Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 32011R1002

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1002/2011 tal- 10 ta' Ottubru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ĠU L 267, 12.10.2011., 1—6. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    A dokumentum hatályossági állapota Hatályos

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1002/oj

    12.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 267/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1002/2011

    tal-10 ta' Ottubru 2011

    li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 359/2011 tat-12 ta' April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

    (2)

    Fid-dawl tal-abbużi li qed isiru fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi, soġġetti għal miżuri restrittivi, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 359/2011,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.


    ANNESS

    Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

     

    Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

    Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi - il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

    Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    2.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

     

    Kmandant tal-Pulizija ta' Teħeran.

    Il-forza tal-pulizija hija responsabbli għall-użu ta' vjolenza extraġudizzjarja fuq suspetti matul l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-qorti, kif irrappurtat minn xhieda tal-Human Rights Watch (HRW).

    Il-pulizija ta' Teħeran kienet implikata fi tfittxijiet fid-dormitorji tal-università ta' Teħeran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Iranjana ta' Majlis, aktar minn 100 student ġie mweġġa' mill-pulizija u Basiji.

    10.10.2011

    3.

    AKHARIAN Hassan

     

    Gwardjan ta' Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj.

    Diversi ex-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri.

    Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

    10.10.2011

    4.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (Magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

     

    President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran.

    Bħala President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    5.

    BANESHI Jaber

     

    Prosekutur ta' Shiraz.

    Huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt billi qata' tużżani ta' sentenzi għall-mewt. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta' Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil diversi opponenti tar-reġim.

    10.10.2011

    6.

    FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Margħuf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

    Post tat-Twelid: Machhad.

    Data tat-Twelid: 3.2.1951

    Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran.

    Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC). L-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu ripressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

    10.10.2011

    7.

    GANJI Mostafa Barzegar

     

    Prosekutur Ġenerali ta' Qom.

    Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

    10.10.2011

    8.

    HABIBI Mohammad Reza

     

    Viċi Prosekutur ta' Isfahan.

    Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn smigħ ġust - bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jiġi proċessat u l-kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul is-smigħ tiegħu f'Marzu 2010.

    Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

    10.10.2011

    9.

    HEJAZI Mohammad

    Post tat-Twelid: Ispahan

    Data tat-Twelid: 1956

    Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Teħeran, dak li qabel kien Kap tal-Forzi ta' Basij.

    Il-Korpi ta' Sarollah kellhom rwol ċentrali fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    Mohammed HEJAZI kien l-awtur ta' ittra mibgħuta lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li pprojbixxiet milli jiġu żvelati dokumenti jew reġistri mediċi ta' kull min indarab jew iddaħħal l-isptar matul l-avvenimenti ta' wara l-elezzjoni, u dan jimplika ħabi.

    10.10.2011

    10.

    HEYDARI Nabiollah

     

    Kap tal-Awtorità tal-Pulizija tal-Ajruport Iranjana.

    Huwa kien strumentali, minn Ġunju 2009, għall-arrest fl-Ajruport Internazzjonali Imam Khomeini ta' dimostraturi Iranjani li kienu qed jippruvaw jitilqu mill-pajjiż wara li bdiet ir-ripressjoni - inkluż ġewwa ż-żona internazzjonali.

    10.10.2011

    11.

    JAVANI Yadollah

     

    Kap tal-Uffiċċju Politiku tal-IRGC.

    Huwa kien wieħed mill-ewwel uffiċjali għoljin li talab għall-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Huwa appoġġja aktar minn darba l-użu ta' vjolenza u tattiċi ta' interrogazzjoni ħorox fuq dimostraturi ta' wara l-elezzjoni (li jiġġustifikaw stqarrijiet irrekordjati għat-televiżjoni) inkluż l-għoti ta' struzzjonijiet għal maltrattament extraġudizzjarju ta' dissidenti permezz ta' pubblikazzjonijiet iċċirkolati lill-IRGC u Basij.

    10.10.2011

    12.

    JAZAYERI Massoud

     

    Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran, responsabbli għall-affarijiet kulturali (magħrufin ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat).

    Huwa kkollabora b'mod attiv fir-ripressjoni bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f'intervista f'Kayhan li ħafna dimostraturi ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta' kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma' sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

    10.10.2011

    13.

