This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0493
Commission Regulation (EU) No 493/2012 of 11 June 2012 laying down, pursuant to Directive 2006/66/EC of the European Parliament and of the Council, detailed rules regarding the calculation of recycling efficiencies of the recycling processes of waste batteries and accumulators Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 151, 12.6.2012, p. 9–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
12.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 493/2012
tal-11 ta’ Ġunju 2012
li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(6)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-proċessi ta’ riċiklaġġ li, bħala parti minn sekwenza ta’ proċessi jew bħala proċess waħdu, jirriċiklaw l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn għandu jilħaq l-effiċjenzi minimi ta’ riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness III, il-Part B għad-Directive 2006/66/KE. |
(2) |
Ir-regoli dettaljati li jissupplimentaw l-Anness III, il-Parti B għad-Direttiva 2006/66/KE għandhom jiġu stipulati biex tkun ikkalkolata l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ. |
(3) |
Huwa xieraq li jiġi definit il-proċess tar-riċiklaġġ bħala wieħed li jibda wara l-ġbir u l-issortjar possibbli u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi li jkunu waslu minn impjant ta’ riċiklaġġ u li jintemm meta jiġu prodotti l-frazzjonijiet tal-output li jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom mingħajr ma jkollhom bżonn l-ebda trattament ieħor u ma jkunux baqgħu skart. Sabiex jiġi inkoraġġit it-titjib fit-teknoloġiji tat-trattament eżistenti tar-riċiklaġġ u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għandhom jintlaħqu f’kull proċess ta’ riċiklaġġ. |
(4) |
Huwa meħtieġ li tkun definita l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ bħala operazzjoni preliminari qabel ir-riċiklaġġ sabiex issir distinzjoni bejn il-preparazzjoni u l-proċess ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi. |
(5) |
L-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ referenza għall-kompożizzjoni kimika tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output u billi jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi u xjentifiċi u li dawn isiru disponibbli b’mod pubbliku. |
(6) |
Huwa meħtieġ li l-informazzjoni li tkun ser tiġi rrappurtata tkun armonizzata mir-riċiklaturi sabiex tkun sorveljata l-konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ mal-Unjoni Ewropea kollha. |
(7) |
Ir-riċiklaturi tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi jeħtieġu għall-anqas 18-il xahar sabiex jadattaw il-proċessi teknoloġiċi tagħhom skont ir-rekwiżiti biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċessi tar-riċiklaġġ imwettqa fuq l-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“proċess ta’ riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ proċessar mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2006/66/KE li titwettaq fuq l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn u li jirriżulta fil-produzzjoni tal-frazzjonijiet tal-output kif definit fil-punt 5 ta’ dan l-Artikolu. Il-proċess tar-riċiklaġġ ma jinkludix l-issortjar u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ/ir-rimi u jista’ jitwettaq f’impjant wieħed jew f’diversi impjanti. |
2. |
“preparazzjoni għar-riċiklaġġ” tfisser it-trattament tal-iskart ta’ batteriji u/jew ta’ akkumulaturi, li, inter alia, jinkludu l-ħżin, it-tqandil, il-ħatt tal-kaxxi tal-batteriji jew is-separazzjoni tal-frazzjonijiet li mhumiex parti mill-batterija jew l-akkumulatur stess. |
3. |
“effiċjenza tar-riċiklaġġ” ta’ proċess tar-riċiklaġġ tfisser il-proporzjon miksub billi l-massa tal-frazzjonijiet tal-output li huwa kontabbli għar-riċiklaġġ jiġi diviż bil-massa tal-frazzjonijiet tal-input tal-iskart tal-batteriji u l-akkumulaturi espressa bħala perċentwali. |
4. |
“frazzjoni tal-input” tfisser il-massa tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi miġbura li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ kif definit fl-Anness I. |
5. |
“frazzjoni tal-output” tfisser il-massa tal-materjali li jiġu prodotti mill-frazzjoni tal-input b’riżultat tal-proċess tar-riċiklaġġ, kif definit fl-Anness I mingħajr ma jkollha bżonn l-ebda trattament ieħor, li ma tkunx baqgħet skart jew li ser tintuża għall-iskop oriġinali tagħha jew għal skopijiet oħrajn, iżda li teskludi l-irkupru tal-enerġija. |
Artikolu 3
Kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ
1. Il-metodu stabbilit fl-Anness I għandu jintuża biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess għar-riċiklaġġ tal-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikul u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn.
