Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32011R1087

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tas-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 281, 28.10.2011г., стр. 12—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Правен статус на документа Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1087/oj

    28.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2011

    tas-27 ta’ Ottubru 2011

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tas-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jistabbilixxi dispożizzjoni dwar is-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi [explosive detection systems - EDS].

    (2)

    Il-metodi u t-teknoloġiji għall-individwazzjoni tal-esplożivi jiġu żviluppati biż-żmien. F’konformità mal-evoluzzjoni tat-theddida għall-avjazzjoni ċivili, mal-iżviluppi teknoġiċi u mal-esperjenzi kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell globali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet tekniċi u operattivi relatati mas-sistemi għall-individwazzjoni tal-esplożivi.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili mwaqqaf permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


    ANNESS

    Fil-Kapitolu 12 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 185/2010, il-punt 12.4.2 jinbidel b’dan li ġej:

    “12.4.2.   Standards għall-EDS

    12.4.2.1.

    Għandu jkun hemm tliet standards għas-sistemi EDS. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

    12.4.2.2.

    L-EDS kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 1.

    12.4.2.3.

    L-istandard 1 għandu jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2012.

    12.4.2.4.

    L-awtorità xierqa tista’ tippermetti li EDS tal-istandard 1 installati bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-1 ta’ Settembru 2006 jibqgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014.

    12.4.2.5.

    L-istandard 2 għandu japplika għall-EDS kollha installati mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm, ma jkunx sar, qabel id-19 ta’ Ottubru 2006, kuntratt għall-installazzjoni ta’ EDS li jilħaq l-istandard 1.

    12.4.2.6.

    L-EDS kollha għandhom jilħqu l-istandard 2 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2012, sakemm ma jkunx japplika l-punt 12.4.2.4.

    12.4.2.7.

    L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2020.

    12.4.2.8.

    L-awtorità xierqa tista’ tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 installati bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-1 ta’ Settembru 2014 jibqgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2022.

    12.4.2.9.

    Meta l-awtorità xierqa tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha li tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 jibqgħu jintużaw b’seħħ mill-1 ta’ Settembru 2020, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni.

    12.4.2.10.

    L-istandard 3 għandu japplika għall-EDS kollha installati b’seħħ mill-1 ta’ Settembru 2014.

    12.4.2.11.

    L-EDS kollha għandhom jilħqu l-istandard 3 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2020, sakemm ma jkunx japplika l-punt 12.4.2.8.”


    Нагоре