Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0208

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2012 tad- 9 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

    ĠU L 72, 10.3.2012, p. 32–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/208/oj

    10.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 72/32


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2012

    tad-9 ta’ Marzu 2012

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 121/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa skema fejn il-prodotti tal-ikel jistgħu jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni. Għal dik il-fini, jistgħu jkunu disponibbli l-prodotti fil-ħażniet tal-intervent jew, meta ħażniet tal-intervent adattati għall-iskema tat-tqassim tal-ikel ma jkunux disponibbli, il-prodotti tal-ikel jistgħu jinxtraw mis-suq. Għall-2012 u l-2013, dik l-iskema hija inkluża fil-lista ta' miżuri eleġibbli għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), f'limitu annwali ta' EUR 500 miljun.

    (2)

    Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet annwali. Il-pjan annwali ta' tqassim għall-2012 kien adottat fl-10 ta' Ġunju 2011 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 (5) abbażi biss tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. L-Istati Membri għandhom jiġu allokati r-riżorsi addizzjonali disponibbli fis-sena baġitarja tal-2012 għat-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar bil-bżonn fl-Unjoni b'riżultat tal-emenda tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bir-Regolament (UE) Nru 121/2012.

    (3)

    Sabiex jiġi infurzat il-limitu baġitarju annwali, meta jkun rilevanti, l-ispejjez tat-trasferiment ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu inklużi fl-allokazzjoni finanzjarja totali disponibbli għal kull Stat Membru biex jiġi implimentat il-pjan ta' tqassim tal-2012. Barra minn hekk, għandhom jiġu aġġustati l-iskadenzi ffissati mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (6) għat-talbiet tal-ħlas u l-esekuzzjoni tal-ħlas mill-awtoritajiet, sabiex jiġi żġurat li r-riżorsi allokati fil-pjan ta' tqassim tal-2012 jkunu eleġibbli biss għall-appoġġ tal-Unjoni jekk dak il-ħlas jkun sar fis-sena baġitarja tal-2012.

    (4)

    Jekk jitqies il-perjodu ta' żmien imqassar li fadal għall-Istati Membri biex jimplimentaw il-pjan ta' tqassim għall-2012 b'konsegwenza tad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 121/2012, ikun xieraq li tingħata estensjoni tal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 fir-rigward tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-pjan annwali u l-ikkompletar tal-operazzjonijiet tal-ħlas għall-prodotti mobilizzati fis-suq.

    (5)

    Dik ir-reviżjoni tal-pjan ta' tqassim tal-2012 qed issir fi żmien meta l-arranġamenti amministrattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjan qed joqorbu lejn it-tmiem tagħhom, il-kwantitajiet tal-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li huma allokati mill-ġdid wara d-deċiżjoni tal-Finlandja li tirrinunzja għal parti mill-allokazzjoni tagħha tal-ħalib tat-trab xkumat jew għal valutazzjoni mill-ġdid tal-ammonti preċiżi fil-ħażniet tal-intervent ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat jekk l-Istati Membri ikunux oservaw l-obbliġi stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 li jirtiraw 70 % taċ-ċereali u t-trab tal-ħalib xkumat sal-iskadenzi ffissati f'dak l-Artikolu.

    (6)

    Minħabba l-fatt li l-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan ta' tqassim tal-2012 huwa diġà avvanzat u biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed possibbli biex jipproċedu għall-azzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan emendat, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (7)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 562/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    1.   Fl-2012, it-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi implimentat skont il-pjan annwali ta' tqassim stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-pjan tal-2012 jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I.

    Il-kwantitajiet għal kull tip ta' prodott li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent huma stabbiliti fil-punt (b) ta' dak l-Anness.

    L-allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni huma stabbiliti fil-punt (c) ta' dak l-Anness.

    2.   L-użu taċ-ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq huwa awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

    Artikolu 2

    It-trasferiment ġewwa l-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jiġi awtorizzat, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta-Regolament (UE) Nru 807/2010. L-allokazzjonijiet indikattivi lill-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż tat-trasferimenti ġewwa l-Unjoni, kif metħieġ skont il-pjan annwali ta' tqassim imsemmi fl-Artikolu 1, huma stabbiliti fil-punt (d) tal-Anness I.”

    (2)

    L-Artikoli 2a sa 2d huma mdaħħla:

    "Artikolu 2a

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-perjodu ta' implimentazzjoni għall-pjan annwali ta' tqassim tal-2012 għandu jintemm fit-28 ta' Frar 2013.

