall-WEEE bħala wieħed mill-oqsma fil-mira li għandhom jiġu rregolati, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prevenzjoni, irkupru u rimi sikur tal-iskart. |
(4) |
Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, bħal pereżempju d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (6). Hija tirriferi għad-definizzjonijiet f'dik id-Direttiva, inklużi d-definizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart u l-iskart ġenerali. Id-definizzjoni ta’ ġbir fid-Direttiva 2008/98/KE tinkludi s-separazzjoni preliminari u l-ħżin preliminari tal-iskart għal skopijiet ta’ trasport lejn faċilità ta’ trattament tal-iskart. Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija u tippermetti l-adozzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jistgħu jkunu koperti wkoll b'din id-Direttiva. Id-Direttiva 2009/125/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-iskart. Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (8) tesiġi s-sostituzzjoni ta’ sustanzi projbiti fir-rigward tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kollu fi ħdan l-ambitu tagħha. |
(5) |
Hekk kif is-suq qed ikompli jespandi u ċ-ċikli ta’ innovazzjoni qegħdin isiru saħansitra aktar qosra, il-bdil tat-tagħmir qed jaċċelera, u dan qed jagħmel mill-iskart EEE sors ta’ skart li qed jikber b'rata mgħaġġla. Filwaqt li d-Direttiva 2002/95/KE ikkontribwixxiet b'mod effettiv għat-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi f'EEE ġdid, sustanzi perikolużi bħall-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju eżavalenti u l-bifenili poliklorinati (PCBs) u sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu xorta se jibqgħu preżenti fil-WEEE għal ħafna snin. Il-kontentut ta’ sustanzi perikolużi f'EEE huwa ta’ tħassib ewlieni waqt il-fażi ta’ ġestjoni tal-iskart tal-WEEE u r-riċiklaġġ tal-WEEE ma jsirx sa limitu suffiċjenti. Nuqqas ta’ riċiklaġġ jirriżulta fit-telf ta’ riżorsi prezzjużi. |
(6) |
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart WEEE bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, bl-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta’ dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-irkupru ta’ materja prima sekondarja prezzjuża. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EEE, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart WEEE. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Linji politiċi nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politika ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Unjoni u għandhom jiġu żviluppati standards minimi għat-trattament tal-WEEE. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal prodotti u produtturi irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ, inkluż bejgħ mill-bogħod u elettroniku. F'dan il-każ, l-obbligazzjonijiet ta’ produtturi u distributuri li qed jużaw mezzi ta’ bejgħ mill-bogħod u elettroniċi għandhom, safejn ikun prattikabbli, jieħdu l-istess forma, u għandhom jiġu infurzati bl-istess mod bħal mezzi ta’ distribuzzjoni oħra, sabiex jiġi evitat li dawk il-mezzi oħra ta’ distribuzzjoni jkollhom iġarrbu l-ispejjeż li jirriżultaw minn din id-Direttiva ġejjin minn WEEE li t-tagħmir tiegħu nbiegħ permezz ta’ bejgħ mill-bogħod jew elettroniku. |
(8) |
Sabiex jissodisfa l-obbligi taħt din id-Direttiva fi Stat Membru partikolari, produttur għandu jkun stabbilit f'dak l-Istat Membru. Bħala eċċezzjoni, sabiex inaqqsu l-barrieri eżistenti għall-funzjonament korrett tas-suq intern u l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-produtturi li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom, iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun responsabbli sabiex jissodisfa l-obbligi ta’ dak il-produttur taħt din id-Direttiva. Barra minn hekk, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu billi l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u rappurtar jiġu ssimplifikati u billi jiġi żgurat li ma jitħallsux ħlasijiet doppji għar-reġistrazzjonijiet fi ħdan l-Istati Membri. |
(9) |
Din id-Direttiva għandha tkopri l-EEE kollu użat minn konsumaturi u EEE maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f'kuntatt ma’ WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku Komunitarju, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (9), u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-disinn ta’ prodotti, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/125/KE. Il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir u s-sustanzi għat-tkessiħ tal-iskart, it-taħlitiet u l-komponenti tagħhom, għandha tkun f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (10) u Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (11). L-objettivi ta’ din id-Direttiva jistgħu jinkisbu mingħajr ma jkunu inklużi installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira bħal pjattaformi taż-żejt, sistemi għat-trasport tal-bagalji fl-ajruporti jew liftijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, kull tagħmir li mhuwiex iddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet, u li jista' jissodisfa l-funzjoni tiegħu anki jekk ma jkunx parti minn dawk l-installazzjonijiet, għandu jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jirriferi pereżempju għal tagħmir bħal tagħmir ta’ tidwil jew pannelli fotovoltajċi. |
(10) |
Huwa neċessarju li jiġu inklużi għadd ta’ definizzjonijiet f'din id-Direttiva sabiex jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, fil-qafas ta’ reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjoni ta’ EEE għandha tkompli tiġi ċċarata sabiex il-miżuri nazzjonali rilevanti u attwali applikati u l-prassi stabbilita bħalissa fl-Istati Membri jitqarrbu flimkien. |
(11) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ WEEE għandhom ikunu stabbiliti fil-qafas tal-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE. Sabiex jiġu ottimizzati l-użu mill-ġdid u l-irkupru permezz tad-disinn tal-prodott, għandu jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodott. |
(12) |
It-twaqqif, permezz ta’ din id-Direttiva, ta’ responsabbiltà tal-produttur huwa wieħed mill-mezzi li jinkoraġġixxu disinn u produzzjoni ta’ EEE li jqisu b'mod sħiħ u jiffaċilitaw it-tiswija, it-titjib possibbli, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tiegħu. |
(13) |
Sabiex jiggarantixxu s-sikurezza u s-saħħa tal-persunal tad-distributuri li jieħdu lura l-WEEE u li huma involuti fil-ġestjoni tiegħu, l-Istati Membri għandhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tas-saħħa, jiddeterminaw il-kundizzjonijiet meta d-distributuri jistgħu jirrifjutaw it-teħid lura. |
(14) |
Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fl-Unjoni. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta’ ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, faċilitajiet konvenjenti għandhom jitwaqqfu għar-ritorn tal-WEEE, inklużi punti pubbliċi ta’ ġbir, fejn djar privati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċess tal-ġbir tal-WEEE. Għalhekk, il-punti ta’ ġbir stabbiliti fi ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut għal WEEE żgħir ħafna ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni jew ta’ permessi tad-Direttiva 2008/98/KE. |
(15) |
Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u tal-għanijiet ambjentali armonizzati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE, b'mod partikolari għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra flworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 u. Id-data inkluża fl-istima tal-impatt magħmula mill-Kummissjoni fl-2008 turi li 65 % tal-EEE mqiegħed fis-suq, kien diġà qiegħed jinġabar separatament dak iż-żmien, iżda aktar min-nofsu kien potenzjalment l-oġġett ta’ trattament mhux xieraq u esportazzjoni illegali, u, anki meta jiġi trattat kif meħtieġ, dan ma jiġix rappurtat. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta’ materja prima sekondarja, degradazzjoni ambjentali, u għoti ta’ dejta inkonsistenti. Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta’ ġbir ambizzjuża u, sabiex jiġi żgurat li l-WEEE miġbur jiġi trattat b'mod ambjentalment korrett u jiġi rappurtat b'mod korrett. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għal vjeġġi ta’ skart ta’ EEE użat issuspettat li kien WEEE, li bl-applikazzjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu iqisu kwalunkwe Linji Gwida rilevanti tal-Korrispondenti mfassla fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (12). Dawn ir-rekwiżiti minimi fi kwalunkwe każ għandu jkollhom l-iskop li jevitaw vjeġġi mhux mixtieqa ta’ EEE mhux funzjonali lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(16) |
