Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0497

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2012 tas- 7 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 152, 13.6.2012, p. 1–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/497/oj

13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet li minnhom annimali ungulati ħajjin, inklużi dawk suxxettibbli għall-bluetongue, jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal din l-introduzzjoni.

(2)

B'mod partikolari, fir-rigward ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue, iċ-ċertifikati BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jinkludu fost l-oħrajn ir-rekwiżit li l-annimali għandhom jiġu minn territorju li, fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat li jakkumpanjhom kien ħieles mill-bluetongue għal perjodu ta' tnax-il xahar.

(3)

B'riżultat ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda, saru disponibbli “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue li ma jippreżentawx ir-riskju ta’ ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-vajrus tal-vaċċin għal baqar, nagħaġ u mogħoż. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b'vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta' mard kliniku f'annimali bħal dawn fl-Unjoni.

(4)

Biex ikun żgurat kontroll aħjar fuq it-tixrid tal-vajrus tal-bluetongue u biex jitnaqqas il-piż ta' dik il-marda minn fuq is-settur agrikolu, ir-regoli dwar it-tilqim stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) reċentament emendati permezz tad-Direttiva 2012/5/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u reċenti fil-produzzjoni tal-vaċċin.

(5)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/75/KE issa tistipula l-użu ta' vaċċini inattivati fil-partijiet kollha tal-UE.

(6)

B'riżultat tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li dejjem tevolvi fir-rigward tal-bluetongue, u għall-konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar regoli ta' implimentazzjoni għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (5) reċentament ġie emendat. L-istandards tal-UE jitolbu l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-vajrus għal perjodu minimu ta' sentejn sabiex territorju jkun jista' jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-bluetongue. Il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fiċ-ċertifikati relevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(7)

Id-Direttiva 2000/75/KE u r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 japplikaw għal ċaqliq ġewwa l-Unjoni ta' ungulati ħajjin suxxettibbli għall-bluetongue Huwa xieraq li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jiġu emendati għall-konformità tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni, fir-rigward tal-bluetongue, mar-rekwiżiti tal-moviment ġewwa l-Unjoni ta' annimali suxxettibbli għal dik il-marda.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2012, kunsinni ta' ungulati ħajjin akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont il-mudelli BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(4)  ĠU L 81, 21.3.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010, il-Parti 2 tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-mudelli "BOV-X", "BOV-Y", "OVI-X" u "OVI-Y" jinbidlu ma' dawn li ġejjin:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Mudell "RUM" jinbidel b’dan li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top