Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0493

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 151, 12.6.2012, p. 9–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 017 P. 314 - 326

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/493/oj

12.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 493/2012

tal-11 ta’ Ġunju 2012

li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(6)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-proċessi ta’ riċiklaġġ li, bħala parti minn sekwenza ta’ proċessi jew bħala proċess waħdu, jirriċiklaw l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn għandu jilħaq l-effiċjenzi minimi ta’ riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness III, il-Part B għad-Directive 2006/66/KE.

(2)

Ir-regoli dettaljati li jissupplimentaw l-Anness III, il-Parti B għad-Direttiva 2006/66/KE għandhom jiġu stipulati biex tkun ikkalkolata l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ.

(3)

Huwa xieraq li jiġi definit il-proċess tar-riċiklaġġ bħala wieħed li jibda wara l-ġbir u l-issortjar possibbli u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi li jkunu waslu minn impjant ta’ riċiklaġġ u li jintemm meta jiġu prodotti l-frazzjonijiet tal-output li jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom mingħajr ma jkollhom bżonn l-ebda trattament ieħor u ma jkunux baqgħu skart. Sabiex jiġi inkoraġġit it-titjib fit-teknoloġiji tat-trattament eżistenti tar-riċiklaġġ u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda, l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għandhom jintlaħqu f’kull proċess ta’ riċiklaġġ.

(4)

Huwa meħtieġ li tkun definita l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ bħala operazzjoni preliminari qabel ir-riċiklaġġ sabiex issir distinzjoni bejn il-preparazzjoni u l-proċess ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi.

(5)

L-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ referenza għall-kompożizzjoni kimika tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output u billi jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi u xjentifiċi u li dawn isiru disponibbli b’mod pubbliku.

(6)

Huwa meħtieġ li l-informazzjoni li tkun ser tiġi rrappurtata tkun armonizzata mir-riċiklaturi sabiex tkun sorveljata l-konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ mal-Unjoni Ewropea kollha.

(7)

Ir-riċiklaturi tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi jeħtieġu għall-anqas 18-il xahar sabiex jadattaw il-proċessi teknoloġiċi tagħhom skont ir-rekwiżiti biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċessi tar-riċiklaġġ imwettqa fuq l-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“proċess ta’ riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ proċessar mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2006/66/KE li titwettaq fuq l-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikil u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn u li jirriżulta fil-produzzjoni tal-frazzjonijiet tal-output kif definit fil-punt 5 ta’ dan l-Artikolu. Il-proċess tar-riċiklaġġ ma jinkludix l-issortjar u/jew il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ/ir-rimi u jista’ jitwettaq f’impjant wieħed jew f’diversi impjanti.

2.

“preparazzjoni għar-riċiklaġġ” tfisser it-trattament tal-iskart ta’ batteriji u/jew ta’ akkumulaturi, li, inter alia, jinkludu l-ħżin, it-tqandil, il-ħatt tal-kaxxi tal-batteriji jew is-separazzjoni tal-frazzjonijiet li mhumiex parti mill-batterija jew l-akkumulatur stess.

3.

“effiċjenza tar-riċiklaġġ” ta’ proċess tar-riċiklaġġ tfisser il-proporzjon miksub billi l-massa tal-frazzjonijiet tal-output li huwa kontabbli għar-riċiklaġġ jiġi diviż bil-massa tal-frazzjonijiet tal-input tal-iskart tal-batteriji u l-akkumulaturi espressa bħala perċentwali.

4.

“frazzjoni tal-input” tfisser il-massa tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi miġbura li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ kif definit fl-Anness I.

5.

“frazzjoni tal-output” tfisser il-massa tal-materjali li jiġu prodotti mill-frazzjoni tal-input b’riżultat tal-proċess tar-riċiklaġġ, kif definit fl-Anness I mingħajr ma jkollha bżonn l-ebda trattament ieħor, li ma tkunx baqgħet skart jew li ser tintuża għall-iskop oriġinali tagħha jew għal skopijiet oħrajn, iżda li teskludi l-irkupru tal-enerġija.

Artikolu 3

Kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ

1.   Il-metodu stabbilit fl-Anness I għandu jintuża biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess għar-riċiklaġġ tal-iskart taċ-ċomb u l-aċidu, tan-nikul u l-kadmju u ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn.

2.   Il-metodu stabbilit fl-Anness II għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.

3.   Il-metodu stabbilit fl-Anness III għandu jintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat għal kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ.

