This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1078
Commission Implementing Regulation (EU) No 1078/2011 of 25 October 2011 concerning the non-approval of the active substance propanil, in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2011 tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2011 tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 279, 26.10.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2011
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod parikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Il-propanil hija sustanza attiva li l-kompletezza għaliha ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-propanil. |
(3) |
Skont l-Artikolu 11f tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 u l-Artikolu 12(1)(a) u (2)(b) ta' dak ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/769/KE tat-30 ta' Settembru 2008 dwar l-esklużjoni tal-propanil mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (6) ġiet adottata. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa 'l quddiem "l-applikant") ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(5) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Italja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/769/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(6) |
L-Italja evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fis-26 ta' Frar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-propanil lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-27 ta' Settembru 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-propanil. |
(7) |
Abbażi ta' dejta ġdida mressqa mill-applikant u inkluża fir-rapport addizzjonali, jista' jiġi stabbilit livell aċċettabbli ta' espożizzjoni tal-operatur. Madankollu, matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat tħassib ieħor. B'mod partikolari, ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni affidabbli tal-espożizzjoni tal-konsumatur peress li kien hemm nuqqas ta' dejta dwar it-tossiċità tal-metabolite 3,4-DCA li tista' tkun ogħla mill-kompost ġenitur. Barra minn hekk, ma setgħu jiġu proposti l-ebda livelli massimi ta' residwi għall-użu appoġġjat fuq ir-ross peress li l-provi li ġew sottomessi ma kinux twettqu skont il-prattiki agrikoli kritiċi tajbin. Abbażi tad-dejta li l-applikant għamel disponibbli, ġie identifikat riskju ogħla għall-għasafar u l-mammiferi, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi u l-artropodi mhux fil-mira Barra minn hekk, il-potenzjal għal trasport fit-tul fl-atmosfera, ma jistax jiġi eskluż. |
(8) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport tar-reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
(9) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propanil jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(10) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-propanil ma għandux jiġi approvat. |
(11) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2008/769/KE għandha tiġi revokata. |
(12) |
Dan ir-Regolament ma jmurx kontra s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-propanil skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva propanil mhijiex approvata.
Artikolu 2
Revoka
Id-Deċiżjoni 2008/769/KE hija revokata.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(5) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(6) ĠU L 263, 2.10.2008, p. 14.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva propanil. EFSA Journal 2011;9(3):2085[63pp.].doi:10.2903/j.efsa.2011.2085. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm