Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0334

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad- 19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas- Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/334/oj

    20.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2012

    tad-19 ta’ April 2012

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

    (2)

    It-tħejjija tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu għal fniek għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (3). Din it-tħejjija wara ddaħlet fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407, li qabel kien NCYC Sc47, bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u, skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, għal użu ġdid għall-fniek li ma jitrabbewx għall-ikel, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 (4) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, is-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent, u li l-addittiv għandu potenzjal li jnaqqas il-mortalità fil-fniek għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din it-tħejjija għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar is-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 inklużi fir-Regolament (KE) Nru 600/2005 għandhom jitħassru.

    (7)

    Billi l-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sigurtà, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 600/2005.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tħejjija speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    L-inklużjoni tal-E 1702 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 titħassar.

    Artikolu 3

    It-tħejjija tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47, kif awtorizzata permezz tar-Regolament (KE) Nru 600/2005, u t-taħlitiet minn qabel u għalf kompost li fihom hemm din it-tħejjija, ittikkettati f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament tista’ tkompli titqiegħed fis-suq u użata sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

    (3)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

    (4)  EFSA Journal 2012; 10(1):2531.


    ANNESS

    In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

    Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

    4b1702

    Société Industrielle Lesaffre

    Saccharomyces cerevisiae

    CNCM I-4407

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ ċelloli mnixxfa tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 li fihom minimu ta’ 5 × 109 CFU/g

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407

     

    Metodi analitiċi  (1)

     

    L-enumerazzjoni: Il-metodu tat-tferrigħ, billi jintuża estratt tal-ħmira destrożju kloramfenikol (CGYE) agar - EN 15789.

     

    Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina tal-polimerasi (PCR).

    Fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel

    5 × 109

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabilità għall-pelleting.

    Il-11 ta’ Mejju 2022


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fil-websajt li ġejja tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top