4.   Ir-riċiklaturi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni murija fl-Anness IV, l-Anness V u l-Anness VI, fuq bażi annwali u għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja kkonċernata. Ir-riċiklaturi għandhom jibagħtu l-ewwel rapporti annwali finanzjarji mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2015.

5.   Ir-rappurtar tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha.

6.   Meta jitwettaq proċess ta’ riċiklaġġ f’aktar minn impjant wieħed, l-ewwel riċiklatur huwa responsabbli biex tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 4 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


ANNESS I

Metodu għall-kalkolu tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi

1.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ tal-proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata kif ġej:

Formula, [mass %]

fejn:

RE

=

l-effiċjenza tar-riċiklaġġ ikkalkulata ta’ proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %];

moutput

=

il-massa tal-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ f’kull sena kalendarja;

minput

=

il-massa tal-frazzjonijiet tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ tal- batteriji f’kull sena kalendarja.

2.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ ta’ proċess ta’ riċiklaġġ hija kkalkulata b’mod separat għat-tipi ta’ skart ta’ batteriji li ġejjin:

Batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu;

Batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju; kif ukoll

Batteriji u akkumulaturi oħra.

3.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ hija kkalkulata abbażi tal-kompożizzjoni kimika ġlobali (f’livell ta’ element/kompost) tal-frazzjonijiet tal-input u tal-output. Dan li ġej japplika fir-rigward tal-frazzjoni tal-input:

Ir-riċiklaturi għandhom jiddeterminaw is-sehem ta’ tipi differenti ta’ skart ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fi frazzjoni tal-input billi jagħmlu analiżi tal-issortjar tal-frazzjoni (permezz ta’ kampjuni kontinwi jew rappreżentattivi);

Il-kompożizzjoni kimika ta’ kull tip ta’ skart ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fi frazzjoni tal-input hija determinata abbażi tal-kompożizzjoni kimika ta’ batteriji jew akkumulaturi ġodda meta dawn jitqiegħdu fis-suq jew abbażi tad-dejta disponibbli tar-riċiklaturi jew b’informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-batteriji;

Ir-riċikalturi għandhom jiddeterminaw il-kompożizzjoni kimika globali tal-frazzjoni tal-input billi japplikaw l-analiżi tal-kompożizzzjoni kimika għat-tipi ta’ batteriji jew akkumulaturi preżenti fil-frazzjoni tal-input.

4.

L-emissjonijiet fl-atmosfera mhumiex meqjusa għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

5.

Il-massa tal-frazzjonijiet tal-output kontabbli għar-riċiklaġġ hija l-massa, fuq bażi ta’ piż niexef, tal-element, jew il-komposti li jkun fihom il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi f’kull sena kalendarja [f’tunnellati]. Dan li ġej jista’ jkun, inter alia, meqjus għall-frazzjonijiet tal-output:

Il-karbonju li fil-fatt jintuża bħala aġent li jnaqqas jew li huwa komponent tal-frazzjoni tal-output tal-proċess ta’ riċiklaġġ, jekk dan jirriżulta mill-input tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi, bil-kundizzjoni li jkun iċċertifikat minn awtorità xjentifika indipendenti u li jsir disponibbli pubblikament. Il-karbonju li jintuża għall-irkupru tal-enerġija ma jkunx kontabbli għall-effiċjenza tal-enerġija,

L-ossiġnu, użat bħala aġent ossidanti, jekk dan jirriżulta mill-input tal-iskart ta’ batteriji u akkumalaturi u jekk ikun komponent ta’ frazzjoni tal-output tal-proċess tar-riċiklaġġ. L-emissjonijiet fl-atmosfera mhuwiex meqjus għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ,

Materjali ta’ batteriji u akkumulaturi li jkunu jinsabu fi fdalijiet tajbin u li jintużaw għall-finijiet ta’ riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2006/66/KE minbarra l-bini ta’ miżbliet jew operazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid, sakemm dan ikun konformi mar-rekwiżiti nazzjonali.

6.

Il-massa tal-frazzjonijiet tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji hija l-massa tal-iskart ta’ batteriji u l-akkumulaturi miġbura fuq bażi ta’ piż niexef li tidħol fil-proċess ta’ riċiklaġġ f’kull sena kalendarja [f’tunnellati], li tinkludi

Il-fluwidi u l-aċti,

Il-massa tal-kopertura esterna tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi,

u teskludi:

il-massa tal-qoxra ta’ barra li tappartjeni għall-pakki tal-batteriji.