L-iffissar ta’ miri ta’ ġbir ambizzjużi għandu jkun ibbażat fuq l-ammont ta’ WEEE ġġenerat fejn jingħata kont xieraq taċ-ċikli ta’ ħajja differenti tal-prodotti fl-Istati Membri, ta’ swieq mhux saturati u ta’ EEE b'ċiklu ta’ ħajja twil. Għalhekk, għandha tiġi żviluppata fil-futur qrib metodoloġija għall-kalkolu tar-rati tal-ġbir ibbażata fuq il-WEEE ġġenerat. Skont l-istimi attwali, rata ta’ ġbir ta’ 85 % ta’ WEEE ġġenerat hija ftit jew wisq ekwivalenti għal rata ta’ ġbir ta’ 65 % tal-piż medju ta’ EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti. |
(17) |
It-trattament speċifiku għall-WEEE huwa indispensabbli sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ inkwinanti fil-materjal riċiklat jew fil-fluss ta’ skart. Tali trattament huwa l-mezz l-aktar effettiv biex tiġi żgurata konformità mal-livell magħżul ta’ protezzjoni tal-ambjent tal-Unjoni. Kwalunkwe stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir, riċiklaġġ u trattament għandha tikkonforma ma’ standards minimi li jipprevjenu impatti ambjentali negattivi assoċjati mat-trattament tal-WEEE. Għandha tintuża l-aqwa teknika ta’ trattament, irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli sakemm din tiżgura s-saħħa tal-bniedem u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. L-aqwa teknika ta’ trattament, ta’ rkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli tista' tkun iddefinita aktar skont il-proċeduri tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (13). |
(18) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji Emerġenti u Identifikati Riċentement, fl-opinjoni tiegħu dwar “L-istima tar-Riskju tal-Prodotti tan-Nanoteknoloġija” tad-19 ta’ Jannar 2009, iddikjara li l-esponiment għal nanomaterjali li huma integrati sew fi strutturi kbar, pereżempju f'ċirkwiti elettroniċi, jista' jseħħ fil-fażi tar-rimi jew tar-riċiklaġġ tal-iskart. Biex jiġu kkontrollati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mit-trattament tal-WEEE li fih nanomaterjali, huwa xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta jekk huwiex meħtieġ trattament speċifiku. |
(19) |
Il-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-WEEE kif ukoll il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tiegħu għandhom isiru abbażi ta’ approċċ li jimmira lejn il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u l-konservazzjoni tal-materja prima u għandhom jimmiraw lejn ir-riċiklaġġ ta’ riżorsi prezzjużi kontenuti fl-EEE bil-għan li tiġi ggarantita provvista aħjar ta’ prodotti fl-Unjoni. |
(20) |
Fejn xieraq, għandha tingħata prijorità għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-WEEE u l-komponenti tiegħu, is-submuntaturi u l-oġġetti tal-konsum. Fejn dan mhuwiex preferibbli, il-WEEE kollu miġbur separatament għandu jintbagħat għall-irkupru, u tul dan il-proċess għandu jinkiseb livell għoli ta’ riċiklaġġ u rkupru. Barra dan, il-produtturi għandhom jiġu inkoraġġuti biex jintegraw materjal riċiklat f'tagħmir ġdid. |
(21) |
L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ WEEE għandhom jitqiesu li laħqu l-miri stabbiliti f'din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew riċiklaġġ ma jmorrux kontra leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għat-tagħmir. Il-garanzija ta’ preparazzjoni adegwata għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE huwa ta’ importanza sabiex tiġi żgurata ġestjoni għaqlija tar-riżorsi u dan jottimizza l-provvista tar-riżorsi. |
(22) |
Prinċipji bażiċi rigward il-finanzjament ta’ ġestjoni tal-WEEE għandhom jitfasslu fil-livell tal-Unjoni u skemi ta’ finanzjament għandhom jikkontribwixxu għal rati għoljin ta’ ġbir kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur. |
(23) |
L-utenti ta’ EEE minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom jiffinanzjaw tal-anqas il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-ġbir tal-WEEE b'mod partikolari billi jiffinanzjaw il-ġbir tal-WEEE tul il-katina tal-iskart kollha, inkluż minn djar privati, sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament isir l-oġġett ta’ trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali, biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd billi l-finanzjament tal-produtturi jiġi armonizzat madwar l-Unjoni kollha u, sabiex il-ħlas għall-ġbir ta’ dan l-iskart ma jibqax isir minn dawk li jħallsu t-taxxa iżda mill-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista' jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta’ prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. Skemi kollettivi jistgħu jipprovdu miżati differenzjati abbażi ta’ kemm ikun faċli biex jiġu riċiklati l-prodotti u l-varjetà ta’ materja sekondarja prezzjuża li jkun fihom. Fil-każ ta’ prodotti li għandhom ħajja twila, u li issa huma koperti minn din id-Direttiva, bħal pannelli fotovoltajċi, għandu jsir l-aħjar użu possibbli tas-sistemi eżistenti għall-ġbir u r-riċiklaġġ, ġaladarba r-rekwiżiti korrispondenti għal din id-Direttiva jiġu rispettati. |
(24) |
Jista' jkun permess għall-produtturi li juru lix-xerrejja, fuq bażi volontarja, waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, trattament u rimi tal-WEEE b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Produzzjoni u Konsum Sostenibbli u Pjan ta’ Azzjoni ta’ Politika Industrijali Sostenibbli b'mod partikolari fir-rigward ta’ konsum aktar intelliġenti u akkwist pubbliku ekoloġiku. |
(25) |
Tagħrif lill-utenti dwar il-ħtieġa li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex il-WEEE jinġabar b'mod separat, u dwar is-sistemi ta’ ġbir u r-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-WEEE, huwa indispensabbli għas-suċċess tal-ġbir tal-WEEE. Dan it-tip ta’ tagħrif jeħtieġ l-immarkar kif suppost ta’ EEE li jista' jispiċċa f'laned taż-żibel jew mezzi simili ta’ ġbir ta’ skart muniċipali. |
(26) |
Tagħrif dwar l-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali li għandu jiġi pprovdut minn produtturi huwa importanti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni, u b'mod partikolari t-trattament u l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-WEEE. |
(27) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ta’ ispezzjoni u monitoraġġ tippermetti l-verifika tal-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva, wara li jikkunsidraw, inter alia, ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 li tipprovdi għal kriterji minimi għal ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (14). |
(28) |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li għandhom jiġu imposti fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart, fejn dawn jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jieħdu azzjoni biex jirkupraw l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ konformità u l-miżuri ta’ rimedju, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (15). |
(29) |
Tagħrif dwar il-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u r-rati ta’ ġbir, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, inkluż safejn ikun possibbli preparazzjoni għal użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ, irkupru jew riċiklaġġ u esportazzjoni tal-WEEE miġbura skont din id-Direttiva huwa meħtieġ sabiex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rati ta’ ġbir, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE biex jiġi żgurat, inter alia, jekk dan it-terminu jinkludix il-piż reali tat-tagħmir kollu fl-għamla li fih jitqiegħed fis-suq, inklużi l-komponenti, is-submontaturi, l-aċċessorji u l-oġġetti tal-konsum kollha iżda esklużi l-imballaġġ, il-batteriji, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-manwali. |
(30) |
Huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati, sakemm jintlaħqu rekwiżiti partikolari. |
(31) |
Sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet iffaċċati mill-Istati Membri fil-ksib tar-rati ta’ ġbir, biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku u biex jiġu ssupplimentati id-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-miri ta’ rkupru, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ aġġustamenti transitorji għal ċerti Stati Membri, adattament għall-progress tekniku u xjentifiku u l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati dwar WEEE esportat barra mill-Unjoni li jgħodd għall-ksib tal-miri ta’ rkupru. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti delegati, għadha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(32) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (16). |
(33) |
L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jiġu trasposti ġej mid-Direttivi ta’ qabel. |
(34) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (17), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jehmżu, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn in-dokumenti hija ġustifikata. |
(35) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI. |
(36) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala tal-problema, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill-użu ta’ riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta’ użu skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli.
