Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0071

2012/71/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

ĠU L 35, 8.2.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/71(1)/oj

8.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

(2012/71/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-regoli tal-oriġini preferenzjali huma essenzjali għall-funzjonament korrett tal-ftehim dwar kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-isħab fil-kummerċ tagħha, inkluż iċ-Ċilì. Il-Ftehim li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra (1) (“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), ġie iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2002.

(2)

L-Anness III ta’ mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jagħti tifsira lill-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2003.

(3)

Noti ta’ Spjegazzjoni mal-Anness III li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali b’linji gwida ċari dwar l-applikazzjoni fil-prattika ta’ dak l-Anness – ilhom fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004.

(4)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu l-għan, fost ħwejjeġ oħra, taħt l-Artikolu 58 tiegħu, li jelimina t-taxxi doganali fuq prodotti li joriġinaw f’Parti waħda u li jiġu esportati lill-Parti oħra, billi jirreferi għar-regoli tal-oriġini msemmija fl-Anness III ta’ dak il-Ftehim. Dak l-Anness, fl-Artikolu 36(2) tiegħu, jirreferi għat-“territorju doganali tal-Komunità”.

(5)

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì fuq Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġni għandhom jiġu ibbażati fuq l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, għandhom jiġu ibbażati fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì mehmuż ma din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.


DEĊIŻJONI Nru …/201 TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-ĊILI DWAR KOOPERAZZJONI DOGANALI U REGOLI TAL-ORIĠINI

ta’

relatata mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT SPEĊJALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra (1) (“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), u b’mod partikolari it-termini “territorju doganali tal-Komunità” l-Artikolu 36(2) tal-Anness III tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw fit-territorji tal-Partijiet f’dak il-Ftehim.

(2)

L-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jirreferi għat-terminu “Komunità” fit-test tiegħu.

(3)

Għal-għanjiet tal-Anness III tal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, hu kkunsidrat xieraq li wieħed jiddefinixxi t-termini “Komunità” u “territorju doganali tal-Komunità” sabiex wieħed jiżgura l-applikazzjoni territorjali korretta ta’ dak l-Anness permezz ta’ Nota ta’ Spjegazzjoni annessa miegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 36(2) tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, it-termini “territorju doganali tal-Komunità” għandu jkopri t-territorju doganali tal-Komunità Ewropea (issa l-Unjoni Ewropea) kif indikat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda futura jew tħassir ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

Din in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Anness III għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Titolu VII dwar Ceuta u Melilla ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Għall-għanjiet tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, it-terminu “Komunità” tfisser it-territorju doganali tal-Kommunità Ewropea (issa l-Unjoni Ewropea) kif stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ sittin jum wara data li fiha l-aħħar Parti tkun in-notifikat lir-rekwiżiti interni tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jkunu ġew milħuqa.

Magħmul fi …,

F’isem il-Kumitat Speċjali

Il-President


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992. p. 1.


Top