This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0385
2012/385/EU: Commission Implementing Decision of 12 July 2012 amending Decision 2009/12/EC authorising methods for grading pig carcasses in Denmark (notified under document C(2012) 4712)
2012/385/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/12/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4712)
2012/385/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/12/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4712)
ĠU L 186, 14.7.2012, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32022D1205
14.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2009/12/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4712)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
(2012/385/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/12/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ sitt metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka. |
(2) |
Id-Danimarka stqarret li l-iżvilupp tat-tagħmir awtomatiku, AutoFom, f’verżjoni msejħa “verżjoni III” jiffavorixxi l-użu u l-kalibrazzjoni tiegħu mmirati lejn il-biċċeriji Daniżi. Għaldaqstant jinħtieġ li tinkiseb il-formula għal dan il-metodu ġdid. |
(3) |
Id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dan il-metodu ġdid għal klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu, tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-Protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (3). |
(4) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Dak il-metodu ta’ klassifikazzjoni għandu għaldaqstant jiġi awtorizzat fid-Danimarka. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/12/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/12/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1 jiżdied il-punt (g) li ġej:
|
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/12/KE, għandha tiżdied il-Parti 7 li ġejja:
“Parti 7
STRUMENT TAL-ULTRASOUND AWTOMATIKU (AutoFOM III)
1. |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala “AutoFOM III”. |
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 72,05017 – (1,31831 × R2P5) – (0,37231 × R2P10) – (0,36672 × R2P11) + (0,03146 × R3P3) + (0,05058 × R3P5) – (0,02641 × R4P8) – (0,06667 × R4P10) – (0,27698 × R4P11) fejn: Ŷ= il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa, R2p5, r2p10, r2p11, r3p3, r3p5, r4p8, r4p10 u r4p11 — huma ċ-ċifri varjabbli mkejla bl-AutoFOM III. |
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mid-Danimarka skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (*). Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 110 kg. |