Artikolu 2
Ambitu
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kif ġej:
(a) |
mit-13 ta’ Awwissu 2012 sal-14 ta’ Awwissu 2018 (perjodu tranżizzjonali), soġġett għall-paragrafu 3, għal EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I. L-Anness II fih lista indikattiva ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I; |
(b) |
mill-15 ta’ Awwissu 2018, suġġett għall-paragrafi 3 u 4, għall-EEE kollu. L-EEE kollu għandu jkun ikklassifikat fi ħdan il-kategoriji stabbiliti fl-Anness III. L-Anness IV fih lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness III (ambitu mhux ristrett). |
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, dwar il-kimika, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (18), kif ukoll tal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart jew id-disinn ta’ prodotti.
3. Din id-Direttiva ma għandha tapplika għall-ebda wieħed mill-EEE li ġej:
(a) |
tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari; |
(b) |
tagħmir li huwa ddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li huwa eskluż jew ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva u li jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir; |
(c) |
bozoz bil-filament. |
4. Flimkien mat-tagħmir speċifikat fil-paragrafu 3, mill-15 ta’ Awwissu 2018, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-EEE li ġej:
(a) |
tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju; |
(b) |
għodod industrijali fissi ta’ skala kbira; |
(c) |
installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira, minbarra kwalunkwe tagħmir li mhuwiex speċifikament iddisinjat u installat bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet; |
(d) |
mezzi tat-trasport għal persuni u merkanzija, esklużi vetturi elettriċi b'żewġ roti li mhumiex tat-tip approvat; |
(e) |
makkinarju mobbli mhux tat-triq esklussivament disponibbli għall-użu professjonali; |
(f) |
tagħmir iddisinjat speċifikament esklussivament għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp li huwa disponibbli biss fuq bażi minn negozju għal negozju ieħor; |
(g) |
apparat mediku u apparat mediku djanjostiku in vitro, fejn dan l-apparat ikun mistenni li jkun infettiv qabel tmiem il-ħajja tiegħu, u apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat. |
5. Mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inklużi l-parametri għad-distinzjoni bejn tagħmir kbir u żgħir fl-Anness III, u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk adatt.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” tfisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi biex jaħdem b'mod adatt u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u 1 500 volt għal kurrent dirett; |
(b) |
“għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira” tfisser montatura ta’ daqs kbir ta’ magni, tagħmir, u/jew komponenti, li jaħdmu flimkien għal applikazzjoni speċifika, installati permanentement u disinstallati minn nies professjonisti f'post partikolari, u użati minn nies professjonisti kif ukoll li fuqhom issir manutenzjoni minn nies professjonisti f'faċilità tal-manifattura industrijali jew faċilità għar-riċerka u l-iżvilupp; |
(c) |
“installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira” tfisser il-kombinazzjoni ta’ daqs kbir ta’ diversi tipi ta’ tagħmir u, fejn adatt, apparat ieħor, li:
|
(d) |
“makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser makkinarju, attrezzat b'sors tal-enerġija, li t-tħaddim tiegħu jkun jeħtieġ jew mobbiltà jew moviment kontinwu jew semi-kontinwu bejn suċċessjoni ta’ postijiet ta’ ħidma fissi waqt li jkun qiegħed jaħdem; |
(e) |
“skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jew “WEEE” tfisser tagħmir elettriku jew elettroniku li huwa skart fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti kollha, is-submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li huma parti mill-prodott fil-waqt li jintrema; |
(f) |
“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod fis-sens tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod (19):
Kull min jipprovdi esklussivament finanzjament fil-qafas ta’ jew skont kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produttur fis-sens tal-punti (i) sa (iv); |
(g) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li jagħmel EEE disponibbli fis-suq. Din id-definizzjoni ta’ tipprevenix lil distributur milli jkun, fl-istess ħin, produttur fis-sens tal-punt (f); |
(h) |
“WEEE minn djar privati” tfisser WEEE li jiġi minn djar privati u WEEE li jiġi minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal dawk minn djar privati. Skart minn EEE li x'aktarx jintuża kemm minn djar kif ukoll minn utenti privati minbarra djar privati għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala WEEE minn djar privati; |
(i) |
“ftehim ta’ finanzjament” tfisser kull self, kiri b'self, kiri jew ftehim jew arranġament ta’ bejgħ iddiferit li għandu x'jaqsam ma’ kwalunkwe tagħmir kemm jekk it-termini ta’ dak il-ftehim jew l-arranġament, jew xi ftehim jew arranġament kollaterali, jipprovdu li trasferiment ta’ sjieda ta’ dak it-tagħmir se jseħħ jew jista' jseħħ, u kemm jekk le; |
(j) |
“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas; |
(k) |
“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fuq bażi professjonali; |
(l) |
“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku bir-riżultat li sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi jkunu kontentuti fi fluss identifikabbli jew ikunu parti identifikabbli minn fluss fil-proċess ta’ trattament. Sustanza, taħlita jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jiġi vverifikat jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent; |
(m) |
“apparat mediku” tfisser apparat jew aċċessorju mediku fis-sens tal-punti (a) jew (b), tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (20) li jikkostitwixxi EEE; |
(n) |
“apparat mediku djanjostiku in vitro” tfisser apparat jew aċċessorju djanjostiku in vitro fis-sens ta', rispettivament, il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (21) li huwa EEE; |
(o) |
“apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat” tfisser apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/385/KEE tal- 20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (22) u li huwa EEE. |
2. Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart perikoluż”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “preparazzjoni għal użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “rimi”, u li jinsabu fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.
Artikolu 4
Id-disinn tal-prodott
L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, inkluża d-Direttiva 2009/125/KE, jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-disinn u l-produzzjoni ta’ EEE, notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċiliaw l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-WEEE stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE jiġu applikati u produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura ta’ dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza.
Artikolu 5
Ġbir separat
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE f'forma ta’ skart muniċipali mhux isseparat, biex jiġi żgurat it-trattament korrett tal-WEEE kollu miġbur u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE, notevolment, u bħala prijorità, għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra flworinati, għal bozoz li għandhom il-merkurju, pannelli fotovoltajċi u tagħmir żgħir kif imsemmi fil-kategoriji 5 u 6 tal-Anness III.