    Artikolu 2b

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim għall-2012, l-operazzjonijiet ta' ħlas għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti mill-operatur, fil-każ ta' prodotti li għandhom jiġu mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għandhom jitwettqu qabel il-15 ta' Ottubru 2012.

    Artikolu 2c

    Għall-pjan ta' tqassim tal-2012, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, fejn ikun rilevanti, ma għandhomx japplikaw għall-kwantitajiet tal-ħażniet tal-intervent li ġejjin:

    (a)

    5,46 tunnellata ta' ċereali maħżuna fir-Renju Unit u allokati lill-Bulgaria;

    (b)

    0,651 tunnellata ta' ċereali maħżuna fil-Finlandja u allokati lill-Bulgaria;

    (c)

    249,04 tunnellata ta' ċereali maħżuna fi Franza u allokati lil Franza;

    (d)

    635,325 tunnellata ta' ħalib tat-trab xkumat,maħżuna fl-Estonja u allokati lill-Estonja.

    Artikolu 2d

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta' tqassim tal-2012, għandhom jitressqu talbiet għall-ħlas lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru sat-30 ta' Settembru 2012. Ħlief f'każi ta' force majeure, ma jiġux aċċettati talbiet li jitressqu wara dik id-data.

    Għandha tkun eleġibbli biss in-nefqa fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness I, għall-finanzjament mill-Unjoni, jekk din tkun tħallset mill-Istat Membru lill-benefiċjarju sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2012.”

    (3)

    L-Annessi I u II huma sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

    (3)  ĠU L 44, 16.2.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (5)  ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.

    (6)  ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.


    ANNESS

    ANNESS I

    PJAN ANNWALI TA' TQASSIM GĦALL-2012

    (a)

    Ammonti totali tar-riżorsi finanzjarji elenkati għal kull Stat Membru:

    (f'EUR)

    Stat Membru

    Ammont

    Il-Belġju

    11 710 463

    Il-Bulgarija

    21 439 346

    Ir-Repubblika Ċeka

    135 972

    L-Estonja

    2 359 486

    L-Irlanda

    2 594 467

    Il-Greċja

    21 651 199

    Spanja

    80 401 345

    Franza

    70 563 823

    L-Italja

    95 641 425

    Il-Latvja

    5 558 220

    Il-Litwanja

    7 491 644

    Il-Lussemburgu

    171 704

    L-Ungerija

    13 715 022

    Malta

    721 992

    Il-Polonja

    75 296 812

    Il-Portugall

    19 332 607

    Ir-Rumanija

    60 689 367

    Is-Slovenja

    2 533 778

    Is-Slovakkja

    5 098 384

    Il-Finlandja

    2 892 944

    Total

    500 000 000

    (b)

    Kwantità għal kull tip ta' prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intevent tal-Unjoni għat-tqassim għal kull Stat Membru fil-limiti stabbiliti fil-punt(a) ta' dan l-Anness:

    (f'tunnellati)

    Stat Membru

    Ċereali

    Ħalib tat-trab xkumat

    Il-Belġju

     

    1 560,275

    Il-Bulgarija

    39 150,874

     

    Ir-Repubblika Ċeka

    450,000

     

    L-Estonja

     

    635,325

    L-Irlanda

     

    727,900

    Il-Greċja

     

    2 682,575

    Spanja

     

    10 093,975

    Franza

    249,040

    8 858,925

    L-Italja

     

    12 337,975

    Il-Latvja

     

    870,050

    Il-Litwanja

     

    1 032,575

    L-Ungerija

     

    1 807,425

    Malta

    1 230,373

     

    Il-Polonja

     

    9 662,825

    Il-Portugall

     

    2 524,725

    Ir-Rumanija

    112 527,069

     

    Is-Slovenja

     

    287,750

    Is-Slovakkja

    8 976,092

     

    Il-Finlandja

     

    489,300

    Total

    162 583,448

    53 571,600

    (c)

    Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

    (f'EUR)