ANNESS II

Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat

1.

Ir-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat hija kkalkulata kif ġej:

Formula, [mass %]

fejn:

RPb

=

ir-rata kkalkulata taċ-ċomb riċiklat (Pb) minn proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %];

mPb output

=

il-massa tal-Pb fil-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ hija s-sehem tal-Pb li jkun hemm f’dawn il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu f’kull sena kalendarja [f’tunnelati];

mPb input

=

il-massa tal-Pb fil-frazzjoni tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ ta’ batteriji hija definita bħala l-medja annwali tal-kontenut tal-Pb tal-iskart tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu immultiplikat mill-massa tal-input tal-batteriji u akkumulaturi b’aċidu taċ-ċomb f’kull sena kalendarja [f’tunnellati].

2.

Fil-frazzjonijiet tal-output, iċ-ċomb (Pb) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat


ANNESS III

Metodu għall-kalkolu tar-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat

1.

Ir-rata tal-kontenut tal-kadmju riċiklat hija kkalkulata kif ġej:

Formula, [mass %]

fejn:

RCd

=

ir-rata kkalkulata tal-kadmju riċiklat (Cd) minn proċess ta’ riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2006/66/KE [f’massa %];

mcd output

=

il-massa tas-Cd fil-frazzjonijiet tal-output meqjusa għar-riċiklaġġ hija s-sehem tas-Cd li jkun hemm f’dawn il-frazzjonijiet li jirriżultaw mir-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju f’kull sena kalendarja [f’tunnelati];

mcd input

=

il-massa tas-Cd fil-frazzjoni tal-input li jidħlu fil-proċess tar-riċiklaġġ ta’ batteriji hija definita bħala l-medja annwali tal-kontenut tas-Cd tal-iskart tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju mmultiplikat mill-massa tal-input tal-batteriji u akkumulaturi b’nikel-kadmju f’kull sena kalendarja [f’tunnellati].

2.

Fil-frazzjonijiet tal-output, il-kadmju (Cd) li jkun hemm fil-fdalijiet fi tmiem il-proċess tar-riċiklaġġ mhux meqjus għar-rata tal-kontenut taċ-ċomb riċiklat


ANNESS IV

Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu

1.

Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji taċ-ċomb u l-aċidu)

Sena kalendarja

 

 

Impjant (1)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (2):


Input tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (3)

Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (4)

Kompożizzjoni globali tal-input

minput

t/a

Element jew kompost

massa %

[t/a]

 

 

 

 

 

 

Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input

 

 

 

 

Impuritajiet (8)

 

 

Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji

 

Ilma (H2O)

 

Oħrajn

 

Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input

Ċomb (Pb)

 

 

Aċidu sulfuriku (H2SO4)

 

 

Plastik

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

minput, total  (5)

 

 

 

 

moutput, Pb  (5)

 

moutput, total  (5)

 

 

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE) (6):

moutput/minput

 

massa %

Grad ta’ Pb (RPb) riċiklat (7):

mPb output/mPb input

 

massa %

2.

Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi taċ-ċomb u l-aċidu għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Stadju tal-proċess

1

Sena kalendarja

 

 

Impjant (9)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali:


Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) (10)

Deskrizzjoni tal-input

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Piż

 

t/a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Output

1.   frazzjonijiet intermedjarji  (11)

Deskrizzjoni ta’ frazzjoni

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (12)

Trattament ulterjuri

Riċevitur (13)

Stadju ta’ proċess ulterjuri

t/a

Isem

 

 

 

 

 

 

1_1

 

 

 

 

 

1_2

 

 

 

 

 

1_3

 

 

 

 

 

1_4

 

 

 

 

 

1_5

 

 

 

 

 

1_6

 

 

 

 

 

1_7

 

 

 

 

 

1_8

 

 

 

 

 

1_9

 

 

 

 

 

1_10

2.   frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ  (14)

Element jew kompost (15)

Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost

Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni

Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji

Destin tal-frazzjoni

massa %

t/a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

moutput, Pb

 

 

moutput, total

 


(1)  Impjant li jitratta l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.

(2)  Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jekk isirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).

(3)  Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.

(4)  Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom titnaqqsu biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ).

(5)  Dejta trasferita mill-Anness IV(2).

(6)  Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness IV(2).

(7)  Ikkalkulata skont il-formula għall-RPb ibbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness IV(2).