2. Għall-WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
jitwaqqfu sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u distributuri jirritornaw skart ta’ dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni; |
(b) |
meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri huma responsabbli li jiżguraw li skart ta’ dan it-tip jista' jiġi rritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkollu l-istess funzjonijiet tat-tagħmir ipprovvdut. L-Istati Membru jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni sakemm jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE ma jsirx permezz ta’ dan aktar diffiċli għad-detentur finali u li jibqa' mingħajr ħlas għad-detentur finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan; |
(c) |
id-distributuri jipprovdu għall-ġbir, fil-ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut b'żoni ta’ bejgħ relatati mal-EEE ta’ mill-inqas 400 m2, jew fil-prossimità immedjata tagħhom, ta’ WEEE żgħir ħafna (fejn id-dimensjoni esterna ma taqbiżx 25 cm) mingħajr ħlas għall-utenti finali u mingħajr obbligu li jixtru EEE ta’ tip ekwivalenti, sakemm valutazzjoni ma turix li skemi ta’ ġbir alternattivi eżistenti aktarx ikunu għall-inqas ugwalment effettivi. Valutazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-WEEE miġbur għandu jiġi trattat b'mod xieraq f'konformità mal-Artikolu 8; |
(d) |
mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), il-produtturi huma permessi jistabbilixxu u joperaw sistemi ta’ teħid lura individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati sakemm dawn ikunu skont l-għanijiet ta’ din id-Direttiva; |
(e) |
b'kunsiderazzjoni għall-istandards ta’ saħħa u sikurezza nazzjonali u tal-Unjoni, il-WEEE li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal minħabba l-kontaminazzjoni jista' jiġi rrifjutat għar-ritorn skont (a), (b) u (c). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal dan it-tip ta’ WEEE. |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti speċifiċi għar-ritorn tal-WEEE skont il-punti (a), (b) u (c) għal każijiet fejn it-tagħmir ma jinkludix il-komponenti essenzjali tiegħu jew jekk it-tagħmir jinkludi skart ieħor għajr WEEE.
3. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-operaturi li jistgħu jiġbru l-WEEE minn djar privati kif imsemmi fil-paragrafu 2.
4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li WEEE ddepożitat f'faċilitajiet ta’ ġbir kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 jiġi mgħoddi lil produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew jiġi mgħoddi, għall-finijiet ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, lil stabbilimenti jew intrapriżi nnominati.
5. Fil-każ ta’ WEEE ieħor għajr WEEE minn djar privati, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jipprovdu għall-ġbir ta’ skart ta’ dan it-tip.
Artikolu 6
Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi ta’ WEEE miġbur b'mod separat li għadu m'għaddiex mit-trattament speċifikat fl-Artikolu 8.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jippermetti kundizzjonijiet ottimali għall-preparazzjoni tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi.
Sabiex jimmassimizzaw il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jippromwovu li, qabel kull trasferiment ulterjuri, l-iskemi jew faċilitajiet ta’ ġbir, jipprovdu, fejn meħtieġ, għas-separazzjoni fil-punti ta’ ġbir tal-WEEE, li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament, partikolarment billi jingħata aċċess għal persunal miċ-ċentri tal-użu mill-ġdid.
Artikolu 7
Ir-rata ta’ ġbir
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbilità tal-produttur u, fuq dik il-bażi, li annwalment tinkiseb rata minima ta’ ġbir. Minn 2016 ir-rata minima ta’ ġbir għandha tkun ta’ 45 % kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta’ qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-volum ta’ WEEE miġbur jevolvi gradwalment waqt il-perjodu mill-2016 sal-2019, sakemm ir-rata ta’ ġbir stabbilita fit-tieni subparagrafu ma tkunx diġà ntlaħqet.
Mill-2019 ir-rata minima ta’ ġbir li għandha tintlaħaq annwalment għandha tkun ta’ 65 % tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew alternattivament 85 % tal-WEEE ġġenerat bil-piż fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, għandha tibqa' tapplika rata ta’ ġbir separat ta’ mill-inqas medja ta’ erbgħa kilogrammi għal kull abitant fis-sena ta’ WEEE minn djar privati jew l-istess ammont ta’ piż ta’ WEEE kif inġabar f'dak l-Istat Membru medjament fit-tliet snin preċedenti, skont liema jkun l-akbar.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati ta’ ġbir separat ta’ WEEE aktar ambizzjużi u f'tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.
2. Sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rata minima ta’ ġbir intlaħqitx, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-WEEE li jiġi miġbur separatament f'konformità mal-Artikolu 5 jiġi mibgħut lill-Istati Membri mingħajr ħlas, inkluż għall-inqas tagħrif dwar il-WEEE li ġie:
(a) |
riċevut mill-faċilitajiet ta’ ġbir u trattament; |
(b) |
riċevut mid-distributuri; |
(c) |
miġbur separatament mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom. |
3. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja jistgħu, minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura meħtieġa u livell baxx ta’ konsum ta’ EEE, jiddeċiedu li:
(a) |
jiksbu, mill-14 ta’ Awwissu 2016, rata ta’ ġbir li hija inqas minn 45 % iżda ogħla minn 40 % tal-piż medju ta’ EEE kkummerċjalizzat fit-tliet snin preċedenti, u |
(b) |
jipposponu l-kisba tar-rata tal-ġbir imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sa data magħżula minnhom stess li ma għandhiex tkun aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2021. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 fejn jiġu stabbiliti l-aġġustamenti tranżizzjonali meħtieġa sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri li jaderixxu mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
5. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq nazzjonali u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ WEEE ġenerat bil-piż f'kull Stat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
6. Il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tad-dati ta’ skadenza relatati mar-rati ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rati ta’ ġbir individwali għal xi wieħed jew aktar mill-kategoriji li jinsabu fl-Anness III, b'mod partikolari għat-tagħmir li jibdel it-temperatura, għall-pannelli fotovoltajċi, tagħmir żgħir, inkluż tagħmir żgħit tal-IT u t-telekomunikazzkoni u lampi li fihom il-merkurju. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
7. Jekk il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ studju dwar l-impatt, li r-rata ta’ ġbir ibbażata fuq il-WEEE ġenerat teħtieġ li tiġi riveduta, għandha tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 8
Trattament adatt
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur separatament jiġi ttrattat korrettement.
2. Trattament adatt, għajr il-preparazzjoni għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, irkupru jew riċiklaġġ għandu, tal-anqas, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u t-trattament selettiv skont l-Anness VII.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jistabbilixxu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa teknika disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament, jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20, rigward l-emenda tal-Anness VII sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari u skrins tal-kristalli likwidi jeħtiġux jiġu emendati. Il-Kummissjoni hija mistiedna tevalwa jekk l-emendi għall-Anness VII humiex meħtieġa biex jiġu trattati n-nanomaterjali kontenuti f'EEE.
5. Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur.
L-Istati Membri li jagħżlu standards ta’ kwalità ta’ dan it-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn l-istandards, u l-Kummissjoni għandha tippubblikahom.
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2013, titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards minimi Ewropej għat-trattament, inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ta’ WEEE. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu t-teknoloġija tal-mument.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
Referenza għall-istandards adottati mill-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata.
6. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu stabbilimenti jew impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament biex jintroduċu sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (23).
Artikolu 9
Permessi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ trattament jikseb/tikseb permess mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE.