    Stat Membru

    Ammont

    Il-Belġju

    8 346 393

    Il-Bulgarija

    14 004 438

    Ir-Repubblika Ċeka

    70 619

    L-Estonja

    1 136 698

    L-Irlanda

    1 200 145

    Il-Greċja

    15 656 380

    Spanja

    57 977 800

    Franza

    51 172 604

    L-Italja

    68 479 620

    Il-Latvja

    3 736 468

    Il-Litwanja

    5 281 095

    Il-Lussemburgu

    161 225

    L-Ungerija

    9 751 550

    Malta

    493 784

    Il-Polonja

    54 100 415

    Il-Portugall

    13 763 634

    Ir-Rumanija

    39 979 504

    Is-Slovenja

    1 883 893

    Is-Slovakkja

    3 590 632

    Il-Finlandja

    1 871 094

    Total

    352 657 991

    (d)

    Allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri għar-rimborż tal-ispejjeż ta' trasferiment ġewwa l-Unjoni fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) ta' dan l-Anness:

    (f'EUR)

    Stat Membru

    Ammont

    Il-Bulgarija

    2 300 431

    Ir-Repubblika Ċeka

    12 211

    Il-Greċja

    126 066

    Spanja

    401 345

    Franza

    17 915

    L-Italja

    399 005

    Il-Latvja

    5 509

    L-Ungerija

    61 128

    Malta

    63 361

    Il-Polonja

    205 907

    Il-Portugall

    108 700

    Ir-Rumanija

    5 970 071

    Is-Slovenja

    7 073

    Is-Slovakkja

    305 884

    Il-Finlandja

    15 394

    Total

    10 000 000

    ANNESS II

    (a)

    Trasferimenti taċ-ċereali ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena baġitarja 2012:

     

    Kwantità

    (f'tunnellati)

    Detentur

    Riċevitur

    1

    33 989,414

    Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja

    Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, il-Bulgarija

    2

    5 161,460

    RPA, Ir-Renju Unit

    Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, il-Bulgarija

    3

    450,000

    SJV, L-Isvezja

    SZIF, Ir-Repubblika Ċeka

    4

    1 230,373

    SJV, L-Isvezja

    L-Aġenzija tal-Pagamenti tal-Ministeru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, Malta

    5

    16 856,043

    BLE, Il-Ġermanja

    Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

    6

    41 360,295

    Aġenzija għall-Affarijiet Rurali, Il-Finlandja

    Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

    7

    54 310,731

    SJV, L-Isvezja

    Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, ir-Rumanija

    8

    147,000

    FranceAgriMer, Franza

    Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja

    9

    8 829,092

    SJV, L-Isvezja

    Pôdohospodárska platobná agentúra, Is-Slovakkja

    (b)

    Trasferimenti tat-trab tal-ħalib xkumat ġewwa l-Unjoni awtorizzati skont il-pjan ta' distribuzzjoni għas-sena tal-baġit 2012:

     

    Kwantità

    (f'tunnellati)

    Detentur

    Riċevitur

    1

    2 682,575

    BLE, Il-Ġermanja

    OPEKEPE, Il-Greċja

    2

    330,350

    SZIF, Ir-Repubblika Ċeka

    FEGA, Spanja

    3

    6 308,425

    OFI, L-Irlanda

    FEGA, Spanja

    4

    3 455,200

    RPA, Ir-Renju Unit

    FEGA, Spanja

    5

    2 118,875

    RPA, Ir-Renju Unit

    FranceAgriMer, Franza

    6

    7 904,825

    BIRB, Il-Belġju

    AGEA, L-Italja

    7

    1 476,375

    OFI, L-Irlanda

    AGEA, L-Italja

    8

    2 749,625

    Dienst Regelingen Roermond, Il-Pajjiżi l-Baxxi

    AGEA, L-Italja

    9

    207,150

    SJV, L-Isvezja

    AGEA, L-Italja

    10

    870,050

    Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja

    Servizz ta' Appoġġ Rurali Il-Latvja

    11

    1 807,425

    RPA. Ir-Renju Unit

    Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal. L-Ungerija

    12

    3 294,150

    BLE. Il-Ġermanja

    ARR. Il-Polonja

    13

    1 675,025

    Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra. Il-Litwanja

    ARR. Il-Polonja

    14

    4 692,825

    RPA. Ir-Renju Unit

    ARR. Il-Polonja

    15

    2 524,275

    RPA. Ir-Renju Unit

    IFAP I.P. Il-Portugall

    16

    287,750

    Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja. Is-Slovenja

    17

    489,300

    Dienst Regelingen Roermond. Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Aġenzija għall-Affarijiet Rurali. Il-Finlandja


    Top