(8)  Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.

(9)  Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.

(10)  Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.

Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.

(11)  Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.

(12)  Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).

(13)  Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).

(14)  Frazzjonijiet tal-output finali kontabbli għar-riċiklaġġ = li ma baqgħux skart u li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għal skopijiet oħrajn mingħar ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, iżda li jeskludu l-irkupru tal-enerġija; ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).

(15)  Elementi u komponenti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (skart ta’ batteriji). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I (5). Għaċ-ċomb (Pb) fil-fdalijiet ara d-dispożizzjoni fl-Anness II(2). Iċ-ċomb għandu jkun imdaħħal bħala “Pb”.


ANNESS V

Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għall-batteriji u akkumulaturi tan-nikel u l-kadmju

1.

Għall-input tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji tan-nikil u l-kadmju)

Sena kalendarja

 

 

Impjant (1)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (2):


Input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (3)

Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (4)

Kompożizzjoni globali tal-input

minput

t/a

Element jew kompost

massa %

[t/a]

 

 

 

 

 

 

Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input

 

 

 

 

Impuritajiet (8)

 

 

Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji

 

Ilma (H2O)

 

Oħrajn

 

Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input

Kadmju (Cd)

 

 

Nikil (Ni)

 

 

Ħadid (Fe)

 

 

Plastik

 

 

Elettrolit

 

 

 

 

 

minput, total  (5)

 

 

 

 

moutput, Cd  (5)

 

moutput, total  (5)

 

 

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE) (6):

moutput/minput

 

massa %

Grad ta’ Cd (RCd) riċiklat (7):

mCd output/mCd input

 

massa %

2.

Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi tan-nikil u l-kadmju għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Stadju tal-proċess

1

Sena kalendarja

 

 

Impjant (9)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali:


Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) (10)

Deskrizzjoni tal-input

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Piż

 

t/a

 

 

 

Output

1)   frazzjonijiet intermedjarji  (11)

Deskrizzjoni ta’ frazzjoni

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (12)

Trattament ulterjuri

Riċevitur (13)

Stadju ta’ proċess ulterjuri

t/a

Isem

 

 

 

 

 

 

1_1

 

 

 

 

 

1_2

 

 

 

 

 

1_3

 

 

 

 

 

1_4

 

 

 

 

 

1_5

 

 

 

 

 

1_6

 

 

 

 

 

1_7

 

 

 

 

 

1_8

 

 

 

 

 

1_9

 

 

 

 

 

1_10

2)   frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ  (14)

Element jew kompost (15)

Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost

Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni

Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji

Destin tal-frazzjoni

massa %

t/a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

moutput, Cd

 

 

moutput, total

 


(1)  Impjant li jipproċessa mill-ġdid l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir u l-issortjar eventwali.

(2)  Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jsirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).

(3)  Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.

(4)  Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturii kif jaslu wara l-ġbir u l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom jitnaqqsu biex tkun ikkalkulata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ).

(5)  Dejta trasferita mill-Anness V(2).

(6)  Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness V(2).

(7)  Ikkalkulata skont il-formula għall-RCd bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness V(2).

(8)  Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.

(9)  Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.

(10)  Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.

Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.

(11)  Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.

(12)  Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).

(13)  Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).

(14)  Frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ = li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għall-skopijiet oħrajn mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).

(15)  Elementi u komponenti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (skart ta’ batteriji). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I (5). Għall-kadmju (Cd) fil-fdalijiet ara d-dispożizzjoni fl-Anness III(2). Il-kadmju għandu jkun imdaħħal bħala “Cd”.


ANNESS VI

Rappurtar dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ għal batteriji u akkumulaturi oħrajn

1.

Għall-input ta’ batteriji u akkumulaturi oħrajn fil-proċess tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ ta’ Proċess għar-Riċiklaġġ ta’ Batteriji (batteriji oħrajn)

Sena kalendarja

 

 

Impjant (1)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (2):


Input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji (3)

Deskrizzjoni ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (4)

Kompożizzjoni globali tal-input

minput

t/a

Element jew kompost

massa %

[t/a]

 

 

 

 

 

 

Elementi jew komponenti, li mhumiex parti mill-frazzjonijiet tal-input

 

 

 

 

Impuritajiet (7)

 

 

Qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji

 

Ilma (H2O)

 

Oħrajn

 

Elementi jew komponenti, li jagħmlu parti mill-frazzjonijiet tal-input

Metalli (eżempju. Fe, Mn, Zn, Ni, Co, Li, Ag, Cu, Al)

 

 

Merkurju (Hg)

 

 

Karbonju

 

 

Plastik

 

 

Elettrolit

 

 

 

 

 

minput, total  (5)

 

 

 

 

moutput, total  (5)

 

 

Effiċjenza tar-Riċiklaġġ (RE) (6):

moutput/minput

 

massa %

2.