2. Il-metodu stabbilit fl-Anness II għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.
3. Il-metodu stabbilit fl-Anness III għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.
4. Ir-riċiklaturi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni murija fl-Anness IV, l-Anness V u l-Anness VI, fuq bażi annwali u għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja kkonċernata. Ir-riċiklaturi għandhom jibagħtu l-ewwel rapporti annwali finanzjarji mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2015.
5. Ir-rappurtar tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha.
6. Meta jitwettaq proċess ta’ riċiklaġġ f’aktar minn impjant wieħed, l-ewwel riċiklatur huwa responsabbli biex tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 4 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.
(2) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
ANNESS I
Metodu għall-kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi
1. |
L-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata kif ġej: , [mass %] fejn:
|
2. |
L-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata b’mod separat għat-tipi ta’ skart ta’ batteriji li ġejjin:
|
3. |
L-effiċjenza tar-riċiklaġġ hija kkalkulata abbażi tal-kompożizzjoni kimika ġlobali (f’livell ta’ element/kompost) tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output. Dan li ġej japplika fir-rigward tal-frazzjoni tal-input:
|
4. |
L-emissjonijiet fl-atmosfera mhumiex meqjusa għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ. |
5. |
Il-massa tal-frazzjonijiet tal-output kontabbli għar-riċiklaġġ hija l-massa, fuq bażi ta’ piż niexef, tal-element, jew il-komposti li jkun fihom il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi f’kull sena kalendarja [f’tunnellati]. Dan li ġej jista’ jkun, inter alia, meqjus għall-frazzjonijiet tal-output:
|
6. |
Il-massa tal-frazzjonijiet tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji hija l-massa tal-iskart ta’ batteriji u l-akkumulaturi miġbura fuq bażi ta’ piż niexef li tidħol fil-proċess ta’ riċiklaġġ f’kull sena kalendarja [f’tunnellati], li tinkludi
u teskludi:
|
ANNESS II
Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat
1. |
Ir-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat hija kkalkulata kif ġej: , [mass %] fejn:
|
2. |
Fil-frazzjonijiet tal-output, iċ-ċomb (Pb) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat |
ANNESS III
Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat
1. |
Ir-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat hija kkalkulata kif ġej: , [mass %] fejn:
|
2. |
Fil-frazzjonijiet tal-output, il-kadmju (Cd) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat |
ANNESS IV
Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu
1. |
Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
2. |
Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) Impjant li jitratta l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.
(2) Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jekk isirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).
(3) Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.
(4) Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom titnaqqsu biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ).
(5) Dejta trasferita mill-Anness IV(2).
(6) Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness IV(2).
(7) Ikkalkulata skont il-formula għall-RPb ibbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness IV(2).
(8) Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.
(9) Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.
(10) Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.
Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.
(11) Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.
(12) Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).
(13) Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).
(14) Frazzjonijiet tal-output finali kontabbli għar-riċiklaġġ = li ma baqgħux skart u li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għal skopijiet oħrajn mingħar ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, iżda li jeskludu l-irkupru tal-enerġija; ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).
(15) Elementi u komponenti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (skart ta’ batteriji). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I (5). Għaċ-ċomb (Pb) fil-fdalijiet ara d-dispożizzjoni fl-Anness II(2). Iċ-ċomb għandu jkun imdaħħal bħala “Pb”.
ANNESS V
Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju
1. |
Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
2. |
Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) Impjant li jipproċessa mill-ġdid l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir u l-issortjar eventwali.
(2) Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jsirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).
(3) Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.
(4) Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturii kif jaslu wara l-ġbir u l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom jitnaqqsu biex tkun ikkalkulata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ).
(5) Dejta trasferita mill-Anness V(2).
(6) Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness V(2).
(7) Ikkalkulata skont il-formula għall-RCd bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness V(2).
(8) Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.
(9) Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.
(10) Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.
Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.
(11) Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.
(12) Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).
(13) Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).
(14) Frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ = li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għall-skopijiet oħrajn mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).
(15) Elementi u komponenti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (skart ta’ batteriji). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I (5). Għall-kadmju (Cd) fil-fdalijiet ara d-dispożizzjoni fl-Anness III(2). Il-kadmju għandu jkun imdaħħal bħala “Cd”.
ANNESS VI
Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għal batteriji u akkumulaturi oħrajn
1. |
Għall-input ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
2. |
Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi oħrajn għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) Faċilità li titratta l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.
(2) Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jsirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).
(3) Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.
(4) Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom jitnaqqsu biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ).
(5) Dejta trasferita mill-Anness VI(2).
(6) Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness VI(2).
(7) Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.
(8) Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.
(9) Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.
Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.
(10) Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.
(11) Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).
(12) Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).
(13) Frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ = li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għall-skopijiet oħrajn mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).
(14) Elementi jew komposti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (batteriji moħlija). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I(5).