2. L-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti għall-permessi, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu f'konformità mal-Artikoli 24, 25 u 26, rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinkludu l-kundizzjonijiet kollha li huma meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2), (3) u (5) u għall-ksib tal-miri ta’ rkupru stabbiliti fl-Artikolu 11.
Artikolu 10
Vjeġġi ta’ WEEE
1. L-operazzjoni ta’ trattament tista' ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew barra mill-Unjoni sakemm il-vjeġġ tal-WEEE ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni għall-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (24).
2. Il-WEEE esportat barra mill-Unjoni għandu jgħodd biss lejn it-twettiq ta’ obbligi u miri stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1013/2006 u (KE) Nru 1418/2007, l-esportatur ikun jista' jagħti prova li t-trattament ikun seħħ skont kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
3. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2014, tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 20, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti.
Artikolu 11
Il-miri tal-irkupru
1. Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament skont l-Artikolu 5 u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu l-miri minimi stabbiliti fl-Anness V.
2. Għandu jsir kalkolu ta’ kemm intlaħqu l-miri, għal kull kategorija, billi jiġi diviż il-piż tal-WEEE li jidħol fil-faċilità tal-irkupru jew riċiklaġġ jew fil-faċilità tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, wara trattament adatt f'konformità mal-Artikolu 8(2) fir-rigward tal-irkupru jew riċiklaġġ, bil-piż tal-WEEE kollu miġbur separatament, għal kull kategorija, u dan jiġi espress bħala persentaġġ.
L-attivitajiet preliminari inkluż it-tqassim u l-ħżin qabel l-irkupru ma għandhomx jgħoddu għall-kisba ta’ dawn il-miri.
3. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar il-metodi ta’ kalkolu għall-applikazzjoni tal-miri minimi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ ġbir, jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilitijiet ta’ trattament u meta jidħlu (input) fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, għall-finijiet tal-paragrafu 6, jinżammu rekords dwar il-piż ta’ prodotti u materjali meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-faċilità tal-użu mill-ġdid.
5. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda ta’ rkupru, riċiklaġġ u trattament.
6. Abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sal-14 ta’ Awwissu 2016, jeżaminaw mill-ġdid il-miri għall-irkupru msemmija fl-Anness V, Parti 3, jeżaminaw il-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri separati għall-WEEE li għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid u jeżaminaw mill-ġdid il-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 bil-ħsieb li tiġi analizzata il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti miri abbażi ta’ prodotti u materjali li jirriżultaw (output) mill-proċessi tal-irkupru, riċiklaġġ u preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.
Artikolu 12
Finanzjament tal-WEEE minn djar privati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprovdu għall-inqas il-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn djar privati li ġew depożitati f'faċilitajiet ta’ ġbir imwaqqfa skont l-Artikolu 5(2).
2. L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-produtturi jiffinanzjaw ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw għall-ġbir tal-WEEE mid-djar privati lejn faċilitajiet ta’ ġbir.
3. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x'jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b'mod ċar skont l-Artikolu 15(2). L-għan ta’ din il-garanzija huwa li tiżgura li l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x'jaqsmu ma’ dan il-prodott jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista' tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assigurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat.
4. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti mqiegħda fis-suq fi jew qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 (“skart storiku”) għandha tkun f'idejn sistema waħda jew aktar li l-produtturi kollha li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż rispettivi, jikkontribwixxu għaliha/għalihom b'mod proporzjonali, pereżempju bi proporzjon għas-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skont it-tip ta’ tagħmir.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu żviluppati mekkaniżmi adatti jew proċeduri ta’ rifużjoni għar-rimborż ta’ kontributi lill-produtturi fejn EEE jiġi trasferit għat-tqegħid fis-suq barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-mekkaniżmi jew proċeduri jistgħu jiġu żviluppati minn produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom.
6. Il-Kummissjoni hija mistiedna tirrapporta sal-14 ta’ Awwissu 2015 dwar il-possibbiltà li jiġu żviluppati kriterji biex jiġu inkorporati l-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja fil-finanzjament tal-WEEE mill-produtturi, u biex tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikun xieraq.
Artikolu 13
Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati li jirriżultaw minn prodotti mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005 jkun ipprovdut mill-produtturi.
Għal skart storiku li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.
Għal skart storiku ieħor, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-utenti għajr djar privati.
2. Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament.
Artikolu 14
Tagħrif għall-utenti
1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-produtturi juru lix-xerrejja, waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi li jsiru b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-ispejjeż imġarrba realment.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utenti ta’ EEE fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar:
(a) |
ir-rekwiżit li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex WEEE ta’ dan it-tip jinġabar separatament; |
(b) |
is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, bl-inkoraġġiment tal-koordinazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-punti ta’ ġbir disponibbli, irrispettivament mill-produtturi jew operaturi oħra li waqqfuhom; |
(c) |
ir-rwol tagħhom li jikkontribwixxu għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u tipi oħra ta’ rkupru tal-WEEE; |
(d) |
l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-preżenza ta’ sustanzi perikolużi f'EEE; |
(e) |
it-tifsira tas-simbolu muri fl-Anness IX. |
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex il-konsumaturi jipparteċipaw fil-ġbir tal-WEEE u jinkoraġġuhom sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ użu mill-ġdid, trattament u rkupru.
4. Bil-għan li jiġi minimizzat ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw b'mod xieraq — preferibbilment skont l-istandard Ewropew EN 50419 (25) — EEE li jitqiegħed fis-suq bis-simbolu muri fl-Anness IX. F'każijiet eċċezzjonali, fejn dan ikun meħtieġ minħabba d-daqs jew il-funzjoni tal-prodott, is-simbolu għandu jiġi stampat fuq l-imballaġġ, fuq l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-garanzija ta’ EEE.
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu, fil-punt tal-bejgħ jew permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-pubbliku.
Artikolu 15
Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
1. Sabiex jiġu ffaċilitati l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, l-arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif, mingħajr ħlas, dwar il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll fejn jinsabu sustanzi u taħlitiet perikolużi fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri li jippreparaw għall-użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online).
2. Sabiex id-data li fiha l-EEE ikun tqiegħed fis-suq tkun tista' tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li marka fuq l-EEE tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005. Preferibbilment, l-Istandard Ewropew EN 50419 għandu jiġi applikat għal dan il-għan.
Artikolu 16
Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom, skont il-paragrafu 2, iħejju reġistru ta’ produtturi, inklużi l-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dak ir-reġistru għandu jservi ta’ monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Il-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru fejn ibigħu. Fejn dawn il-produtturi ma jkunux reġistrati fl-Istat Membru li lilu jkunu qed ibigħu, għandhom ikunu rreġistrati permezz tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 17(2).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
kull produttur, jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 huwa rreġistrat kif meħtieġ u għandu l-possibbilta' li jdaħħal onlajn, fir-reġistru nazzjonali tagħhom, kull tagħrif rilevanti li jirrifletti l-attivitajiet ta’ dak il-produttur f'dak l-Istat Membru; |
(b) |
meta jirreġistra, kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-Parti A tal-Anness X, bl-impenn li jaġġornah kif adatt; |
(c) |
kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-parti B tal-Anness X; |
(d) |
ir-reġistri nazzjonali jipprovdu links lejn reġistri nazzjonali oħra fuq is-sit tal-web tagħhom biex jiffaċilitaw, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew, fil-każ fejn appuntat taħt l-Artikolu 17, ir-rappreżentanti awtorizzati. |
3. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u rrappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar fir-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
4. L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha, li jiġi irkuprat, ippreparat għall-użu mill-ġdid irriċiklat u rkuprat fl-Istat Membru, u dwar WEEE miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.