Għall-istadji individwali tal-proċess tar-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi oħrajn għandha tiġi rrappurtata l-informazzjoni li ġejja:

Stadju tal-proċess

1

Sena kalendarja

 

 

Impjant (8)

Isem

 

Triq

 

Belt

 

Pajjiż

 

Persuna ta’ Kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown

 

Deskrizzjoni tal-istadju ta’ proċess individwali:


Input (skart ta’ batteriji jew skart ta’ frazzjonijiet ta’ batteriji) (9)

Deskrizzjoni tal-input

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Piż

 

t/a

 

 

 

Output

1)   frazzjonijiet intermedjarji  (10)

Deskrizzjoni ta’ frazzjoni

Kodiċi tal-EWC

(fakultattiv)

Massa (11)

Trattament ulterjuri

Riċevitur (12)

Stadju ta’ proċess ulterjuri

t/a

Isem

 

 

 

 

 

 

1_1

 

 

 

 

 

1_2

 

 

 

 

 

1_3

 

 

 

 

 

1_4

 

 

 

 

 

1_5

 

 

 

 

 

1_6

 

 

 

 

 

1_7

 

 

 

 

 

1_8

 

 

 

 

 

1_9

 

 

 

 

 

1_10

2)   frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ  (13)

Element jew kompost (14)

Frazzjoni (mhux skart) li fiha l-element jew il-kompost

Konċentrazzjoni tal-element jew il-kompost fil-frazzjoni

Massa tal-element jew il-kompost li tirriżulta mill-input tal-batteriji

Destin tal-frazzjoni

massa %

t/a

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

moutput, total

 

 


(1)  Faċilità li titratta l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.

(2)  Deskrizzjoni tal-proċess mitmum tar-riċiklaġġ tal-batteriji, mhux importanti jsirx minn impjant wieħed jew minn diversi impjanti (inkluża deskrizzjoni tal-istadji tar-riċiklaġġ individwali u l-frazzjonijiet tal-output tagħhom).

(3)  Deskrizzjoni tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjar eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ.

(4)  Massa mxarrba tal-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi kif jaslu wara l-ġbir, l-issortjat eventwali u l-preparazzjoni għar-riċiklaġġ (il-massa tal-impuritajiet separati u l-qoxra ta’ barra tal-pakki tal-batteriji kif ukoll il-kontenut tal-ilma kif speċifikat fil-qasam “kompożizzjoni globali” għandhom jitnaqqsu biex tkun ikkalkolata l-effiċjenza tar-riċiklaġġ).

(5)  Dejta trasferita mill-Anness VI(2).

(6)  Ikkalkulata skont il-formula għall-RE bbażata fuq id-dejta rrappurtata skont l-Anness VI(2).

(7)  Eżempji ta’ impuritajiet inklużi plastik, ċipep vulkaniti, oġġetti/biċċiet tal-ħadid, fibri mill-fdalijiet elettroniċi, aluminju mdewweb.

(8)  Impjant li jwettaq stadju ta’ proċess individwali.

(9)  Għall-istadju 1 = l-istess bħall-input fil-proċess mitmum tar-riċiklaġġ ta’ batteriji.

Għall-istadji sussegwenti = frazzjonijiet intermedjarji mill-istadju preċedenti tal-proċess.

(10)  Frazzjonijiet intermedjarji = frazzjonijiet destinati għall-istadju(i) sussegwenti fil-proċess tar-riċiklaġġ.

(11)  Li jirriżultaw mill-input tal-batteriji (massa niexfa).

(12)  Impjant li fih tgħaddi l-frazzjoni intermedjarja jew — jekk l-istadju ta’ proċess ulterjuri jsir internament — l-istess bħal (1).

(13)  Frazzjonijiet tal-output finali meqjusa għar-riċiklaġġ = li ser jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom jew għall-skopijiet oħrajn mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trattament ulterjuri, ara wkoll l-eżempji fl-Anness I(5).

(14)  Elementi jew komposti jekk kienu komponenti tal-input tal-batteriji (batteriji moħlija). Ara d-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżempji fl-Anness I(5).


Top