Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012H0129

    2012/129/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Frar 2012 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF) għas-sena finanzjarja 2010

    ĠU L 55, 29.2.2012, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2012/129/oj

    29.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 55/34


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Frar 2012

    dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF) għas-sena finanzjarja 2010

    (2012/129/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perijodu 2008 sa 2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Exropej li għalihom tapplika l-Paerti Erbgħa tat-Trattat KE (3) (il-“Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,

    Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) (5), dwar is-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali,

    Billi

    (1)

    Skont l-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF matul is-sena finanzjarja 2010 kienet sodisfaċenti,

    B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF għas-sena finanzjarja 2010.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. VESTAGER


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

    (3)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

    (4)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

    (5)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 251.


    Top