5. L-Istati Membri għandhom, f'intervalli ta’ tliet snin, jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u dwar t-tagħrif stipulat fil-paragrafu 4. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jitfassal abbażi ta’ kwestjonarju kif stipulat fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/249/KE (26) u 2005/369/KE (27). Ir-rapport għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin kopert minnu.
L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-14 ta’ Frar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien disa' xhur wara li jiġu riċevuti r-rapporti mill-Istati Membri.
Artikolu 17
Ir-rappreżentant awtorizzat
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur, kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(i) sa (iii) stabbilit fi Stat Membru ieħor ikun permess, permezz ta’ eċċezzjoni għall-Artikolu 3(1)(f)(i) sa (iii), jaħtar persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala r-rappreżentant awtorizzat li jkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi ta’ dak il-produttur, skont din id-Direttiva, fit-territorju tiegħu.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) u stabbilit fit-territorju tiegħu, li jbigħ EEE lil Stat Membru ieħor li mhuwiex stabbilit fih, jaħtar rappreżentant awtorizzat f'dak l-Istat Membru bħala l-persuna responsabbli biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ dak il-produttur, skont din id-Direttiva, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
3. Il-ħatra ta’ rappreżentant awtorizzat għandha ssir b'mandat miktub.
Artikolu 18
Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ tagħrif
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jikkooperaw ma’ xulxin, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fluss adegwat ta’ tagħrif biex jiġi żgurat li l-produtturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u, fejn adatt, jipprovdu tagħrif lil xulxin u lill-Kummissjoni sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni adatta ta’ din id-Direttiva. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ tagħrif, partikolarment bejn reġistri nazzjonali, għandhom jinkludu mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.
Il-kooperazzjoni għandha tinkludi, inter alia, l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti relevanti u informazzjoni inklużi r-riżultati ta’ kull ispezzjoni li ssir, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li hija mitluba tikkoopera.
Artikolu 19
Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 rigward l-emendi meħtieġa sabiex l-Artikolu 16(5) u l-Annessi IV, VII, VIII u IX jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fl-emendar tal-Anness VII, l-eżenzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (28) għandhom jiġu kkunsidrati.
Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fost l-oħrajn, il-produtturi ta’ EEE, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament u l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi.
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-13 ta’ Awwissu 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta l-att idelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 21
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 22
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Frar 2014 dwar dawk id-dispożizzjonijiet u għandhom jinnotifikawha minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.
Artikolu 23
Ispezzjoni u monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet u monitoraġġ adegwati sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva.
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru:
(a) |
informazzjoni rappurtata fil-qafas tar-reġistru tal-produtturi; |
(b) |
vjeġġi, b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007; u |
(c) |
l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness VII ta’ din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi ta’ EEE użat suspettat li hu WEEE jsiru skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness VI u għandhom jissorveljaw dawn il-vjeġġi kif meħtieġ.
3. L-ispejjeż tal-analiżijiet u l-ispezzjonijiet adatti, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin, ta’ EEE użat issuspettat li hu WEEE, jistgħu jintalbu mill-produttur, lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew lil persuni oħrajn li jagħmlu l-arranġamenti għall-vjeġġi ta’ EEE użat issuspettat li huwa WEEE.
4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness VI, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ u b'mod partikolari kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Anness VI, punt 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha tiġi fformulata t-tali dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(6), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15 permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati sakemm jinkisbu l-għanijiet stipulati b'din id-Direttiva. Dawn il-ftehimiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli; |
(b) |
il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti; |
(c) |
il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew dokument uffiċjali li huwa aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u kkomunikati lill-Kummissjoni; |
(d) |
ir-riżultati miksuba għandhom jiġu mmonitorjati regolarment, irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim; |
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress miksub skont il-ftehim jiġi eżaminat; |
(f) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ftehim l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi. |
Artikolu 25
Tħassir
Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness XI hija mħassra b'effett mill-15 ta’ Frar 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XII.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.
(2) ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-19 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2012.
(4) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.
(5) ĠU C 138, 17.5.1993, p. 5.
(6) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(7) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(8) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
(9) ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.
(10) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(11) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(12) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(13) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
(14) ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.
(15) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(16) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(17) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(18) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(19) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(20) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
(21) ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.
(22) ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.
(23) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(24) ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.
(25) Adottat mis-Cenelec f'Marzu 2006.
(26) ĠU L 78, 16.3.2004, p. 56.
ANNESS I
Kategoriji ta’ EEE koperti minn din id-Direttiva matul il-perjodu tranżizzjonali kif previst fl-Artikolu 2(1)(a)
1. |
Apparat domestiku kbir |
2. |
Apparat domestiku żgħir |
3. |
Tagħmir tal-IT u telekomunikazzjonijiet |
4. |
Tagħmir tal-konsumatur u pannelli fotovoltajċi |
5. |
Tagħmir li jagħti d-dawl |
6. |
Għodod elettriċi u elettroniċi (ħlief għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira) |
7. |
Ġugarelli, tagħmir għal waqt il-ħin ħieles u tal-isport |
