This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0125
Commission Regulation (EU) No 125/2012 of 14 February 2012 amending Annex XIV to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals ( ‘REACH’ ) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal- 14 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi ( “REACH” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2012 tal- 14 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi ( “REACH” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 41, 15.2.2012, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2012
tal-14 ta’ Frar 2012
li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) b’mod partikulari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li sustanzi li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A jew 1B), mutaġeni (il-kategorija 1 A jew 1B) u tossika għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2); is-sustanzi li jippersistu, li huma bijoakkumulattivi u tossiċi, sustanzi li huma persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, u sustanzi li dwarhom hemm il-provi xjentifiċi li għandhom effett serju fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent, tant li jqajmu livell ekwivalenti ta’ tħassib, jistgħu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(3) |
It-triossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(4) |
Il-pentaossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(5) |
Il-kromat taċ-ċomb jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(6) |
Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar (C.I. Pigment Isfar 34) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(7) |
Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar (C.I. Pigment Aħmar 104) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(8) |
Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil) (TCEP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(9) |
Il-2,4-dinitrotoluwen (2,4 DNT) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(10) |
Is-sustanzi msemmijin hawn fuq ġew prijoritarizzati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2010 (3) skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament. |
(11) |
Għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-każ li l-applikant jixtieq ikompli juża s-sustanza jew ipoġġiha fis-suq, huwa xieraq li tkun stabbilita data ta’ skadenza għall-wasla tal-applikazzjonijiet għand l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ dak ir-Regolament. |
(12) |
Huwa xieraq li tkun iffissata data għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li warajha jkun projbit l-użu u t-tqegħid fis-suq tagħhom, skont l-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tas-17 ta’ Diċembru 2010 identifikat dati differenti għall-aħħar applikazzjoni għas-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-dati għandhom jiġu ffissati abbażi tat-tul ta’ żmien mistenni biex tiġi ppreparata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, meta jitqies it-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u speċifikament dak it-tagħrif li twassal waqt il-konsulta pubblika li saret skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandha tkun ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(14) |
Skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aħħar data għall-applikazzjoni għandha tkun mill-inqas 18-il xahar qabel id-data tat-terminazzjoni. |
(15) |
Il-ftalat tad-diisobutil huwa sustanza alternattiva għall-ftalat tad-dibutil li huwa diġà inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà tas-sostituzzjoni bejn dawn iż-żewġ sustanzi, l-aħħar data ta’ applikazzjoni għall-ftalat tad-diisobutil għandha tkun iffissata kemm jista’ jkun viċin tal-aħħar data tal-applikazzjoni ffissata għall-ftalat tad-dibutil. |
(16) |
L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew għall-kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn ikun hemm leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li timponi r-rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. F’konformità mal-informazzjoni disponibbli bħalissa mhux xieraq li jkunu ffissati eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet. |
(17) |
Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jkunu ffissati l-eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi. |
(18) |
Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu ffissati perjodi ta’ reviżjoni għal ċerti użi. |
(19) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(3) http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/annex_xiv_rec/second_annex_xiv_rec_en.asp
ANNESS
Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
Nru tad-dħul |
Sustanza |
Proprjeta(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57 |
Arranġamenti tranżitorji |
(Kategoriji ta’) Użi eżentati |
Perjodi ta’ reviżjoni |
|
L-aħħar data tal-applikazzjoni (*) |
Data tat-terminazzjoni (**) |
|||||
“7. |
Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP) Nru KE: 201-553-2 Nru tal-CAS: 84-69-5 |
Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) |
il-21 ta’ Awwissu 2013 |
il-21 ta’ Frar 2015 |
— |
— |
8. |
Triossidu tad-diarseniku; Nru tal-KE: 215-481-4 Nru tal-CAS: 1327-53-3 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1 A) |
il-21 ta’ Novembru 2013 |
il-21 ta’ Mejju 2015 |
— |
— |
9. |
Pentaossidu diarseniku Nru tal-KE: 215-116-9 Nru tal-CAS: 1303-28-2 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1 A) |
il-21 ta’ Novembru 2013 |
il-21 ta’ Mejju 2015 |
— |
— |
10. |
Kromat taċ-ċomb Nru tal-KE: 231-846-0 Nru tal-CAS: 7758-97-6 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1B) Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) |
il-21 ta’ Novembru 2013 |
il-21 ta’ Mejju 2015 |
— |
— |
11. |
Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar (C.I. Pigment Isfar 34) Nru tal-KE: 215-693-7 Nru tal-CAS: 1344-37-2 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1B) Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) |
il-21 ta’ Novembru 2013 |
il-21 ta’ Mejju 2015 |
— |
—” |
12. |
Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar (C. I. Pigment Aħmar 104) Nru tal-KE: 235-759-9 Nru tal-CAS: 12656-85-8 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1B) Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) |
il-21 ta’ Novembru 2013 |
il-21 ta’ Mejju 2015 |
|
|
13. |
Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil) (TCEP) Nru tal-KE: 204-118-5 Nru tal-CAS: 115-96-8 |
Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) |
il-21 ta’ Frar 2014 |
il-21 ta’ Awwissu 2015 |
|
|
14. |
2,4-dinitrotoluwen (2,4-DNT) Nru tal-KE: 204-450-0 Nru tal-CAS: 121-14-2 |
Karċinoġenu (il-kategorija 1B) |
il-21 ta’ Frar 2014 |
il-21 ta’ Awwissu 2015 |
|
|
(*) Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(**) Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.