    JOKAR Mohammad Saleh

     

    Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

    F'dan ir-rigward huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

    10.10.2011

    14.

    KAMALIAN Behrouz

    Post tat-Twelid: Teħeran

    Data tat-Twelid: 1983

    Kap tal-grupp ċibernetiku marbut mal-IRGC "Ashiyaneh".

    Is-Sigurtà Diġitali "Ashiyaneh", imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex "jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet".

    10.10.2011

    15.

    KHALILOLLAHI Moussa (Magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa)

     

    Prosekutur ta' Tabriz.

    Huwa involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u oppona l-ħelsien tagħha f'diversi okkażjonijiet u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

    10.10.2011

    16.

    MAHSOULI Sadeq (Magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-Twelid: 1959/60

    Dak li qabel kien Ministru tal-Intern sa Awwissu 2009

    Bħala Ministru tal-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajsana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Teħeran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

    10.10.2011

    17.

    MALEKI Mojtaba

     

    Prosekutur ta' Kermanshah.

    Responsabbli għal żieda drammatika fis-sentenzi tal-mewt inklużi sebgħa f'jum wieħed fit-3 ta' Jannar 2010, mgħallqin fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah, wara akkuża mill-Imħallef Maleki. Għaldaqstant huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

    10.10.2011

    18.

    OMIDI Mehrdad

     

    Kap tat-Taqsima tar-Reati Kriminali bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana.

    Huwa responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u opponenti politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-direzzjoni ta' ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem fir-ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

    10.10.2011

    19.

    SALARKIA Mahmoud

     

    Deputat għall-Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs.

    Direttament responsabbl għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikata dwar l-arrest.

    10.10.2011

    20.

    SOURI Hojatollah

     

    Bħala kap tal-ħabs ta' Evin, għandu responsabbiltà għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjn f'dan il-ħabs, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali.

    Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

    10.10.2011

    21.

    TALA Hossein (magħruf bħala: TALA Hosseyn)

    Kap tal-Kumpannija Iranjana tat-Tabakk.

    Viċi Gvernatur Ġenerali ("Farmandar") tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

    F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    22.

    TAMADDON Morteza (magħruf bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Ispahan

    Data tat-Twelid: 1959

    Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Teħeran, kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, għandu responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' ripressjoni, inkluż ir-ripressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

    10.10.2011

    23.

    ZEBHI Hossein

     

    Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran.

    Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    24.

    BAHRAMI Mohammad-Kazem

     

    Kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

    Huwa kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi.

    10.10.2011

    25.

    HAJMOHAMMADI Aziz

     

    Imħallef anzjan fl-ewwel sezzjoni tal-qorti ta' Evin, u issa imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Penali fil-provinċja ta' Teħeran.

    Huwa mexxa diversi kawżi ta' proċess kontra d-dimostranti, b'mod partikolari dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. It-tribunal tal-prim istanza ta' Evin inħoloq reċentament fil-ħabs ta' Evin u l-ħolqien tiegħu ġie ġustifikat minn Jafari Dolatabadi f'Marzu 2010. F'dan il-ħabs, ċerti akkużati jkunu iżolati, maltrattati u kostretti li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.

    10.10.2011

    26.

    BAGHERI Mohammad-Bagher

     

    Viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

    Barra mir-rikonoxximent minn dan tal-aħħar, f'Ġunju 2011, ta' 140 eżekuzzjoni kapitali bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, madwar mitt eżekuzzjoni oħra setgħu seħħew bil-moħbi matul l-istess perijodu u fl-istess provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, mingħajr ma ġew notifikati l-familji u l-avukati tagħhom.

    Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

    10.10.2011

    27.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashad (Iran)

    Data tat-Twelid: 1952

    Ministru tal-Ġustizzja, dak li kien gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

    Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

    10.10.2011

    28.

    HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Data tat-twelid: 1961

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

    Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika minn Settembru 2009.

    Ex-IRGC, kompliċi fir-ripressjoni tal-ġurnalisti.

    10.10.2011

    29.

    MOSLEHI Heydar (magħruf bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-Twelid: 1956

    Ministru tal-Intelligence. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti.

    Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala l-Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi kontinwi.

    10.10.2011


    Az oldal tetejére