8. |
Mezzi mediċi (ħlief kull prodott impjantat u infettat) |
9. |
Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll |
10. |
Apparat ta’ distribuzzjoni awtomatiku |
ANNESS II
Lista indikattiva ta’ EEE li jaqgħu fil-kategoriji tal-Anness I
1. APPARAT DOMESTIKU KBIR
|
Apparat kbir li jkessaħ |
|
Refriġeraturi |
|
Friżers |
|
Apparat kbir ieħor użat għar-refriġerazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħażna tal-ikel |
|
Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ |
|
Magni li jnixxfu l-ħwejjeġ |
|
Magni li jaħslu l-platti |
|
Apparat għat-tisjir |
|
Kenuri tal-elettriku |
|
Hot plates tal-elettriku |
|
Microwaves |
|
Apparat kbir ieħor użat għat-tisjir u pproċessar ieħor tal-ikel |
|
Apparat tal-elettriku li jsaħħan |
|
Radiators tal-elettriku |
|
Apparat kbir ieħor li jsaħħan il-kmamar, is-sodod, l-għamara fejn wieħed joqgħod bil-qiegħda |
|
Fannijiet tal-elettriku |
|
Apparat għall-arja kondizzjonata |
|
Tagħmir ieħor b’effett ta’ fannijiet, ventilazzjoni u kondizzjonar |
2. APPARAT DOMESTIKU ŻGĦIR
|
Vacuum cleaners |
|
Tagħmir li jiknes it-twapet |
|
Apparat ieħor użat għat-tindif |
|
Apparat użat għall-ħjata, xogħol tal-labar, insiġ u proċessar ieħor għat-tessuti |
|
Ħdejjed u apparat ieħor għall-mogħdija, l-illixxar u kura oħra ta’ ħwejjeġ |
|
Magni għax-xiwi tal-ħobż |
|
Magni għall-qali |
|
Imtieħen, magni tal-kafè u tagħmir biex jinfetħu jew jiġu siġillati kontenituri jew pakketti |
|
Skieken tal-elettriku |
|
Apparat biex jinqata’ x-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, biex jinħaslu s-snien, biex titqaxxar il-leħja, għall-massaġġjar u apparat ieħor għall-kura tal-ġisem |
|
Arloġġi kbar, arloġġi żgħar u tagħmir għall-għan tal-kejl, indikazzjoni jew reġistrazzjoni tal-ħin |
|
Imwieżen |
3. TAGĦMIR TAL-IT U T-TELEKOMUNIKAZZJONI
|
Proċessar tad-data ċentralizzat
|
|
Personal computing:
|
4. TAGĦMIR TAL-KONSUMATUR U PANNELLI FOTOVOLTAJĊI
|
Settijiet tar-radju |
|
Settijiet tat-televiżjoni |
|
Videocameras |
|
Recorders tal-vidjo |
|
Recorders hi-fi |
|
Amplifikaturi tal-awdjo |
|
Strumenti mużikali u prodotti jew tagħmir oħra għall-fini tar-rekordjar jew ir-riproduzzjoni tal-ħsejjes jew l-immaġni, inklużi sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħsejjes u l-immaġni mhux permezz tat-telekomunikazzjoni |
|
Pannelli fotovoltajċi |
5. TAGĦMIR LI JAGĦTI D-DAWL
|
Dwal għal-lampi florexxenti bl-eċċezzjoni ta’ dwal fid-djar |
|
Lampi florexxenti dritti |
|
Lampi florexxenti kompatti |
|
Lampi ta’ skariku ta’ intensità għolja, inklużi lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall |
|
Lampi tas-sodju bi pressa baxxa |
|
Dawl jew tagħmir ieħor li jagħti d-dawl għall-fini li jinfirex jew jiġi kkontrollat id-dawl bl-eċċezzjoni tal-bozoz bil-filament |
6. GĦODOD ELETTRIĊI U ELETTRONIĊI (BL-EĊĊEZZJONI TA’ GĦODOD INDUSTRIJALI FISSI TA’ SKALA KBIRA)
|
Apparat li jħaffer |
|
Srieraq |
|
Magni tal-ħjata |
|
Tagħmir għal tidwir, xkatlar, tħin, tqattigħ, tħaffir, titqib, ippanċjar, tiwi, tgħawwiġ jew proċessar simili tal-injam, metall u materjali oħrajn |
|
Għodod għall-irbuttar, it-tismir jew l-irbit bil-viti jew it-tneħħija ta’ rivets, imsiemer, viti jew użu simili |
|
Għodod għall-iwweldjar, l-istanjar jew użu simili |
|
Tagħmir għall-isprejjar, it-tifrix jew xi trattament ieħor ta’ sustanzi likwidi jew gassużi permezz ta’ mezzi oħra |
|
Għodod għall-ħsad jew attivitajiet oħra ta’ xogħol fil-ġnien |
7. ĠUGARELLI, TAGĦMIR GĦAL WAQT IL-ĦIN LIBERU U TAL-ISPORT
|
Ferroviji jew settijiet tat-tiġirja tal-karozzi tal-elettriku |
|
Game consoles tal-vidjo li jinżammu fl-idejn |
|
Logħob tal-vidjo |
|
Kompjuters għal ġiri bir-rota, għadis, ġiri, qdif, eċċ |
|
Tagħmir tal-isport b’komponenti elettriċi jew elettroniċi |
|
Coin slot machines |
8. APPARAT MEDIKU (BL-EĊĊEZZJONI TA’ KULL PRODOTT IMPJANTAT U INFETTAT)
|
Tagħmir għar-radjuterapija |
|
Tagħmir għall-kardjoloġija |
|
Tagħmir għad-dijalisi |
|
Ventilaturi tal-pulmun |
|
Tagħmir għall-mediċina nukleari |
|
Tagħmir tal-laboratorju għad-dijanjosi in vitro |
|
Analizzaturi |
|
Friżers |
|
Tagħmir għat-testijiet tal-fertilizzazzjoni |
|
Apparat ieħor għad-detezjoni, il-prevenzjoni, il-monitoraġġ, it-trattament, it-taffija ta’ mard, korriment jew diżabbiltà |
9. STRUMENTI TA’ MONITORAĠĠ U KONTROLL
|
Apparat li jindika l-preżenza ta’ duħħan |
|
Regolaturi tas-sħana |
|
Termostati |
|
Apparat li jkejjel, jiżen jew jaġġusta għad-djar jew bħala tagħmir tal-laboratorju |
|
Strumenti oħra ta’ monitoraġġ u kontroll li jintużaw f’installazzjonijiet industrijali (eż. panelli ta’ kontroll) |
10. DISPENSERS AWTOMATIĊI
|
Dispensers awtomatiċi għal xorb jaħraq |
|
Dispensers awtomatiċi għal fliexken jew bottijiet jaħarqu jew kesħin |
|
Dispensers awtomatiċi għal prodotti solidi |
|
Dispensers awtomatiċi għall-flus |
|
Kull apparat li jipprovdi kull tipi ta’ prodott b’mod awtomatiku |
ANNESS III
KATEGORIJI TA’ EEE KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA
1. |
Tagħmir li jibdel it-temperatura |
2. |
Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2 |
3. |
Lampi |
4. |
Tagħmir kbir (kwalunkwe dimensjoni esterna aktar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:
Apparat domestiku; tagħmir ta’ IT u telekomunikazzjoni; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3. |
5. |
Tagħmir żgħir (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:
Apparat domestiku; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3 u 6. |
6. |
Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm). |
ANNESS IV
Lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III
1. Tagħmir li jibdel it-temperatura
Refriġeraturi, friżi, tagħmir li jipprovdi prodotti kesħin b’mod awtomatiku, tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja, tagħmir deumidifikanti, pompi tas-sħana, radjaturi li fihom żejt u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura.
2. Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2
Skrins, televiżjonijiet, kwadri tar-ritratti LCD, moniters, laptops, notebooks.
3. Lampi
Lampi florexxenti dritti, lampi florexxenti kumpatti, lampi florexxenti, lampi bi skariku elettriku ta’ intensità għolja — inkluż lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall, lampi tas-sodju bi pressa baxxa, LED.
4. Tagħmir kbir
Magni tal-ħasil ta’ ħwejjeġ, dryers tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti, cookers, stufi elettriċi, hot plates elettriċi, dwal, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali (esklużi orgnijiet installati fi knejjes), apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ, servers lokali kbar (mainframes), stampaturi kbar, tagħmir għall-ikkupjar, slot machines kbar, apparat mediku kbir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll kbar, apparat kbir li jipprovdi prodotti u flus b’mod awtomatiku, pannelli fotovoltajċi.
5. Tagħmir żgħir
Vacuum cleaners, xkupi tat-twapet, apparat għall-ħjata, dwal, microwaves, tagħmir tal-ventilazzjoni, ħadid tal-mogħdija, towsters, skieken elettriċi, ktieli elettriċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, shavers elettriċi, imwieżen, apparat għall-kura tax-xagħar u l-kura tal-ġisem, kalkolaturi, settijiet tar-radju, vidjo kameras, vidjo rikorders, tagħmir hi-fi, strumenti tal-mużika, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, ġugarelli elettriċi u elettroniċi, tagħmir tal-isport, kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ., ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostats, għodod elettriċi u elettroniċi żgħar, apparat mediku żgħir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll żgħar, apparat żgħir li jipprovdi prodotti b’mod awtomatiku, tagħmir żgħir b’pannelli fotovoltajċi integrati.
6. Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)
Telefowns ċellulari, GPS, kalkolaturi tal-but, routers, kompjuters personali, printers, telefowns.
ANNESS V
MIRI MINIMI GĦALL-IRKUPRU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11
Parti 1: Miri minimi applikabbli skont il-kategorija mit-13 ta' Awwissu 2012 sal-14 ta' Awwissu 2015 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.
(a) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,
|
(b) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,
|
(c) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,
|
(d) |
għal lampi bi skariku tal-gass, 80 % għandu jiġi rriċiklat. |
Parti 2: Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2015 sal-14 ta' Awwissu 2018, b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.
(a) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,
|
(b) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,
|
(c) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,
|
(d) |
għal lampi bi skariku tal-gass, 85 % għandu jiġi rriċiklat. |
Parti 3: Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2018 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness III.
(a) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 4 tal-Anness III,
|
(b) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2 tal-Anness III,
|
(c) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 5 jew 6 tal-Anness III,
|
(d) |
għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 tal-Anness III 80 % għandu jiġi rriċiklat. |
ANNESS VI
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VJEĠĠI
1. |
Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn detentur ta’ oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detentur ikollu disponibbli dan li ġej biex isostni d-dikjarazzjoni:
|
2. |
B'deroga, il-punt 1(a) u (b) u l-punt 3 ma japplikawx meta jkun iddokumentat bi provi konklużivi li l-vjeġġ ikun qiegħed isir fil-qafas ta’ ftehim ta’ trasferiment minn negozju għal ieħor u li:
|
3. |
Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru jikkonstitwixxu EEE użat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta’ reġistri għal EEE:
|
4. |
Minbarra d-dokumentazzjoni mitluba fil-punti 1, 2 u 3, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta’ EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:
|
5. |
Fin-nuqqas ta’ prova li oġġett huwa tagħmir EEE użat u mhux WEEE permezz tad- dokumentazzjoni xierqa meħtieġa taħt il-punti 1, 2, 3 u 4 u fin-nuqqas ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara matul it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija, li huma l-obbligi tad-detentur li jirranġa t-trasport, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jikkunsidraw li oġġett huwa WEEE u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
ANNESS VII
Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku msemmi fl-Artikolu 8(2)
1. |
Bħala minimu, is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti li ġejjin għandhom jitneħħew minn kwalunkwe WEEE miġbur separatament:
Dawn is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti għandhom jintremew jew jiġu rkuprati f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE. |
2. |
Il-komponenti li ġejjin tal-WEEE li jinġabar separatament għandhom jiġu ttrattati kif indikat:
|
3. |
Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u possibilment issir preparazzjoni għall- użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-punti 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'mod li ma tkunx imfixkla l-preparazzjoni favorevoli għall-ambjent għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ komponenti jew tagħmir sħiħ. |
(1) ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.
ANNESS VIII
REKWIŻITI TEKNIĊI SKONT L-ARTIKOLU 8(3)
1. |
Siti għall-ħażna (inkluża l-ħażna temporanja) tal-WEEE qabel it-trattament tiegħu (mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f'terraferma) (1):
|
2. |
Siti għat-trattament tal-WEEE:
|
ANNESS IX
SIMBOLU GĦALL-IMMARKAR TA’ EEE
Is-simbolu li jindika ġbir separat għal EEE jikkonsisti minn landa taż-żibel fuq ir-roti maqtugħa b’salib, bħal ma huwa muri hawn taħt. Is-simbolu għandu jiġi stampat b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx.
ANNESS X
TAGĦRIF GĦAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPURTAR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 16
A. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:
1. |
Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta’ kuntatt). Fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat kif definit fl-Artikolu 17, anki d-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat. |
2. |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-tassazzjoni jew in-numru nazzjonali tat-tassazzjoni tal-produttur. |
3. |
Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew III, skont il-każ. |
4. |
Tip ta’ EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku). |
5. |
Isem tal-marka ta’ EEE. |
6. |
Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja. |
7. |
Teknika ta’ bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod). |
8. |
Dikjarazzjoni li t-tagħrif ipprovdut huwa veru. |
B. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:
1. |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur. |
2. |
Perjodu ta’ rappurtar. |
3. |
Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ. |
4. |
Kwantità ta’ EEE li jitqiegħed fuq is-suq nazzjonali, skont il-piż. |
5. |
Kwantità, skont il-piż, ta’ skart ta’ EEE miġbur separatament, riċiklat (inkluż dak preparat għall-użu mill-ġdid), irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni. |
Nota: it-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija.
ANNESS XI
PARTI A
Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) |
|
Id-Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Id-Direttiva 2008/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva. |
Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni |
2002/96/KE |
13 ta’ Awwissu 2004 |
2003/108/KE |
13 ta’ Awwissu 2004 |
2008/34/KE |
— |
ANNESS XII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 2002/96/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
— |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3)(a) |
Artikolu 2(1) (parzjalment) |
Artikolu 2(3)(b) |
Anness IB, il-punt 5, l-aħħar element |
Artikolu 2(3)(c) |
Anness IB, il-punt 8 |
Artikolu 2(4)(g) |
— |
Artikoli 2(4)(a) sa (f) u 2(5) |
Artikolu 3(a) |
Artikolu 3(1)(a) |
— |
Artikolu 3(1)(b) sa (d) |
Artikolu 3(b) |
Artikolu 3(1)(e) |
Artikolu 3(c) sa (h) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(i) |
Artikolu 3(1)(f) |
Artikolu 3(j) |
Artikolu 3(1)(g) |
Artikolu 3(k) |
Artikolu 3(1)(h) |
Artikolu 3(l) |
— |
Artikolu 3(m) |
Artikolu 3(1)(i) |
— |
Artikolu 3(1)(j) sa (o) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) sa (2) |
Artikolu 5(1) sa (2) |
— |
Artikolu 5(3) sa (4) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 7(1) u (2) |
— |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u (3) |
Artikolu 8(2), (3) u (4) |
Anness II (4) |
Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 6(6) |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 10(1) u (2) |
— |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 7(1) |
— |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 11(1) u l-Anness V |
— |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 7(4) |
— |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 11(5) |
— |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 12(1) |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 8(2), l-ewwel u it-tieni subparagrafi |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14(1) (parzjalment) |
Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 12(4) |
— |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14(1) (parzjalment) |
Artikolu 8(4) |
— |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
Artikolu 12(1) (parzjalment) |
Artikolu 16(1) sa (3) |
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu (parzjalment) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 16(1) u (2) u Artikolu 17(2) u (3) |
Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 16(3) u (5) |
— |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 12(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 18 |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 13 |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 14 |
Artikolu 21 |
Artikolu 15 |
Artikolu 22 |
Artikolu 16 |
Artikolu 23(1) |
— |
Artikoli 23(2) sa (4) |
Artikolu 17(1) sa (3) |
Artikolu 24(1) sa (3) |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 7(4) sa (7), Artikolu 11(6) u Artikolu 12(6) |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
Artikolu 19 |
Artikolu 27 |
Anness IA |
Anness I |
Anness IB |
Anness II |
— |
Annessi III, IV u VI |
Annessi II sa IV |
Annessi VII sa IX |
— |
Anness X sa XI |
— |
Anness XII |